Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1980 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Għalliema/instructors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema/instructors tal-Gvern li ġew trasferiti biex jaħdmu f'segretarjati tal-ministeri u segretarji parlamentari?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba diġa' ingħatat f'Mistoqsija oħra.
Leg 9 PQ #2551 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pembroke — Science Centre - Titjib

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu l-pjanijiet għat-titjib tas-Science Centre f'Pembroke li kienu nbdew fi żmien l-Amministrazzjoni Laburista?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn naħħa tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tħejjew: 1. pjanti ta' rehabilitazzjoni ta' bżonn immedjat 2. pjanti ta' rehabilitazzjoni ta' xejra "long term" 3. lista ta' prioritajiet Dawn ġew mgħoddija lill-awtoritajiet konċernati. Inżammu diversi laqgħat bħala tħejjija għal pjan strutturat.
Leg 9 PQ #2552 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Mtarfa - Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-iskola primarja ta' l-Imtarfa biex din tkun tista' tilqa' in-numru dejjem jikber ta' tfal f'din il-lokalita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Iskola Primarja ta' l-Imtarfa hija waħda mill-iskejjel li jipparteċipaw fl-iskema ta' koperazzjoni bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Kunsilli Lokali. Għalhekk il-manutenzjoni meħtieġa f'din l-iskola ser jitkomplew matul is-sena 1999.
Leg 9 PQ #2553 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kordin — Kumpless vokazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet hemm maħsuba għall-kumpless vokazzjonali ta' Korradino barra minn dawk tas-servizzi infrastrutturali bl-ispiża ta' Lm149,995 li sejħa għall-offerti għalihom kienet ħarġet fi żmien l-Amministrazzjoni Laburista li permezz tagħhom qed jitwasslu s-servizzi adegwati wara l-bieb ta' kull blokk?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif diġa tħabbar, waqqafna Steering Committee li ser jieħu ħsieb jiggwida programm sħiħ ta' ħidma li għandu jwassal għall-ftuħ ta' Istitut għall-Arti, Xjenzi Applikati u Teknoloġija. Wieħed mit-termini ta' riferenza huwa propju li jara x'inhuma l-faċilitajiet meħtieġa. Il-kumitat għadu kif beda x-xogħol tiegħu, u qiegħed isir studju biex jistabbilixxi l-prioritajiet tax-xogħlijiet li hemm bżonn.
Leg 9 PQ #2554 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Liċeo Ġużeppi Despott

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir is-sejħa pubblika għall-comprehensive architectural services biex ikun implimentat id-development brief validu magħmul mill-periti Joseph Falzon u Joseph Spiteri li anke l-amministrazzjoni u l-għalliema ta' l-iskola qablu miegħu fir-rigward tal-Liċeo Ġużeppi Despott fil-Verdala, Kottonera?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tikkonsidra l-materja.
Leg 9 PQ #2555 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Mġarr - Skola primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-iskola primarja ta' l-Imġarr (Malta)? Jista' jgħid x'hemm ippjanat li jitwettaq mill-proġett tul l-1999 bit-Lm80,000 li se jintnefqu fuqu? Meta hu maħsub li jitlesta l-proġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s'issa l-kuntrattur ħammel u naddaf l-art in kwestjoni. Tul l-1999 hu ppjanat li titlesta l-play area l-ġdida flimkien mal-blokka tal-klassijiet il-ġodda. Il-proġett hu maħsub li jitlesta fit-tmiem ta' l-2000.
Leg 9 PQ #2556 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar? Ix-xogħol waqa' lura skond l-iskeda tax-xogħol kif ippjanat? Meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol kollu? Se jsiru aktar sforzi mad-Dipartiment tad-Drenaġġ biex tissolva l-problema kbira tar-riħa li toħroġ mill-pumping station li hemm eżatt ħdejn l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat lil l-estensjoni ta' l-iskola hija fi stadju avanzat filwaqt li t-tiġdid ta' l-ewwel sular ta' l-eżisenti huwa kompletament lest. Ix-xogħol ma waqax lura skond l-iskeda kif ippjanat filwaqt li l-proġett ikun lest kollu sa l-aħħar ta' Awissu 1999. Rigward il-problema l-kbira tar-riħa li toħroġ mill-pumping station tad-drenaġġ li hemm eżatt ħdejn l-iskola jrid jingħad li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ilha tikteb kontinwament minn Diċembru ta' l-1996 lid-Direttur Ġenerali tat-Taqsima tax-Xogħlijiet li taħtu jaqa' d-Dipartiment tad-Drenaġġ biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa li sfortunatament sal-lum għadhom ma nbdewx. Ser inkomli ninsisti għal soluzzjoni.
Leg 9 PQ #2607 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Tluq mill-iskola qabel is-16-il sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal taħt is-16-il sena talbu lid-dipartment permess biex jispiċċaw mill-iskola għax sabu xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 9 PQ #1893 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Racing Club

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 898, jista' l-Ministru: (a) jagħti breakdown tad-dejn ta' Lm45,000 li jsemmi fit-tweġiba tiegħu u fiex kien jikkonsisti; (b) jgħid min kienu l-promoturi li għaddew self lill-club li jirriferi għalihom l-istess Ministru fit-tweġiba tiegħu; u (ċ) jgħid liema u kemm huma membri fil-kumitat tal-Marsa Racing Club li mhumiex horse owners?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-dejn ta' Lm45,000 sar meta l-Gvern ried jibni korsa u talab lis-sidien biex jagħtu l-għajnuna finanzjarja tagħhom. Kienet saret Promoters Association biex setgħet tinġabar din is-somma. Ħafna minn dawk li offrew l-għajnuna kienu sidien u dilettanti. Il-flus kienu inġabru bejn l-1980 u l-1981 u kellhom jitħallsu lura fi żmien ħames snin. Sadanittant il-Club kien qed iħallas imgħax bir-rata ta' 6.5%. Id-dejn beda jitħallas lura fl-1993. Jidhirli li l-lista tal-promoturi li għaddew self lill-Club tista' f'dan l-istadju tintwera konfidenzjalment lill-Onor. Membru. Il-membri tal-kumitat tal-Marsa Racing Club li m'humiex sidien huma Paul Midolo, Alfred Cinagura, Piju Saliba u Mario Meli.
Leg 9 PQ #2545 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Grounds

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti ttieħdu jew se jittieħdu matul din is-sena skolastika biex mill-grounds ta' l-iskejjel jew qrib ħafna tagħhom jitneħħew dawk it-tipi ta' siġar li jikkaġunaw problemi għat-tfal li jbatu bl-asthma u b'mard ieħor respiratorjali?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex it-tagħrif mitlub jinkiseb, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2547 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Żidiet fil-miżati

Question

Mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn kemm kien hemm talbiet għal żidiet fil-miżati minn skejjel privati? Liema skejjel għamlu dawn it-talbiet u x'kienu t-talbiet f'kull każ tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex it-tagħrif mitlub jinkiseb, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2548 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tuck shops

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' ħelu u xorb huwa permess li jinbiegħ fit-tuck shops ta' l-iskejjel tal-gvern? Xi spezzjonijiet saru matul din is-sena skolastika biex isir magħruf il-kwalita' u l-prezz ta' dak li qed jinbiegħ fit-tuck shops? Min għamel dawn l-ispezzjonijiet? F'liema skejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fit-Tuck Shops jista jinbiegħ ilma minerali, xarbiet mingħajr zokkor u kemm jista jkun frott frisk magħsur. Ma jistax jinbiegħ xorb alkoħoliku u birer. Fir-rigward ta' ħelu, jista jinbiegħ varjeta ta' ful, ċiċri, karawett, ġewż, lewż, qastan eċċ. Ma jistax jinbiegħ 'chewing gum' u ħelu li jeħel mas-snien bħal qubbajt jew toffee. Id-Direttur tal-Kummerċ intalab biex jagħmel spezzjonijiet rigward il-kontroll tal-prezzijiet. Id-Dipartiment tas-Saħħa intalab jagħmel spezzjonijiet biex ikunu żgurati l-iġjene fil-post u s-saħħa fil-prodotti għal-bejgħ mit-Tuck Shop. L-ispezzjonijiet isiru fit-Tuck Shops kollha.
Leg 9 PQ #2549 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Entitajiet sportivi — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet li twaqqfu biex imexxu entitajiet sportivi u li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħek li inti personalment iltqajt magħhom mindu dħalt fil-ħatra? Kemm hemm talbiet pendenti minn dawn l-għaqdiet biex jiltaqgħu miegħek u għadhom qed jistennew tweġiba? Liema minn dawn il-bordijiet iltaqgħu mas-segretarju parlamentari fl-istess żmien? Kemm hemm talbiet pendenti għal-laqgħat simili quddiem is-segretarju parlamentari?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub dwar it-talbiet pendenti irid jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2602 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Għalliema fuq long sick leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa għalliema li qegħdin fuq long sick leave fid-Dipartment ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa hemm 33 għalliem fuq 'long sick leave'fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #1615 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Festival tal-kanzunetta Maltija — Kategorija żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li ġie deċiż li titneħħa l-kategorija żgħażagħ waqt il-festival tal-kanzunetta Maltija għall-Ewropa? Jekk fl-affermattiv, għal liema raġuni? Jaqbel il-Ministru li din il-kategorija tat nifs ġdid lil festival u opportunita' wiesgħa lit-talent kulturali fost iż-żgħażagħ kantanti, kompożituri u awturi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għal din is-sena l-Kumitat Organiżżattiv iddeċieda li ma jkunx hemm kategorija għaż-Żgħażagħ separatament. Il-Kumitat jidhirlu li r-riżultati mixtieqa ma nkisbux tant li ma ntagħżlux l-għaxar kanzunetti kif kien imħabbar fir-regolamenti. Ta' min isemmi li ż-żgħażagħ mhumiex esklużi li jipparteċipaw fil-Konkors li hu miftuħ għal kull min għalaq is-16-il sena.
Leg 9 PQ #2505 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Żabbar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Iskola Primarja A u fl-Iskola Primarja B, f'Ħaż-Żabbar hemmx il-full complement ta' l-għalliema? Jekk hemm xi klassijiet li għadhom mingħajr għalliema permanenti, jista' l-Ministru jgħid meta dawn it-tfal se jkollhom l-għalliema tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma hemm ebda għalliem/għalliema nieqsa la fi Skola 'A' u anqas Skola 'B' ta' Ħaż-Żabbar.
Leg 9 PQ #2512 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużew ta' l-Arti — Kopisti

Question

Billi jidher li hemm nuqqas ta' kopisti fil-Mużew ta' l-Arti, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li toħroġ call for application biex jimtela' dan in-nuqqas? Kemm fil-fatt hu n-numru attwali ta' koppisti u kemm suppost ikun il-complement?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li preżentament, fil-Mużew ta' l-Arti hemm impjegati model-maker wieħed li qiegħed jagħmel ix-xogħol ta' kopista. Dan il-Mużew m'għandux kompliment għall-kopisti, imma għal restawraturi. Ser isir studju dwar ir-riżorsi umani u l-bżonnijiet tad-Dipartiment tal-Mużewijiet li ser jieħu in konsiderazzjoni l-bżonn ta' kopisti skond il-ħtieġa.
Leg 9 PQ #2520 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 783, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Bord ta' l-Amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjoanli huwiex jiġi kkonsultat dwar dawn id-deċiżjonijiet? Min huwa nvolut aktar f'dawn il-konsultazzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex it-tagħrif mitlub jinkiseb, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2521 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Swimming Promotion Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-konsultazzjonijiet dwar it-twaqqif mill-ġdid tas-Swimming Promotion Unit fil-Pixxina Nazzjonali kif kien imwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 782? Ma' min qed isiru dawn il-konsultazzjonijiet? Jista' l-Ministru jgħid jekk din il-unit hijiex se tibda topera f'din is-sena skolastika peress li diġa' għadda kważi l-ewwel term?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex it-tagħrif mitlub jinkiseb, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2522 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 784, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew u kemm qed jiswew lid-dipartimenti tagħhom it-tliet watchmen u d-disa' mpjegati tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet inkluż pagi, allowances, overtime, eċċ? X'inhu x-xogħol ta' dawk li jiffurmaw parti mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex it-tagħrif mitlub jinkiseb, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.