Tista' l-Ministru tara li l-washroom li tinsab f'binja tal-gvern li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u hi miftuħa u esposta għall-użu tal-pubbliku, fejn qed jintefa' ħafna mbarazz u anke jsir ċertu abbuż, titnaddaf u ssirilha forma ta' protezzjoni biex tkun tista' tingħalaq?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux se jinkrew jew jinbiegħu l-garaxxijiet/stores li nbnew mal-binja l-ġdida fi Triq E.S. Inglott, Bormla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ż-żewġ stores li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ġew riservati għal min kien jokkupa l-istores li twaqqgħu biex sar il-proġett.
Tista' l-Ministru tgħid x'jintalab mid-dipartiment minn persuna li tkun tgħix f'post tal-gvern bil-kirja fuq ħaddieħor sabiex ikun hemm bidla fir-rikonoxximent tal-kera?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 310 bil-miktub f'Seduta 454, ninfurmah li kull każ hu differenti minn ieħor u għalhekk mhux possibbli li nelenka l-informazzjoni u l-provi kollha li jiġu mitluba biex isir rikonoxximent b'mod ġenerali.
Peress li meta sar ix-xogħol fuq id-dar għall-anzjani f'Bormla, saret filliera ta' dawl fl-art mal-ġenb tal-ground ta' l-iskola primarja, li sal-lum wara ħafna snin li fetħet din il-home għadhom qatt ma nxtegħlu, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li qatt ma nxtegħlu? Hemm xi ħsieb li dawn xi darba jixgħelu, jew saru biss biex iżejnu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tara li anzjan Bormliż li jgħix f'fond li parti minnu hu strutturalment perikoluż u dan l-istess fond għandu bżonn kamra tal-banju ġdida għall-ħtiġijiet tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, isirlu wkoll aġġornar tal-fond billi jibbenefika mill-inizjattiva care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Wara l-ispezzjoni msemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24074, tista' l-Ministru tgħid jekk hux se jkun hemm xi azzjoni li tittieħed fuq il-post indikat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mill-ispezzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant irriżulta li, skond il-policy stabbilita dwar tiswijiet, ix-xogħol mitlub jaqa taħt ir-responsabbilta' ta' l-inkwilini.
Tista' l-Ministra tikkonsidra każ ta' ġuvni ta' 19-il sena li huwa b'diżabilita' u skond ommu dan qed jiġi abbandunat minn missieru? Dan il-każ diġa' ġie mressaq l-Appoġġ u anke ċ-ċentru ħidma soċjali ta' Santa Venera imma jixtiequ li jingħata aktar attenzjoni.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-każ indikat mill-Onor. Interpellant tressaq għall-attenzjoni tal-ħaddiema soċjali ta' l-Aġenzija Sapport fil-21 ta' Frar 2007.
Ninsab infurmata wkoll li immedjatament inbeda x-xogħol fuq dan il-każ u saru ħafna kuntatti inkluż mal-membri tal-familja, is-servizz legali ta' l-Aġenzija, il-Pulizija, l-iskola fejn tattendi l-persuna, iċ-Child Safety Services tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u maċ-Child Protection Services u d-Domestic Violence Services ta' l-Aġenzija Appoġġ.
Tista' l-Minsitru tara li l-ġuvni li ma jaħdimx li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibbenifika mill-inizjattiva care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' l-Ministru tara li l-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenifika mill-inizjattiva care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk l-immigranti li ma jilħqux l-kriterji għall-protezzjoni f'Malta skond ir-Refugees Act? Jista' jgħid li jekk dawn il-failed asylum seekers jistgħux jibbenefikaw minn xi għajununa jew inkella jridu jiddependu fuq l-għajnuna tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Sakemm ikunu qed jistennew li jintemmu l-proceduri biex jirritornaw f'pajjiżhom, immigranti irregolari li ma jilhqux il-kriterji ghall-protezzjoni skond l-Att dwar ir-refugjati, jingħataw akkomodazzjoni f'centru miftuh u allowance zghira ghall-bzonnijiet essenzjali.
Tista' l-Ministru tgħid fiex waslet it-talba għar-reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li n-numru ta' l-identita u d-dettalji tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma jaqblux.
Ghalhekk nitolbu jivverifika dawn id-dettalji u jghaddijhomli biex ninvestiga.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-possibilita' li l-persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ngħatat post temporanju l-Belt, terġa' tmur lura lejn Bormla fejn dejjem għexet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23592, f’Seduta Numru 490, dwar l-istess persuna, fejn jien għidt li din il-persuna ġiet offruta post f’Bormla f’Ottubru 2006, liema post hi rrifjutat.
Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24100, f’Seduta Numru 503 dwar l-istess persuna.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-bini ta' blokka appartamenti fi Triq San Gwann, Bormla? Fiex tikkonsisti din il-binja, maqsuma f'1 bedroom, 2 bedroom u 3 bedroom apartments? Min se jingħata priorita' f'allokazzjoni ta' dawn l-appartamenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-bini tal-blokka li ghamel referenza ghaliha l-Onor. Interpellant jinsab fi stadju avanzat u mistenni jkun lest sa nofs din is-sena.
Ninsab infurmata wkoll li din il-binja tikkonsisti f'7 appartamenti b'kamra tas-sodda wahda, 28 appartament b'zewg kmamar tas-sodda u 19 -l appartament bi 3 kmamar tas-sodda.
L-ewwel prijorita' fl-allokazzjoni ta' dawn l-appartamenti ser tinghata lil evictees tat-tieni fazi tal-proġett ta' Triq Santa Liena, Bormla.
Peress li fetħa mdaqqsa bejn l-appartamenti l-ġodda fi Triq San Gwann, Bormla u l-Club ta' Cospicua Rangers issa tinsab fi stat mitluq, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti għax-xogħlijiet fuq din il-fetħa? Meta se jibdew u jitlestew ix-xogħlijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li bħalissa qed isiru diskussjonijiet biex tiġi finalizzata l-pjanta dwar il-fetħa li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant biex tiġi żviluppata fi ġnien pubbliku, bi sħubija bejn id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar u l-Kunsill Lokali ta’ Bormla.
Ninsab infurmata wkoll li x-xogħol mistenni jibda lejn l-aħħar ta’ din is-sena jew fil-bidu tad-dieħla wara li tiġi finalizzata l-pjanta, jintalbu u joħorġu l-permessi u joħorġu s-sejħiet għall-offerti għax-xogħlijiet.
Tista' l-Ministru tara għaliex id-dipartiment mhuwiex qed jieħu l-passi neċessarji ta' familja minn Ħal-Luqa li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li ma jistgħux ikomplu jgħixu fil-fond li fih qed jabitaw u jixtiequ jibdlu ma' post ieħor tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Ninsab infurmata wkoll li l-applikanti jgħixu f'dar tal-Gvern bi tlett kmamar tas-sodda imma jridu jibdlu minħabba problemi mal-ġirien.
Tista' l-Ministru tara li x-xogħol ta' titjib fil-gallarija ta' fond fl-Isla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ma setax jitkompla, jitlesta u dan minħabba li kellu jieqaf għaliex il-ħaddiema ma setgħux ikomplu minħabba inkonvenjent li hu maħluq minn wires ta' l-elettriku li huma mwaħħla fuq il-post?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant li ma setgħax jitkompla għar-raġunijiet li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ma kellux kontroll fuqhom, mistenni jitkompla fil-bidu ta' April.