Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #27501 Sitting 559 2007-10-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Monument storiku

Question

Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni l-monument storiku ddedikat lill-erwieħ li kien jinsab ħdejn il-Kappella ta' Sant'Anna faċċata taċ-ċimiterju ta' l-Għonq tneħħa u tqiegħed band'oħra u bil-permess ta' min?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-monument storiku ddedikat lill-erwieh li kien jinsab hdejn il-Kappella ta' Santa Marta, faccata tac-cimiterju ta' l-Ghonq, kien fil-periklu li jiggarraf u ghalhekk tnehha minn postu sabiex jigi ppreservat sakemm tittiehed decizjoni finali mill-awtoritajiet kompetenti dwar ir-restawr tieghu. Dan kollu sar bil-permess tas-Sovraintendenza tal-Patrimonju Kulturali bis-setgha moghtija lilha mill-Att dwar il-Patrimonju Kulturali 2002.
Leg 10 PQ #27539 Sitting 559 2007-10-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Bordijiet ta' l-Għażla

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija paralmentari 26768 dwar bordijiet ta' l-għażla, tista' l-Ministru issa tagħtini t-tagħrif mitlub li tliet xhur ilu qalet li kien qed jinġabar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-Mistoqsija Parlamentari numru 26768 kienet maghmula lill-Onor. Prim Ministru.
Leg 10 PQ #27542 Sitting 559 2007-10-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Flus imħallsa

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26770 dwar flus imħallsa s'issa mill-voti tal-ministeru għal Għawdex, tista' l-Ministru issa tagħtini t-tagħrif mitlub aġġornat sal-lum li 3 xhur ilu qalet li kien qed jinġabar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li malli l-informazzjoni kollha tkun migbura, din titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #27613 Sitting 559 2007-10-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali - Air Conditioning

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27435 tista' l-Ministru tgħid meta ġiet installata kull sistema ta' air conditioning fl-iSptar Ġenerali ta' Għawdex; min kien ħa t-tender, kemm swiet is-sistema u kemm għandha garanzija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #27529 Sitting 558 2007-10-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Decompression chamber

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed jingħata s-servizz tad-decompression chamber fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jekk fl-affermattiv, meta beda jingħata u kemm pazjenti bbenefikaw minn dan is-servizz? Jekk fin-negattiv, għaliex għadu ma bediex jingħata s-servizz u meta hu mistenni li jibda jingħata? Kemm għaddasa ġew trasferiti għall-kura fil-hyperbaric unit ta' l-isptar San Luqa f'Malta minn Novembru tas-sena l-oħra 'l hawn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposta moghtija ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27075. Dwar l-ahhar domanda r-risposta hija tlieta.
Leg 10 PQ #27530 Sitting 558 2007-10-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Toroq Xlendi u Ta' Pinu

Question

Tista' l-Ministru tgħidli meta ħarġu l-offerti għal xogħlijiet fit-triq tax-Xlendi u fit-triq ta' Pinu? Għal xiex inhuma dawn l-offerti? X'inhuma x-xogħlijiet li se jsiru u kemm hu stmat li se jiswew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi prezentament ma hemmx tenders ippubblikati ghal dawn it-toroq.
Leg 10 PQ #27532 Sitting 558 2007-10-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Asfaltar ta' toroq

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25899 dwar asfaltar ta' toroq residenzjali, tista' l-Ministru tgħidli fiex wasal ix-xogħol issa fuq kull triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher fit-tabella li qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #27537 Sitting 558 2007-10-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26767, tista' l-Ministru issa tagħtini t-tagħrif mitlub u li tliet xhur ilu qalet li kien qed jinġabar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni ghadha qed tingabar u risposta tinghata f'seduta ohra.
Leg 10 PQ #27333 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Bozoz energy savers

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Tista' tgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li tidher hawn taht.
Leg 10 PQ #27484 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Inċentivi għall-mara fid-dinja tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuniet/inċentivi/skemi qed jiġu offruti lin-nisa f'Għawdex biex jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tal-mara fid-dinja tax-xogħol in partikolari fl-imprenditorija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngharraf lill-Onor. Interpellant li dawk l-ghajnuniet li jigu offruti lin-nisa f'Ghawdex biex jinkoragixxi l-participazzjoni tal-mara fid-dinja tax-xoghol huma dawk li japplikaw ghall-gzejjer Maltin.
Leg 10 PQ #27485 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Faċilitajiet sportivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru fuq faċilitajiet sportivi f'Għawdex fl-2007 u kemm kienet in-nefqa u min għamel ix-xogħol?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ix-xogħlijiet li saru fuq l-faċilitajiet sportivi f’Għawdex matul l-2007 huma kif ġej: Xogħol Nefqa Min għamel ix-xogħol Introduzzjoni ta’ kamra għat-Table Tennis Lm1,051.57 Ħaddiema tal-Kumpless Sportiv Tkomplija tal-Climbing Wall area Lm 568,76 Climbing Association Refurbishment tal-Kumpless Sportiv Lm2,486.41 Ħaddiema tal-Kumpless Sportiv Xewkija Football Ground Lm122.55 C.M.U. Kercem Playing Field Lm 322.91 C.M.U. Kercem Football Ground Lm 216.76 C.M.U. Kercem Tennis Court Lm 301.75 C.M.U. Kercem boċċi pitch Lm 199.42 C.M.U. Munxar Playing Field Lm 276.36 C.M.U. Nadur Football Ground Lm 127.54 C.M.U. Tax-Xħajma Model Aircraft Landing Site Lm 1,955.07 C.M.U./Public Works Nadur Playing Field Lm 832.15 Public Works Sannat Playing Field Lm 34.25 Public Works Xagħra Playing Field Lm 645.51 Public Works Dawn l-ispejjeż ma jinkludux il-pagi ta’ ħaddiema li għamlu x-xogħol
Leg 10 PQ #27486 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sheltering — Żgħażagħ bi very challenging behaviour

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'faċilitajiet ta' sheltering jeżistu f'Għawdex għal żgħażagħ bi problemi ta' challenging/very challenging behaviour?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi zghazagh bniet be problemi ta' challenging / very challenging behaviour jigu offruti sheltering f'Lourdes Home, Ghajsielem filwaqt li zghazagh subein bl-istess problemi jigu riferuti l-Appogg. Huwa mahsub ukoll li fil-futur isiru arrangamenti necessarji biex zghazagh subien ikollhom facilitajiet ta' sheltering f'Ghawdex stess.
Leg 10 PQ #27487 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sheltering — Vitmi ta' vjolenza domestika

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'faċilitajiet ta' sheltering jeżistu f'Għawdex għan-nisa u tfal li huma vitmi ta' vjolenza domestika?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi nisa, tfal bniet ta' kull eta' u subien sa 9 snin li jkunu vittma ta' vjolenza domestika, jigu offruti sheltering fid-dar Carolina Cauchi li tifforma parti minn Lourdes Home f'Ghajnsielem. Subien ta' l-fuq minn 10 snin, iffaccjati bi problemi ta' vjolenza jigu riferuti l-Appogg. Huwa mahsub ukoll illi fil-futur isiru arrangamenti necessarji biex zghazagh subien ikollhom facilitajiet ta' sheltering f'Ghawdex stess.
Leg 10 PQ #27488 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Attractions Incentives Scheme

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif intagħżlu l-benefiċċjari tal-Gozo Attractions Incentives Scheme?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-beneficcjari tal-Gozo Attractions Incentive Scheme ntaghzlu skond il-kriterji stabbiliti mill-istess formola ta' l-applikazzjoni li mlew l-applikanti. Il-Gvern, tramite l-Ministry of Finanace National Lotteries Good Causes Fund, nieda din l-iskema biex jigu kontribwiti ghajnuniet finanzjarji lil diversi organizzazzjonijiet li organizzaw attivitajiet skond kif stbbiliti fl-istess kriterji. Huwa l-hsieb tal-Gvern li jerga' johrog sejha ghall-applikazzjonijiet ghal attivitajiet li se jigu organizzati matul is-sena li gejja.
Leg 10 PQ #27489 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Lezzjonijiet tal-parentcraft

Question

B'riferenza għal-lezzjonijiet tal-parentcraft li jsiru għan-nisa waqt it-tqala tagħhom, liema lezzjonijiet isiru f'sala fl-Isptar Mentali ta' Għawdex; peress li n-nisa li jattendu l-kors, inkluża l-interpellanti sottofirmata, iħossu li dan il-post mhux adattat għalihom tenut kont tal-kondizzjoni tagħhom li ċertament mhix kompatibbli ma' pazjenti ta' saħħa mentali, tista' l-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi ndirizzata u jinstab post iktar adattat fejn jistgħu jsiru dawn il-korsijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-Awtoritajiet ta' l-Isptar diġaż kkunsidraw li ser jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex il-lecture room li qiegħda fl-inħawi tax-Xjuħ Irġiel ssir librerija filwaqt li fejn illum hemm il-librerija ssir il-lecture room. Preżentament il-lectures li llum jsiru fil-lecture room li qiegħda fl-inħawi tax-Xjuħ Irġiel u mhux Sala Mentali, hemm aċċess ieħor separat għal din il-lecture room mill-ġonna ta' l-istess sptar Ġenerali ta' Għawdex u mhux neċessarjament wieħed jgħaddi direttament mill-kuriduri ta' l-isptar.
Leg 10 PQ #27515 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Vot kapitali

Question

No question text.

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #27518 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Proġett taż-Żewwieqa

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25885 dwar il-proġett taż-Żewwieqa tista' l-Ministru tgħidli kemm kien hemm offerenti għad-disinn tal-proġett u min kienu; jekk saritx l-evalwazzjoni ta' l-offerti u jekk fl-affermattiv min rebaħ il-kompetizzjoni u kemm hi l-istima tal-proġett skond id-disinn magħżul; u x'xogħol ieħor sar s'issa fuq dan il-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-kompetizzjoni għad-desinn tal-proġett taż-Żewwieqa ġiet imnedija darbtejn. Fl-ewwel ħarġa kien hemm sottomissjoni waħda mill-Perit Godwin F. Sultana u fit-tieni ħarġa kien hemm ħames sottomissjonijiet. Dawn kienu tal-Perit Ivan Buttigieg, Sapienza & Valentino Architects & Civil Engineers, Perit Dathan Muscat obo Joe Bugeja Associates, Martin Xuereb & Associates u Cassar Grech Ebejer Partners in conjunction with Dr. K. Thake. Jiena nfurmata wkoll li f'kull kaz is-sottomissjonijiet ma eżawrewx dak li kien mitlub fid-'design brief'. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġiet sottomessa applikazzjoni għal Fondi Strutturali għal dan il-proġett.
Leg 10 PQ #27522 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Trasferiment ta' l-iskart

Question

Tista' l-Ministru tgħid:- X'jonqos isir biex jitlesta l-istazzjoni għat-trasferiment ta' l-iskart f'Għawdex? Meta hu mistenni li jitlesta? Kemm se jiswa? Kemm mill-ispiża se tiġi mill-fondi Ewropej? Sa meta kellu jkun lest skond il-ftehim mal-Kummissjoni Ewropea? Għaliex għas-sena 2005 kienu ġew ivvotati Lm1,671,000 u minnhom intefqu Lm280,000 biss? Għaliex għas-sena 2006 kienu ġew ivvotati Lm2,250,000 u minnhom intefqu Lm160,000 biss? Kemm tħallsu flus b'kollox kull sena s'issa fuq dan il-proġett? Lil min tħallsu? Kemm hu l-ammont ta' fondi kommessi s'issa għan-nefqa u għadhom ma tħallsux? Għal xhiex huma kommessi dawn il-fondi u meta ġew kommessi? Meta hu mistenni li jitħallsu u lil min? X'ammonti għadhom iridu jiġu kommessi? Għal xiex għad iridu jiġu kommessi l-flus?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #27524 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Impjant għat-trattament tad-drenaġġ

Question

No question text.

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li hija responsabbli għal l-implimentazzjoni tal-Proġett għat-Trattament tad-Drenaġġ, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn din il-Korporazzjoni.
Leg 10 PQ #27525 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq Rabat/San Lawrenz

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'persentaġġ tax-xogħol sar s'issa fuq it-tieni parti tat-Triq Rabat, San Lawrenz u kemm hu stmat li jiswa dan ix-xogħol? Kemm tħallsu flus s'issa fuq din il-parti tat-triq u lil min tħallsu? Kemm hemm flus kommessi s'issa li għadhom ma tħallsux? Kemm hemm kontijiet pendenti fuq flus diġa' kommessi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab nfurmata li x-xoghol fuq it-tieni fazi tat-triq huwa kwazi komplut u li l-istima ta' dan ix-xoghol giet moghtija fir-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25895. Jiena nfurmata wkoll li sa issa thallsu Lm470,709.98 lil MAC Joint Venture fuq din il-fazi u li xoghol iccertifikat u kommess jammonta ghal Lm33,406.68.