Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #26188 Sitting 571 2007-10-25 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Nefqa fuq petrol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tagħha, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Tista' tgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #28185 Sitting 570 2007-10-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Taxxi, tariffi u miżati

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnha, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtha bejn Jannar u Settembru 2007? Tista' tindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma kien hemm l-ebda taxxi, tariffi jew mizati li ddaħħlu jew ġew riveduti mill-Ministeru għal Għawdex jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007.
Leg 10 PQ #28092 Sitting 568 2007-10-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsijiet parlamentari 26767 u 27537, tista' l-Ministru issa tagħtini t-tagħrif mitlub?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qieghda npoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 10 PQ #28084 Sitting 567 2007-10-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 27526 dwar servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex fejn hi rriferietni għall-pre-budget document 2008 peress li f'dan id-dokument m'hemm imsemmija l-ebda deċiżjoni tal-gvern dwar xi miżura konkreta għall-introduzzjoni mill-ġdid ta' dan is-servizz, tista' il-Ministru tgħid jekk il-gvern ħax xi deċiżjoni dwar dan is-servizz?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ghaddejjin tahdidiet interni dwar is-servizz tal-ajru bejn Malta u Ghawdex fid-dawl wkoll ta' dak imsemmi fid-dokument ta' qabel il-budget.
Leg 10 PQ #28085 Sitting 567 2007-10-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta mistenni jibda jingħata servizz tad-decompression chamber fl-isptar Ġenerali f'Għawdex li kienet inawgurata f'Novembru tas-sena l-oħra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Nr. 27976.
Leg 10 PQ #28121 Sitting 567 2007-10-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Decompression Chamber

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27976, tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li jiġu ngaġġati t-tobba meħtieġa u jekk il-problemi kollha operazzjonali tac-chamberġewx solvuti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-process tar-reklutagg tat-tobba ghadu ghaddej u mistenni jigi konkluz fil-gimghat li gejjin. L-apparat kollu relatat mad-Decompression Chamber huwa operazzjonali u stallat skond l-ispecifikazzjonijiet moghtija fit-Tender u gie ccertifikat minn Agnezija tac-certifikazzjoni indipendenti barranija.
Leg 10 PQ #26156 Sitting 566 2007-10-22 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Repair and upkeep

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpogg fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #28066 Sitting 566 2007-10-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Impjant għat-trattament tad-drenaġġ

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 27524 dwar l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ u għall-istqarrija għall-istampa Nru. 1419 maħruġa fil-25 ta' Settembru fejn tat tagħrif dwar l-istess proġett, tista' jekk jogħġobha l-Ministru tgħidli: Kemm tħallsu flus b'kollox kull sena s'issa fuq dan il-proġett? Lil min tħallsu? Kemm hu l-ammont ta' fondi kommessi s'issa għan-nefqa u għadhom ma tħallsux? Għal xiex huma kommessi dawn il-fondi u meta ġew kommessi? Meta mistenni jitħallsu u lil min? X'ammonti għadhom iridu jiġu kommessi? Għal xiex għad iridu jiġu kommessi l-flus? X'invoices hemm li ġew ipproċessati u għadhom ma tħallsux? X'invoices hemm li għadhom ma ġewx ipproċessati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar risposta tinghata f'seduta ohra.
Leg 10 PQ #28068 Sitting 566 2007-10-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Kumpless Ninu Cremona — Siġar tal-palm

Question

Tista' l-Ministru tgħidli fejn tħawwlu s-siġar tal-palm li nqalgħu mill-kumpless Ninu Cremona?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li s-siġar tal-palm li nqalgħu mill-Kumpless Ninu Cremona ġew imħawwla fl-iskola l-ġdida tal-Ħandaq, Malta. Meta jitlesta l-progett tal-Kumpless Ninu Cremona, il-Foundation for Tomorrow Schools ser tieħu ħsieb il-landscaping kollu ta' l-istess kumpless.
Leg 10 PQ #28070 Sitting 566 2007-10-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta mistennija toħroġ it-tender għall-istallazzjoni ta' servizzi u apparat fil-biċċerija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li it-tender ghall-istallazzjoni ta' servizzi u apparat fil-biccerija mistennija tigi ppublikata fi ftit granet ohra.
Leg 10 PQ #26149 Sitting 565 2007-10-17 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Servizz ta' l-internet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Tista' tgħid min hu l-ISP f'kull każ separat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #26150 Sitting 565 2007-10-17 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Rapporti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ġew ikkummisjonati rapporti fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, tista' tgħid x'kien l-għan/skop ta' kull rapport separatament, minn min sar u jekk sewa flus kemm kienet l-ispiża separatament? Tista' tgħid jekk hemmx minn dawn ir-rapport li ġew konklużi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #27992 Sitting 565 2007-10-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Ġrieden

Question

Peress li fil-Qorti ta' Għawdex f'dawn l-aħħar ġranet kien hemm problemi ta' rwejjaħ ikkaġunati minn infestazzjoni ta' ġrieden u kien hemm anke ġrieden mejta; peress ukoll li l-ħaddiema kellhom huma stess jilbsu l-ingwanti biex jaraw kif jirrimedjaw is-sitwazzjoni; peress li din hija sitwazzjoni intollerrabbli anke mil-lat sanitarju u ta' saħħa kemm għall-ħaddiema kif ukoll għal dawk kollha li jkunu l-Qorti, tista' l-Ministru tindirizza s-sitwazzjoni mmedjatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-10 ta' Ottubru meta ndunajna bir-riha malajr qabbadna tas-Sanita' sabiex jinvestigaw u rrriżulta li kien hemm ġurdien zgħir mejjet li malajr gie mneħħi.
Leg 10 PQ #26147 Sitting 564 2007-10-16 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Tista' tagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #27961 Sitting 564 2007-10-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Ingaġġ ta' persuni

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu ngaġġati court messengers fil-Qorti ta' Għawdex u l-fattiga li ilha tiġi mwiegħda xhur?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li rigward il-court messengers, hemm l-approvazzjoni ghal tnejn tal-Management and Personnel Office fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, u ser tohrog call for applications. Ghar-rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposta li tajt ghal-mistoqsija parlamentari numru 27439.