Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li l-kunsilli lokali jibdew jiġbru l-kirjiet ta' inkwilini fi djar tal-gvern fil-lokalita' tagħhom?
Xi ħlasijiet se jingħataw il-kunsilli għal dan ix-xogħol?
X'arranġamenti ta' siġurta' hemm bżonn peress li dan ix-xogħol jinvolvi ġbir u ġarr ta' flus li jesponi lill-impjegati tal-kunsilli lokali għall-perikli ovvji?
Response (GATT, AUSTIN)
L-iskema biex kirjiet ta` proprjeta tal-Gvern jithallsu fil-Kunsilli Lokali (eskluzi dawk ta` Ghawdex) bdiet fl-l ta` Novembru 2000. Ghal dan is-servizz l-Kunsilli Lokali se jithallsu is-somma globali ta` Lm50,000. Il-hlas isir lil kull Kunsill individwali, skond kemm ikun hemm transazzjonijiet. B`kollox, izda, s-somma globali ta` Lm50,000 ma tinqabisx.
Permezz ta` l-Assocjazzjoni taghom il-Kunsilli Lokali diga ghandhom polza tas-sigurta` u qed tittiehed azzjoni ukoll biex jigu provduti mezzi ohra tas-sigurta` bhall-access dirett mal-pulizija.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk hemm-il darba x-xogħol li kellu jsir tul din is-sena sarx u l-ħsieb li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li hemm fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt jiċċaqlaq jiġi issa mwettaq?
Response (GATT, AUSTIN)
`Nifhem li l-Onor. Interpellant qieghed jalludi ghall-progett ta` bini ta` Ufficcji godda fi Strait Street kantuniera ma Triq l-Arcisqof il-Belt.
Billi ghad hemm xi problemi biex tinsab akkomodazzjoni alternattiva ghall-familji, li bhal issa qerghdin jokkupaw zewg fondi u li huma kazi ta` `social housing` ma kiex possibli l-l-progett jinbeda din is-sena.
Sadanittant, per, l-Ufficcjuj ta` l-Avukat Generali qighed jitkabbar biz-zieda ta` xi kmamar ohra, fil-Palazz Presidenzjali stess, li qabel kienu okkupati mill-Law Reform Commission`
Jista' l-Ministru jikkonferma li għalkemm ambaxxati f'Malta jgawdu mill-immunita' xorta nħarġu ċitazzjonijiet kontrihom dwar kontravenzjonijiet tat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Minkejja li l-ambaxxati f`Malta jgawdu mill-immunita` diplomatika din ma tapplikax fil-kaz ta` cittazzjonijet dwar kontravvenzjonijet tat-traffiku.
Peress li ambaxxati Maltin barra minn Malta huma suggetti ghall-hlas ta` multi simili, l-Gvern Malti jimxi fuq l-istess principju.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-Pjan għall-Iżvilup Soċjo-Ekonomiku għan-naħa ta' Isfel ta' Malta li kien ġie ppreparat matul il-leġislatura preċedenti?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant hu mitlub li jirreferri l-mistoqsija lill-Ministru koncernat peress illi dan il-pjan ma jaqghax taht id-dekasteru tieghi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx iffurmati jew hemmx il-ħsieb li jiġu ffurmati, sezzjonijiet, units jew xorta ta' gruppi oħrajn fid-dipartimenti, soċjetajiet kummerċjali, segretarjati u entitajiet oħrajn kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jew li fihom il-gvern għandu xi forma ta' interess u li liema units, sezzjonijiet etc għandhom xogħol konness jew relatat mal-politika tal-Gvern li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jew fl-addozzjoni ta' l-aquis?
X'jisimhom jew x'ser ikun jisimhom dawn il-units etc?
X'tip ta' xogħol mistenni jew qiegħed isir min dawn il-units?
Kemm hemm nies jaħdmu f'kull wieħed min dawn il-units?
Min huma, kif intgħażlu u xi grad għandhom?
X'pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji oħrajn igawdu minnhom persuni li huma ingaġġati ma' dawn il-units?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru.19885, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?
Response (GATT, AUSTIN)
"Il-persentagg ikkwotat fil-mistoqsija parlamentari Nru. 19888 jirreferi ghac-cifra allokata ghal-vot ta' hospitality fl-Estimi Generali u ghalhekk huwa facli ghall-onorevoli interpellant li johrog ic-cifra li talab.
Dwar breakdown ta' kif intefqet ic-cifra m'ghandix x'inzid mat-twegiba li tajtu ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19182 fuq l-istess suggett."
Jista' l-Ministru jgħid mill-1987 'il hawn, kemm il-każ kien ippreżentat kontra Malta fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, liema kienu l-każijiet, liema kienu ammessibli u le, it-tip ta' agravju mressaq u x'riżultat kien hemm f'kull każ?
Il-Gvern lil min kien ordnat li jħallas kumpens mill-Qorti Ewropea u kemm l-ammont?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar, ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux hemm il-pjan li l-bridge li jaqsam il-qorti fuq Triq id-Dejqa jiġi ridisinjat biex ikun aktar kumpatibbli mal-bini tal-Belt kapitali ta' pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Le, fil-mument ghalkemm il-quddiem ma neskludiex li jsir fil-kuntest ta' ristrutturazzjoni shiha tal-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid, separatament, kemm hu n-numru ta' kunsilli lokali li ntroduċew is-sistema tal-wardens? Kemm huma dawk li għadhom ma ntroduċewx din is-sistema?
Response (GATT, AUSTIN)
Minn tmienja u sittin (68) Kunsill s'issa hemm hamsa (5) li ghadhom minghajr delega ta' l-infurzar tal-ligijiet li huma Birzebbuga, Floriana, Marsa, Mtarfa u Xghajra.
Fid-dawl tal-lobbying ġustifikat tal-fundazzjoni għall-vittmi ta' l-użara, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux qiegħed jgħati kunsiderazzjoni xierqa lill-possibbilta' li jilleġiżla dwar dan is-suġġett?
B'riferenza għall-mistoqsija u t-tweġiba parlamentari nru 19374, jista’ l-Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet meħtieġa ġo Valletta Road, Ħal-Qormi u t-toroq tad-dawra tal-housing estate ?
Jaf li dawn it-toroq ilu ma jkollhom manutenzjoni tajba għal snin sħaħ, bil-konsegwenza li f'ċertu partijiet jeżisti anke periklu serju kemm għas-sewwieqa kif ukoll għal dawk li jkunu għaddejjin bil-mixi?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissugerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' fondi li l-Gvern għadda lill-assoċazzjoni tal-kunsilli lokali f'dawn l-aħħar tliet snin?
Kemm minn dawn il-fondi ntefqu fuq safar, kull sena, kemm saru safriet, għal fejn saru, ġo liema pajjiż, min siefer fuq kull safra?
Kemm nefqet l-assoċazzjoni kull sena fuq attivitajiet li saru ġo lukandi kemm Malta, kemm Għawdex kull sena u x'kien l-iskop ta' l-attivita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-informazzjoni trid tingabar naghti twegiba f'xi seduta ohra.
Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Hospitality
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'hospitality mill-vot tal-Estimi Ġenerali 2000 bejn 1 ta' Jannar 2000 sal-6 ta' Ottubru 2000?
Response (GATT, AUSTIN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, l-ispiza f'hospitality kienet ta' 52.7% tal-vot allokat ghal hospitality.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jkunu l-kontijiet pendenti u spejjeż konnessi li mhux se jilħqu jkunu mħallsa sa tmien din is-sena?
Fis-supplementary estimates kemm huwa stmat li se jkun l-ammont meħtieġ biex ikopri ammonti mhux koperti fl-estimi għas-sena 2000?
Response (GATT, AUSTIN)
"Bhal ma normalment isir, il-Ministru qed jaghmel kull sforz biex ma jithallewx kontijiet pendenti ghas-sena d-diehla.
Jien infurmat li bhalissa qed isir l-ikkuntjar necessarju biex wiehed jasal ghal figuri totali li fuqhom jigi eventwalment deciz jekk jew kemm ikun hemm bzonn fondi supplementari fil-voti tal-Ministeru. Jien infurmat ukoll izda li stimi tat-tip mitluba mill-Onorevoli Interpellant jistghu ivarjaw sostanzjalment bejn issa u l-gheluq tas-sena finanzjarja u ghalhekk ma narax l-utilita' li jinghataw."
Jista' l-Ministru jgħid kemm taw ċitazzjonijiet il-wardens tal-kunsilli lokali kemm ilhom imwaqqfa u x'kienu l-kontravenzjonijiet li għamlu s-sewwieqa?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħata għal mistoqsija parlamentari numru 20079.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li warden li ma jidhirx quddiem it-Tribunal Lokali, meta jkollu l-każijiet tiegħu, jeħel multa ta' Lm30?
Response (GATT, AUSTIN)
Hija fid-diskrezzjoni tal-Kummissarju tal-Ġustizzja li japplika r-regolamenti relevanti għal persuni notifikati li ma jidhrux quddiem it-Tribunal Lokali.
Peress li kif ingħad diversi drabi s-sistema taċ-ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali hija waħda kompjuterizzata u effiċjenti, jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 19134?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed nehmez tabella bl-informazzjoni mitluba.
Il-valur ta` dawn ic-citazzjonijiet jammonta ghall-LM689,441 li minnhom s`issa thallsu Lm230,84l jigifieri 33.5%.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-5 ta' Settembru 1998 il-hawn, gew impjegati erba' (4) minn nies fic-Centru Malti ta' l-Arbitragg.
Qrati Ċivili Superjuri — Avukati bħala periti legali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm avukati li ġew nominati bħala periti legali quddiem il-qrati Ċivili Superjuri għas-snin 1998 u 1999?
Jista' jgħid kemm fil-fatt kien hemm perizji pendenti quddiem dawn il-qrati għas-snin 1998 u 1999?
Response (GATT, AUSTIN)
In-nomina ta' Avukati bhala periti legali quddiem il-Qrati Civili Superjuri hija fid-diskrezzjoni tal-Gudikanti. Ma tezistix statistika dwar dawn in-nomini.
Fl-1998 kien hemm 2290 perizji pendenti fil-Qrati Superjuri u 155 fil-Qrati Inferjuri.
Fl-1999 kien hemm 2342 perizji pendenti fil-Qrati Superjuri u 148 fil-Qrati Inferjuri.
Ta' min jghid pero' li l-istat ta' numru sostanzjali minn dawn il-kawzi sallum inbidel billi uhud minnhom gew decizi, ceduti, dezerti u/jew qeghdin fi stadju ta' kontinwazzjoni u/jew ghas-sentenza.