Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għalliema part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix tariffa minima nazzjonali dwar kemm għandhom jitħallsu għalliema li jaħdmu part-time kemm ma' l-Istat, mal-Knisja u mal-iskejjel indipendenti? Din it-tariffa hija għall-iskejjel kollha inkluż dawk li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin, l-ħjata, hairdressing, etc?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-materja hi regolata mill-Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għall-Iskejjel Privati li jirregola l-Pagi u li hija applikabbli għall-teachers part-time li huma mpjegati fl-iskejjel kollha, barra minn dawk l-iskejjel imwaqqfin u mmexxijin mill-Gvern Malti jew l-Universita’ ta’ Malta.

Ilmenti minn ġenituri

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika s'issa kemm kien hemm ilmenti minn ġenituri kontra għalliema fl-iskejjel tal-Istat? Jista' jgħid dwar x'hiex kienu l-ilmenti? Kemm minn dawn l-ilmenti kienu ppruvati u x'passi ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul din is-sena kien hemm ilment wieħed anonimu bil-miktub dwar għalliema fl-Iskejjel ta' l-Istat. Dan il-każ kien ġie riżolt xhur qabel ma sar l-istess ilment.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru u entitiegħu qabeż is-ceilingallokat għal mobilemarbut mal-pożizzjoni tiegħu, itteħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kienx hemm każi fejn is-ceiling inqabeż.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phonesġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobileinxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li inxtara sett ċellulari bħala replacement ta' mobile fl-OHSA b'nefqa ta' Lm27 għas-Senior Manager.

Persuni b'diżabilita' — Opportunitajiet edukattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex żgħażagħ b'diżabilita' li spiċċaw l-iskola sekondarja u li jistgħu jkomplu jitħarrġu ma sabux opportunitajiet edukattivi u/jew ta' taħriġ maħsub għalihom? Ma jidhirlux li din hija sfortuna mhux biss għal dawn iż-żgħażagħ li kellhom iwaqqfu l-proċess tal-kisba ta' life skillseċċ., ħesrem, iżda għas-soċjeta' li diġa' nvestiet ħafna fihom matul is-snin ta' edukazzjoni li diġa' ħadu? Xi pjanijiet għandu l-gvern fl-immedjat biex dawn iż-żgħażagħ ma jkomplux jitilfu dak li diġa' kisbu anzi jkomplu jkabbru l-iskills tagħhom fil-futur?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dawk iz-zgħazagħ b'dizabilita' li spiċċaw l-iskola sekondarja u li jistgħu jkomplu jitħarrġu dejjem sabu opportunitajiet edukattivi sabiex huma jistgħu jkomplu ikabbru l-ħiliet tagħhom. Dawn sabu opportunitajiet edukattivi kemm fl-Universita', fl-MCAST u kif ukoll fil-Giovanni Curmi Higher Secondary, Naxxar. Ħadd miz-zgħazagħ li kellhom kompetenzi sabiex ikunu jistgħu jsegwu programm ta' taħriġ edukattivi f'dawn l-istituzzjonijiet imsemmija ma tħalla barra. Zgħazagħ oħra b'dizabilita' intellettwali li għalqu sittax-il sena u li spiċċaw l-iskola sekondarja dejjem sabu post sabiex il-proċess tal-kisba tal-life skills eċċ. komplew isaħħuhom billi jattendu għall-programmi speċjalizzati fl-iskejjel speċjali. Bħalissa qed issir ħidma dwar kif jistgħu jitjiebu s-servizzi f'dan il-qasam.

Għalliema ta' l-Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li għandhom warrant biex jgħallmu biss fl-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin? Jekk ikunu għamlu l-kors tat-TEFL huwa biżżejjed biex jgħallmu f'dawn l-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li b'kollox hemm 2,251 il-għalliem li għandhom permess sabiex jgħallmu biss fl-iskejjel li jgħallmu l-Ingliz lill-barranin. Barra li jtemmu l-kors tat-TEFL, għalliema prospettivi irid ikollhom mill-anqas 18-il sena, ikollhom kondotta nadifa u jkollhom jew ċertifikat f'Livell Avvanzat fl-Ingliz maħruġ minn istituzzjoni rikonoxxuta inkella kwalifika komparabbli.

Kors tat-TEFL

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta jiġi organizzat kors tat-TEFL għall-għalliema prospettivi, d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tiġix infurmata? Isir xi ċċekkjar fuq kif qed jiġu organizzati u jekk min imexxi l-kors huwiex ikkwalifikat li jagħmel dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord li jissorvelja l-iskejjel ta' l-Ingliz bħala Lingwa Barranija, ikun infurmat b'kull kors tat-TEFL għall-għalliema prospettivi. Dan il-Bord kien ħareġ sett ta' guidelines li dwarhom l-iskejjel liċenzjati huma mgħarrfa. Qabel skola tibda xi kors, tgħarraf bil-miktub l-kontenut tal-kors u min ikun sejjer imexxieħ. Barra minn hekk l-iskola konċernata tinforma l-Bord bl-ismijiet tal-parteċipanti fil-kors u tagħti l-ismijiet u d-dettalji oħra tal-kandidati kollha li jirnexxilhom itemmu l-kors b'suċċess.

Dokument oriġinali ta' l-Indipendenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dokument oriġinali ta' l-Indipendenza (dak li huwa f'idejn il-Prim Ministru Borg Olivier fil-famuż ritratt tal-21 ta' Settembru 1964) huwiex miżmum fil-Biblioteka Nazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-dokument oriġinali u uffiċjali ta' l-għoti ta' l-Indipendenza lill-Malta qatt ma kien miżmum fil-Biblijoteka Nazzjonali.

Xogħol ta' lifeguard

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' lifeguardhuwiex rikonoxxut ma' l-ETC u jekk hux qiegħed jikkonsidra li jdaħħal dan il-coursel-MCAST?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-KXT taċċetta li tirreġistra persuna għax-xogħol ta' Lifeguard. Informat ukoll li l-MCAST qatt ma ġie mitlub biex jorganizza dan il-kors.

Junior Lyceum/skejjel tal-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tal-kumitat li qed jieħu ħsieb jistudja l-eżami għad-dħul fil-Junior Lyceum u fl-iskejjel tal-Knisja? Meta huwa maħsub li joħroġ ir-rapport?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol qiegħed fi stadju avvanzat.

Marsa — Sports complex

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol huwa ppjanat li jsir fuq il-bini amministrattiv ta' l-isports fil-Marsa? Jista' jgħid ukoll jekk id-dawl artifiċjali fl-istadium Micallef St.John hux se jitjieb biex ikunu jistgħu jsiru avvenimenti fil-għaxija?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Diviżjoni ta' l-edukazzjoni — Tagħlim dwar l-ikel u x-xorb

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24464, jista' l-Ministru jgħid f'din is-sena skolastika kemm-il darba saru laqgħat/seminars mill-HESC - Home Economics Seminar Centre - fuq programmi fuq is-saħħa, ikel u nutriment? Meta saru u liema skejjel kienu mistiedna f'kull każ u kemm attendew?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Home Economics Seminar Centre (HESC), li jagħmel parti mid-Dipartiment tal-Kurrikulu fi ħdan id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, jorganizza seminars u laqgħat matul is-sena skolastika kollha. Izomm dawn l-interventi edukattivi kemm fil-post li jinsab fil-kumpless ta' l-iskola Primarja ta' Birkirkara kif ukoll barra l-post, fl-iskejjel u f'ċentri edukattivi u komunitarji. Mill-bidu ta' din is-sena skolastika sal-20 ta' April 2007, il-HESC organizza seminars/laqgħat b'konnessjoni ma' xogħol iffokat fuq is-saħħa, l-ikel u n-nutriment fi 72 skola statali, 14 skejjel mhux statali li fihom ħadu sehem 6177 student u 929 ġenituri.

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irtiraw għalliema bl-eta' f'din is-sena skolastika? Kemm minnhom kienu jgħallmu fl-iskejjel primarji u sekondarji? Jista' jgħid ukoll kemm se jirtiraw sa l-aħħar ta' Settembru meta tibda sena skolastika oħra? X'suġġetti kienu jgħallmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk : In-numru ta' għalliema li rtiraw bl-eta' f'din is-sena skolastika (Settembru 2006 sa 18 ta' April 2007) li kienu jgħallmu fl-iskejjel : Primarji 23 Sekondarji 38 Oħrajn 6 Total 67. In-numru ta' għalliema li rtiraw bl-eta' f'din is-sena skolastika (mid-19 ta' April 2007 sa Settembru 2007) li kienu jgħallmu fl-iskejjel : Primarji 1 Sekondarji 10 Oħrajn 1 Total 12. Informat li dawn l-għalliema kienu jgħallmu bosta suġġetti.

Skejjel ta' l-Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-istatistika ta' kemm hemm skejjel ta' l-Ingliż fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija hemm tlett skejjel liċenzjati sabiex jgħallmu l-Ingliz bħala lingwa barranija.

Student

Question

Jista' l-Ministra jara x'passi immedjati jista' jimplimenta sabiex student indixxiplinat, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jattendi l-iskola ta' Hal Għaxaq (Filippo Castagna) qed ikun ħtija ta' sfrattu sħiħ, jiġi addestrat jew ikollu superviżjoni stretta fuqu sabiex ma jkunx ta' detriment għall-istudenti l-oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudent imsemmi ma jattendix l-iskola Primarja ta' Ħal Għaxaq. Jista' jinformani fejn jattendi skola anke privatament.

Kunsill Malti għall-Isport

Question

Jista' jkun daqstant ġentili l-Ministru u jintervjeni sabiex jiġu indirizzati numru ta' mistoqsijiet li numru ta' ħaddiema li jaħdmu mal-Kunsill Malti għall-Isport ( u li għandhom fixed term contract) għandhom dwar il-ġejjieni tagħhom fid-dawl tar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea meta dawn il-kuntratti jiskadu (jew skadew)?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qed issir ħidma fid-dawl tar-Regolamenti l-ġodda dwar il-kuntratt fuq zmien definit.

Fakulta' ta' l-Inġinerija

Question

Peress li saru lmenti minn diversi studenti tal-Fakulta' ta' l-Inġinerija dwar is-suġġett Computer Programming liema lmenti kienu dwar eżamijiet li jsiru fuq il-computers ta' l-Universita' u waqt l-eżami kien hemm breakdown tas-sistema, bil-konsegwenza li dawn l-istudenti ma setgħux ikomplu l-eżami u ġew penalizzati għax ma komplewx. Peress li din hija sitwazzjoni inġusta fil-konfront ta' dawn l-istudenti jista' l-Ministru jintervjeni?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.