Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi studju dwar l-impatt psikologu tal-Qorti propost fuq l-istudenti li jattendu l-iskejjel sekondarji tagħna?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li s'issa ghadu ma gie ikkummissjonat l-ebda studju dwar l-impatt psikologiku, jekk jista jkun hemm, mill-Qorti propost fuq it-tfal li jattendu l-iskejjel sekondarji.
Tista' l-Ministru tgħid meta ser tibda topera l-Biċċerija ta' Għawdex li ilha ormai snin magħluqa b'inkonvenjent kbir għar-raħħala Għawdxin?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Biccerija t'Ghawdex tkun tista tibda topera wara li jigu nstallati s-servizzi u apparat li huma suggett ta' tender li trid tigi ppublikata. Ghaldaqstant it-tlestija tiddependi mill-programm tax-xoghol li jkun determinat meta tigi mghotija t-tender.
Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' l-ispejjeż kollha konnessi max-xogħlijiet fi Triq Ramla, Nadur, kif ukoll tgħid min kien involut fl-istadju kollu tax-xogħol u min kien responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni ta' standards u safety ta' din l-istess triq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li x-xoghol fuq Triq ir-Ramla Nadur huwa stmat li ser jigi jiswa Lm33,150 fuq formazzjoni tat-triq u Lm106,549 biex isiru xoghlijiet ohra biex titkompla t-triq sal-wicc. Jiena nfurmata wkoll li x-xoghol f'din it-triq qieghed isir minn Road Construction Ltd. u li c-certifikazzjoni ssir skond risultati ta' testijiet li jigu sottomessi lid-Dipartment.
Peress li diversi gruppi ta' artisti u performersindividwali li ħadu sehem fin-Notte Gozitana għadhom ma tħallsux, tista' l-Ministru tgħid meta se jitħallsu peress li issa għadda ftit taż-żmien?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-hlas ta' l-ammonti dovuti fir-rigward taz-zamma tan-Notte Gozitana se jsir fil-futur qarib.
Peress li l-Qorti ta' Għawdex ilna xhur b'fattiga waħda u dan qed joħloq inkonvenjent kbir peress li waħda waħedha ma jistax ikun tagħmel kollox, tista' l-Ministru tgħid meta ġejja fattiga oħra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li qed isiru l-arrangamenti mehtiega biex jitkompla isir it-tindif fil-Qorti.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 22620 u 23427 dwar Triq Daħla taċ-Ċnus, Sannat peress li din it-triq qed tintuża ħafna mill-pubbliku għaliex hemm l-open skips u peress li l-pubbliku qed jilmenta li din it-triq hija f'kundizzjoni ħażina ħafna u għadha torba, tista' l-Ministru tgħid meta ser tiġi asfaltata din it-triq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ma ghandi xejn xi nzid ma dak li ghid fir-risposti ghal Mistoqsijiet Parlamentari msemmija mill-Onorevoli Nterpellant.
B'riferenza għal mistqosija parlamentari 22911 dwar il-ħajt fi Triq Durell u Triq Tempju ta' l-Imramma Sannat, Għawdex peress li l-ħajt għadu ma ġiex mibni u qabel ma jinbena dan il-ħajt ma jistax jitkompla x-xogħol ta' asfaltar tat-toroq, tista' l-Ministru tgħid meta se jinbena dan il-ħajt, li anke qed jikkostitwixxi periklu kif inhu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li kif diga rrispondejt ghal mistoqsija 22911, il-hajt tat-triq fejn jaghqdu Triq Durell u Triq Tempju tal-Imramma fis-Sannat diga jezisti u t-triq hija asfaltata, nitlob l-Onorevoli Nterpellant tikkjarifika ahjar is-sit li qieghda tirreferi ghalih.
Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri favur l-ambjent ħa l-ministeru fl-uffiċini u d-dipartimenti tiegħu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Ministeru ghal Ghawdex ha, fost l-ohrajn, il-mizuri favur l-ambjent li huma elenkati fil-lista annessa.
Mistoqsija Parlamentari Numru 27443
–
Misuri favur l-ambjent
· Inxtraw u ġew manufatturati
bins
li jagħmluha possibbli li jinġabar skart separat kemm fil-partijiet pubbliċi bħal kuriduri u btieħi kif ukoll fl-uffiċċji;
· Twaħħlu
stickers
madwar iċ-Ċentru Aministrattiv kollu li jagħtu messaġġ kontra l-ħela tad-dawl u l-ilma;
· Ġiet installata sistema ta’ pannelli solari għall-produzzjoni tal-elettriku ta’
10KW (Kilowatt
). Fil-present din hija l-ikbar sistema ta’ enerġija rinnovabbli fil-pajjiż;
· Ġew stampati
labels
li jagħmluha possibbli li jintużaw envelopes diġa’ użati;
·
Lease agreement
obligatorju għal diversi sezzjonijiet biex it-
toners
jerġgħu jimtlew;
· Stallazzjoni
ta’ power factor corrector
fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex;
· Sar
feasibility study
fuq id-
decomtamination
ta’
clinical waste
u ż-żarmar ta’ l-inċineratur ta’ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex;
· Sar
feasibility study
fuq nstallazzjoni ta’ sistema
ta’ renewable energy
għall-misħun u fil-
common area heating
fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Dan il-proġett u ta’ qablu jelimaw il-
carbon dioxide
u l-
pollution
in ġenerali;
· Ġbir tal-karti mill-uffiċċji biex jintbgħat għar-riċiklaġġ. Użu ta’ bozoz
energy
savers
fejn possibbli;
· Stallazzjoni ta’
Solar Water Heater
fl-iskejjel Agius De Soldanis u Sir MA Refalo;
· Ġew installati
Waste Separation Bins
f’diversi klassijiet ġo l-iskejjel t’Għawdex;
· Ġie organiżżat ‘Jum l-Ambjent’ fl-iskejjel t’Għawdex u anke xi wirja relatata ma’ l-ambjent;
· Tħawwlu tlett siġriet ta’l-
Għarar
fl-iskola ta’ Għajnsielem u saret inizjattiva EkoSkola fl-iskola Primarja tax-Xagħra;
· Jum ta’attivita’ fiċ-Ċentru tax-Xjenza f’Wied il-Lunzjata;
· Ġbir ta’ batteriji mit-tfal ta’ l-iskola Primarja tax-Xewkija.
· Fl-iskola Primarja tan-Nadur saret kompetizzjoni favur l-ambjent, tpinġijiet u komponimenti, inħolqot
Nature Tab
le
fil-klassijiet u ġiet promossa l-inizjattiva ‘Ħawwel Siġra d-dar’.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm child care centres f'Għawdex? Tista' tgħid kemm kien l-investiment tal-Gvern f'Għawdex f'dawn iċ-ċentri?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm c-Child Care Centre fil-Konservatorju ta' l-Isqof. Dan inghata ghajnuna finanzjarja taht l-iskema ta' l-NGO's.
Peress li Triq il-Mitħna fix-Xewkija, Għawdex għandha bżonn ta' manutenzjoni mmedjata peress li l-istat tat-triq qed joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti, tista' l-Ministru tara li din it-triq tingħata l-attenzjoni immedjatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li fit-triq imsemmija saret manutenzjoni meta kien hemm bzonn.
Tista' l-Ministru tgħid jekk matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv tista' tgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul Jannar, Frar u Marzu 2007 ma kien hemm l-ebda ufficcjal fi skala 5 li rrezenja jew ghalaqlu l-kuntratt. Rigward l-istess informazzjoni dwar ufficcjali fi skala 1 sa skala 4 nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Ministeru għal Għawdex — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Tista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar, frar u Marzu 2007 separatament fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha u kemm minn din in-nefqa kienet dovuta minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet? Fl-istess ħin tista' tgħid jekk ttieħdux miżuri biex l-ispiża titnaqqas fl-istess perjodu billi jinxtara apparat li ma jaħlix, kemm tad-dawl u l-ilma?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 ful-Ministeru u d-dipartimenti li jaqghu tahtu kienet ta' Lm53,280.75 li minnha n-nefqa ta' Lm16,432.06 kienet dovuta minnhabba s-surcharge fuq il-kontijiet.
Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li l-Ministeru tieghi nvesta sostanzjalment fl-istallazjoni ta' pannelli photovoltaic ghall-generazzjoni tal-elettriku. Dan qed iwassal ghal konsum inqas mill-elettriku provdut mill-Enemalta.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti tekniċi li saru dwar il-passi li jridu jittieħdu biex tibda titħaddem id-decompression chamber f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-ropporti mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi uffiċjal pubbliku li jaħdem f'Għawdex li qiegħed jiġi nvestigat fuq falsifikar ta' dokumenti pubbliċi? Jekk hemm, x'passi ttieħdu jew qegħdin jittieħdu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li hemm zewg ufficcjali pubblici li jahdmu f'Ghawdex li qeghdin jigu nvestigati fuq falsifikar ta' dokumenti. Iz-zewg kazijaiet kienu riferuti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku skond ir-Regolamenti tad-Dixxiplina ta' l-1999 u qed jittiehdu wkoll passi bil-Qorti.
Tista' l-Ministru telenka x-xogħlijiet li saru din is-sena fuq l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ li qed jinbena f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata mill-Kap tal-Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma li x-xogholijiet li saru fuq l-impjant jikkonsistu primarjament f’dan li gej:
a) Xoghol ta’ kostruzzjoni ta’ bini, xoghol ta’ trinek gewwa u barra l-impjant u xoghol fuq it-triq li twassal ghall-impjant minn Triq Ta’ Brieghen;
b) Kostruzzjoni ta’ tankijiet ‘in-situ’ flimkien ma testijet ta’ ‘water tightness’ fuq l-imsemmija tankijiet;
c) Stallar ta’ apparat mekkaniku u elettriku fuq bosta mill-imsemmija strutturi li qeghdin fi stat avvanzat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il tender/direct order ħareġ mill-Ministeru għal xogħol ta' injam, fejn sar ix-xogħol, min tefa' t-tenders u l-ammont? Tista' tindika min ħa t-tender?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispecifika l-perijodu li fih inghata x-xoghol imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari
Tista' l-Ministru tgħid meta ġiet installata s-sistema ta' air conditioning fl-iSptar Ġenerali ta' Għawdex; min kien ħa t-tender, kemm swiet is-sistema u kemm għandha garanzija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Tista' l-Onor. Interpellant jekk joghgobha tispecifika ghal liema sistema ta' air conditioning fl-Isptar Generali ta' Ghawdex qeghda tirreferi?
Peress li fl-iSptar Ġenerali ta' Għawdex qed jinħass il-bżonn ta' żieda fl-istaff, tant li teżisti tensjoni kbira fuq il-ħaddiema minħabba pressjoni ta' xogħol, tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex in-numru ta' ħaddiema jiżdied?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Tista' l-Onor. Interpellant tispecifika f'liema gradi qed tinhass tensjoni minhabba pressjoni ta' xoghol sabiex tkun tista' tinghata l-informazzjoni mitluba.