Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #28752 Sitting 588 2007-11-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Serq

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il serqa ġiet rappurtata mill-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtha matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena? Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-oġġetti misruqa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ġew irrappurtati żewġ serqiet matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena mill-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu. Dawn kienu; waħda ta’ Lm1.50, (€3.49) mill-Junior Lyceum Skola Sekondarja tas-subien Ninu Cremona u l-oħra ta’ Lm31.86 (€74.21) mid-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp.
Leg 10 PQ #28805 Sitting 588 2007-11-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Trasferiment ta' ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux xi trasferimenti ta' ħaddiema minn dipartiment għall-ieħor fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid minn liema dipartiment għal liema dipartiment saru u tagħti d-data u l-grad/xogħol ta' l-impjegat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #28807 Sitting 588 2007-11-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Uffiċjali inkarigat

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ser jimtela' l-post ta' l-uffiċċjal inkarigat mis-sezzjoni ta' l-AJAX - Land and Water Section f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li s-sezzjoni tal-IACS hija amministrata minn Uffiċjal Prinċipali.
Leg 10 PQ #28268 Sitting 587 2007-11-12 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Prepaid top up mobile cards

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif murija fit-tabella annessa.
Leg 10 PQ #28269 Sitting 587 2007-11-12 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Xiri ta' mobile phones

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha minn Jannar 2007 sal-lum, u f'każ li fl-affermattiv, kemm il-mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella annessa.
Leg 10 PQ #28270 Sitting 587 2007-11-12 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Karozzi mikrija

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tagħha minn Jannar 2007 sal-lum u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased l-karozza kull ġurnata? Tista' tgħid x'ċilindrata għandha l-karozza f'kull każ separtament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #28271 Sitting 587 2007-11-12 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Karozza mikrija għall-użu tagħha

Question

Tista' l-Ministru tgħid, jekk ġewx mikrija/leased karozzi għal użu tagħha bħala Ministru minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, x'tip ta' karozza inkriet/leased, kemm hi r-rata li biha nkriet/leased il-karozza kull ġurnata u għalkemm żmien?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma gewx mikrija/leased karozzi għall-użu tiegħi bħala ministru minn Jannar 2007 sal-lum.
Leg 10 PQ #28272 Sitting 587 2007-11-12 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Manutenzjoni tal-karozza

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm swiet il-manutenzjoni tal-karozza tagħha bħala Ministru u s-second car separatament minn Jannar 2007 sal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ispiża għall-manutenzjoni tal-karozza tiegħi bħala ministru minn Jannar 2007 sal-lum, kienet ta' Lm233.10. Minn dawn Lm94.57 tħallsu bħala 'routine service'. Nixtieq ninforma ill-Onor. Interpellant li m'għandix second car.
Leg 10 PQ #28273 Sitting 587 2007-11-12 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Karozzi ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjal jew għal użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x'tip ta' karozza, l-prezz u x'ċilindrata huma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma nxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjal jew għall-użu ġenerali fil-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħti minn Jannar 2007 sal-lum.
Leg 10 PQ #28799 Sitting 587 2007-11-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Kerċem — Skola primarja

Question

Peress li qed ikun hemm diversi lamenteli minn ġenituri ta' studenti li jattendu l-iskola primarja ta' Kerċem minħabba nuqqas ta' purtinara fl-iskola, tista' l-Ministru tispjega għaliex inħolqot din is-sitwazzjoni u x'inhu maħsub li jsir biex tissolva din is-sitwazzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-iskola ta' Kerċem kellha żewġ purtinari li wieħed minhom rtira. Wara li ġie allokat ieħor minfloku s-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal. Minn diversi spezzjonijiet li saru ma jidhirx li għandu jkun hemm lok ta' ilmenti.
Leg 10 PQ #28800 Sitting 587 2007-11-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Inċineraturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hi l-ispiża ta' kuljum biex jitħaddmu l-inċineraturi ta' l-isptar u l-biċċerija u tagħti breakdown ta' l-ispejjeż?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella annessa.
Leg 10 PQ #28801 Sitting 587 2007-11-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk biex inkera l-container freezer li hemm il-biċċerija ħarġitx tender jew le? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid min tefa' t-tender u l-offerta relattiva u min ħa t-tender?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

RISPOSTA Jiena nfurmata li l- container freezer li hemm il-biċċerija fix-Xewkija nkera permezz ta’ quotations mid-ditti kif jidhru fl-iskeda ta’ hawn taħt: Kera kull jum Trasport minn Malta għal Għawdex u Vice Versa Anthony Falzon & Sons Ltd Lm 30 Lm 102 kull vjaġġ Attrans Ltd Lm 25.96 Lm 200.60 kull vjaġġ FAPI Motors Ltd Lm 18.88 Lm 100.30 kull vjaġġ L-offerta ngħatat lid-ditta FAPI Motors Ltd li kellha l-orħos offerta.
Leg 10 PQ #28803 Sitting 587 2007-11-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Cumnija tal-biċċerija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba kellha titbiddel iċ-ċumnija ta' l-inċineratur tal-biċċerija u meta? Kemm kienet l-ispiża kull darba?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ċ-ċumnija tal-inċeneratur tal-biċċerija nbidlet fis-sena 2005 bi spiża ta' Lm16,470 li tinkludi post combustion chamber u water softing equipment.
Leg 10 PQ #28722 Sitting 585 2007-11-06 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Inċident bejn anzjana u helper

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'passi ttieħdu wara l-inċident li nqala' nhar it-22 ta' Awissu, 2007 bejn l-anzjana msemmija permezz ta' dettalji li qed jintbagħtu separatament u l-helper assenjata lilha, fejn din ta' l-aħħar sfat attakkata mill-imsemmija anzjana li tbati minn dementia qawwija? Min ħa u qed jieħu r-responsabbilta' li l-imsemmija anzjana tibqa' tgħix għal rasha minflok ma tinġabar f'xi dar ta' l-anzjani?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li hekk kif it-taqsima ħidma soċjali fil-Ministeru għal Għawdex irciviet informazzjoni mingħand il-Part Time Social Assistant ta' l-anzjana konċernata, li hija (il-PTSA) ġiet agredita b'xi mod mill-anzjana, immedjatament il-Kap tas-Sezzjoni tas-Social Work fi hdan il-Ministeru ordna lis-social workers li qed isegwu l-kaz fit-taqsima psikjatrika fl-Isptar mentali f'Ghawdex, sabiex jivverika x'gara. Dak inhar stess, flimkien mat-tabib tal-polyclinic (Victoria) huma ghamlu vista fid-dar tal-anzjana, fejn l-imsemmi tabib iċċertifika li l-anzjana ma kienx jinħtiġiela li tinġabar fl-isptar. Irriċulta wkoll li l-agrediment kien wieħed ta' natura ħafifa, tant li l-helper baqgħet sallum tagħti servizz lil din l-anzjana li minn naħa tagħha hi kuntenta ħafna b'dan is-servizz. Dwar min ħa u qed jieħu r-responsabbilta' li l-imsemmija anzjana tibqa' tgħix fil-kommunita', din hija deċiżjoni li tittieħed mill-multi disciplinary team ta' l-isptar mentali kull darba li l-anzjana tattendi b'mod regolari għall-appuntamenti tagħha fl-outpatients għall-assessment.
Leg 10 PQ #28688 Sitting 584 2007-11-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Decompression chamber — Tabib

Question

Tista l-Ministru tgħid kemm saru sejħiet għall-applikazzjonijiet għal tabib għad-decompression chamber u meta saru dawn is-sejħiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm zewg applikazzjonijiet ghal tabib ghad-decompression chamber. Dawn gew ippublikati fil-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta' Lulju u ta' l-4 ta' Setterbru 2007.
Leg 10 PQ #26214 Sitting 575 2007-10-29 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kera

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Tista' tgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed impoggi fuq il-mejda tal-Kamra.