Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #965 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet — Dħul fil-Junior Lyceum

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kien it-total ta' studenti li qagħdu għall-eżamijiet għad-dħul fil-Junior Lyceum? Kemm kienu bniet u kemm subien? Kemm għaddew suġġett b'suġġett? X'kien in-numru ta' studenti li għaddew mill-ħames (5) suġġetti? Kemm kien hemm studenti li kienu eliġibbli li jagħmlu dan l-eżami u għażlu li ma jagħmluhx?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat mid-Dipartiment u t-tagħrif ma laħaqx wasalli, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #966 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet — Eżami tar-Reliġjon

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li talbu li ma joqogħdux għall-eżami tar-Reliġjon? Dawn kienu tfal ta' ġenituri Maltin? Kien hemm minn talab biex ma joqgħodx għal xi eżami ieħor minbarra r-Reliġjon?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li 39 talbu li ma joqogħdux għall-eżami tar-Reliġjon. (Kien hemm ukoll 10 studenti 'expatriate' li awtomatikament ikunu eżenti mir-Reliġjon). Mid-39 student imsemmija fuq, 28 għandhom il-ġenituri Maltin, 3 għandhom wieħed biss mill-ġenituri ta' ċittadinanza Maltija, u 8 għandhom il-ġenituri it-tnejn barranin. Studenti li talbu li ma joqogħdux għal xi eżami ieħor minbarra r-Reliġjon: Studju Soċjali 10 Malti 17
Leg 10 PQ #967 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola tal-Ħandaq — Xogħol ta' maintenance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet sabiex l-iskola tal-Ħandaq, li qabel kienet tas-servizzi Ingliżi, jsirilha xogħol ta’ maintenance? Huwa l-ħsieb li din tinbena mill-ġdid jew li jsir xogħol kbir ta’ maintenance biss?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola tal-Ħandaq ser isiru xi xogħolijiet ta' maintenance, partikolarment fuq is-soqfa biex dawn ma jibqgħux iqattru. Dan is-sajf ser issir ħidma sabiex tinħatt boiler room biex il-kamra tkun tista' tiġi kkonvertita għat-tagħlim, xogħolijiet żgħar ta' tisbieħ, tibdil ta' xi katusi tad-drenaġġ u xi overhead high tension cables ser jintradmu taħt l-art. Qed isiru diskussjonijiet mall-MEPA dwar din l-iskola sabiex tkun tista' tinbena skola ġdida f'dawn l-inħawi jew fil-viċin. Dan is-suġġett kien ukoll diskuss f'konsultazzjonijiet pubbliċi li għamlet il-MEPA riċentament.
Leg 10 PQ #968 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bini ta' skola — Ġużeppi Despott - Verdala

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet sabiex l-iskola Ġużeppi Despott tal-Verdala tinbena mill-ġdid?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sar l-audit u tħejja master plan għall-iskola Ġużeppi Despott, li jieħu in konsiderazzjoni diversi fatturi, fosthom iċ-ċaqlieq demografiku ta' l-istudenti, il-ħsibijiet Edukattivi futuri, l-istat tal-bini eżistenti u l-ħtiġijiet li jirrikjedi l-Kurrikulu Nazzjonali. Peress li l-kumpless Ġużeppi Despott hu magħmul minn diversi blokok, li wħud minnhom għandhom valur storiku, il-Fondazjoni għall-Iskejjel ta' Għada ser tieħu ħsieb biex tirrestawra dawk il-blokok li jridu jinżammu, filwaqt li twaqqa' n-nissan huts u tibni kumpless modern għal madwar elf student. Wara li saret konsultazzjoni mas-surmast ta' l-iskola, saret applikazzjoni għall-outline development permit lill-MEPA, liema applikazzjoni qed tiġi pproċessata.
Leg 10 PQ #969 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Lezzjonijiet tal-PE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li bħalissa qed jieħdu l-PE bħala suġġett akkademiku? Kemm minnhom huma subien u kemm bniet? F’liema skejjel qed isir it-tagħlim?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 784 student u studenta li għażlu l-Edukazzjoni Fiżika bħala suġġett 'option' fiż-żewġ komponimenti tiegħu dik prattika u dik teorika. Minn dawn l-istudenti 393 huma subien u 391 huma bniet. It-tabella mehmuża turi l-iskejjel fejn 'PE option' qed tkun mgħallma u n-numru ta' studenti f'kull skola.
Leg 10 PQ #970 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema — PE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema gradwati/mħarrġa biex jgħallmu l-PE bħala suġġett akkademiku? Min huma u fl-liema skejjel jgħallmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' għalliema ta' l-Edukazzjoni Fiżika fl-iskejjel ta' l-Istat. Dawk immarkati Tr huma għalliema gradwati jew b'ċertifikat ta' Għalliema mit-Teachers Training Colleges u għaldaqstant għandhom il-kompetenzi meħtieġa biex jgħallmu l-Edukazzjoni Fiżika fiż-żewġ komponimenti tagħha dik prattika u dik teorika. Dan ma jeskludix li x'uħud mill-Instructors għandhom ukoll dawn il-kompetenzi.
Leg 10 PQ #830 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-Gvern — Kriri ta' l-iskola - Studenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tal-gvern li qed jinkrew biex fihom qed isir tagħlim lil studenti barranin? Kemm jintalbu jħallsu f'kull każ l-organizzaturi? Peress li diġa' ġew xi studenti barranin biex jitgħallmu l-Ingliż u bdew fit-23 ta' Ġunju jista' l-Ministru jassigura li dawn mhux qed ifixklu t-tagħlim u / jew l-eżamijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'Lulju u Awissu ta' kull sena, meta n-numru ta' studenti barranin li jiġu f'Malta ħalli jitgħallmu l-Ingliż ikun fl-aqwa tiegħu, ikun hemm skejjel ta' l-Ingliż li jagħmlu użu minn skejjel tal-Gvern meta dawn ikunu vojta wara li tispiċċa s-sena skolastika. Il-kiri ta' dawn l-iskejjel huwa prerogattiva tal-Kunsill Skolastiku ta' kull skola konċernata u jinbidel minn sena għall-oħra skond il-ħtiġijiet tal-mument. Huwa assigurat illi t-tagħlim u l-eżamijiet fl-iskejjel tal-Gvern bl-ebda mod ma jiġu mfixkla b'din l-attivita' li tibda wara li tintemm is-sena skolastika għall-istudenti Maltin.
Leg 10 PQ #831 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Nies illitterati f'pajjiżna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li hemm nies illitterati f'pajjiżna? Jista' jgħid kif saru dawn il-kalkoli? Kemm hemm persuni taħt il-25 sena li huma illitterati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li huwa Ċensiment Nazzjonali li jinħareġ mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika li jagħti tagħrif nazzjonali dwar il-problema b'mod ħolistiku. F'xi Seduta ser inpoġġi l-istatistika fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #832 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Survey - dislessja

Question

Jista' l-Ministru jghid jekk sarx xi survey fost it-tfal li bħalissa qegħdin l-iskola biex wieħed jara kemm hemm minnhom li jbatu bid-dislessja? Jekk iva, kemm huwa kkalkulat li hemm minn dawn it-tfal? Jista' jgħid x'għajnuna toffri d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni lil dawn l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #833 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Regolamenti tat-tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-regolamenti dwar it-tipjip fl-iskejjel tagħna? Hemm ħsieb li t-tipjip jiġi pprojbit għal kollox mill-iskejjel biex kulħadd, għalliema u studenti ma jkunux suġġetti għal tipjip passiv?

Response (GALEA, LOUIS)

Żgur li fl-iskejjel it-tfal ma jistgħux ipejpu. Il-ħaddiema lanqas ma jistgħu ipejpu fil-common areas u fil-klassijiet. F'kull skola hemm smoking room għal dan il-għan.
Leg 10 PQ #834 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ — Korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'korsijiet qed toffri l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u kull wieħed għal min hu maħsub? Min jieħu ħsieb li jgħallem f'kull kors u fejn qed isiru? Kemm qed jattendu fil-preżent għal kull kors li l-ETC qed torganizza?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-preżent il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ qed toffri madwar 75 programm ta' taħriġ. Dawn il-programmi huma maħsuba għal persuni li qed ifittxu impjieg kif ukoll għal dawk li jaħdmu u jixtiequ jtejbu l-ħiliet tagħhom. Il-programmi huma amministrati minn persuni fi ħdan id-Diviżjoni ta' Taħriġ ta' l-istess Korporazzjoni u jiġu organizzati fiċ-ċentri ta' taħriġ tal-Korporazzjoni f'Ħal Far, il-Belt Valletta, Blata l-Bajda, Għawdex u kif ukoll minn diversi entitajiet edukattivi u ta' taħriġ madwar Malta. It-taħriġ isir minn nies esperti fil-qasam, li ġew mogħtija taħriġ kif jgħallmu l-adulti. Lista tal-korsijiet b'dettalji qed tiġi mehmuża ma' din ir-risposta.
Leg 10 PQ #941 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Riżultati — Dħul fil-Junior Lyceum

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li matul din is-sessjoni ta' l-eżamijiet għad-dħul fil-Junior Lyceum, ġabu 5 As? Mil-liema lokalita' huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru studenti li ġabu 5 A's skond l-iskola u skond il-lokalita'
Leg 10 PQ #961 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Karozzi tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi t-tagħrif miġbur fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #988 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għas-servizzi edukattivi — Programmi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx xi evalwazzjoni tal-programmi li qed isiru mill-Fondazzjoni għas-servizzi edukattivi wara l-ħin ta' l-iskola? Min għamel din l-evalwazzjoni? Jista' jpoġġi kopja ta' din l-evalwazzjoni fuq il-mejda tal-Kamra ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni tevalwa l-ħidma u l-programmi tagħha b'mod regolari bħala parti minn proċess ta' assikurazzjoni ta' kwalita'. Barra minn hekk u fuq bażi regolari, il-Fondazzjoni twettaq riċerka intensa dwar is-servizzi tagħha u f'dan il-proċess tinvolvi lill-ġenituri, għalliema u ħaddiema tal-Fondazzjoni. Il-Fondazzjoni titlob ukoll l-għajnuna ta' esperti bħalma huma membri tal-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni, fit-tifsil u l-evalwazzjoni tal-programmi edukattivi.
Leg 10 PQ #989 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Avukati li jagħmlu xogħol ta' traduzzjoni tal-lingwa Maltija

Question

No question text.

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif sħiħ ma laħaqx wasalli tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #1014 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior Lyceum — Studenti - Eżamijiet

Question

Jista' il-Ministru jagħtina dettalji ta' kemm studenti għaddew din is-sena għall-Junior Lyceum mid-diversi skejjel ta' Għawdex u b'liema marki għaddew?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #1077 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Skejjel Primarji

Question

Jista’ il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 34 u cioe' jgħid x’sar sabiex jitjieb il-livell edukattiv ta’ tfal li jattendu skejjel primarji governattivi fil-Kottonera f'dawn l-aħħar erbgħa snin? Jista’ il-Ministru jgħid jekk iqisx li hu aċċettabbli li jkollna ammonti ta’ tfal fil-year 6 li ma jaqbżux il-marka ta’ 15 minn 100? X’se jagħmel sabiex dan l-ammont ta’ tfal jonqos?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dawn l-aħħar erba' snin fl-iskejjel primarji ta' Bormla, l-Isla, Birgu u l-Kalkara kompla jingħata appoġġ kurrikulari b'diversi modi: l-uffiċal edukattiv inkarigat minn dawn l-inħawi żar l-iskejjel diversi drabi biex jgħin f'dak li jkun hemm bżonn fil-qasam edukattiv. Barra dan, il-programmin tal-Litteriżmu mħallsa mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u mmexxija mill-ko-ordinatur Dr Charles Mifsud, kompla fuq dak li jissejjaħ il-'Communication English Project' fejn l-għalliema mħarrġa apposta jagħtu regolarment, u fuq il-post, pariri u taħriġ dwar dan il-proġett, intiż biex itejjeb il-kommunikattiva fl-ilsien Ingliż. Direttament min-naħa tad-Dipartiment, tkompla wkoll is-sapport li jagħtu regolarment l-għalliema kumplementari u f'dawn l-iskejjel hemm tnejn 'full-time' f'Bormla, waħda 'full-time' u oħra 'shared' fl-Isla, waħda 'shared' il-Birgu u oħra 'shared' il-Kalkara. Għajnuna oħra fil-qasam tal-litteriżmu tiġi min-naħa ta' l-SpLD (Specific Learning Difficulties Unit) fejn ittrattaw diversi każi riferuti lit-taqsima biex dawn it-tfal jingħataw, fejn hemm bżonn, għajnuna kemm matul it-tagħlim, kif ukoll waqt l-eżamijiet. Fis-sena skolastika 2001-2002, il-Communicative English Project tħaddem fl-iskejjel primarji fir-reġjun tal-Kottonera: Bormla, il-Birgu u l-Isla u jimmira li jintroduċi (s'isa b'suċċess) prattiċi fil-kommunikattiva fit-tagħlim ta' l-Ingliż. Dan il-programm, li jadotta sistema multimedjali, qed ikun evalwat fuq bażi dejjiema. S'issa ħadu sehem f'dan il-proġett aktar minn 700 student. Xi xogħol li ħareġ minn dan i-proġett kien esebit barra minn Malta f'wirjiet tal-programm Comenius. Matul din is-sena biss (minn Ottubru 2002 sa Mejju 2003), l-uffiċal edukattiv inkarigat minn dawn l-iskejjel, żar dawn l-iskejjel 21 darba, imqassmin hekk: Il-Birgu 7 darbiet Bormal erba' darbiet L-Isla tliet darbiet Il-Kalkara seba' darbiet. Waqt dawn iż-żjarat ingħata appoġġ kontinwu lill-kapijiet u lill-għalliema, ittieħdet nota tal-kwalita' tax-xogħol li kien qed isir fil-klassijiet u xi drabi ngħatawlhom kotba speċifiċi bħala għajnuna lit-tfal fil-ħiliet tal-litteriżmu. Is-Servizz kumplementari qiegħed jingħata permezz ta' erba' għalliema imqassmin hekk: Bormal 2 full-time, dawn din is-sena qed jgħinu b'attenzjoni speċifika lil madwar 40 student imqassmin minn Year 1 sa Year 6 L-Isla 1 full-time, 1 shared, dawn għandhom madwar 40 oħra Il-Birgu waħda shared, din l-għalliema qed tgħin lil madwar 15-il student Il-Kalkara waħda shared, hawn, hemm ukoll madwar 15-il student. Xi wħud mit-tfal li qed jingħataw dan is-sapport jinbidlu minn żmien għal żmien skond il-ħtieġa. Għaldaqstant l-għadd ta' tfal jingħata xi forma ta' sapport kumplementari huwa akbar. Dan ix-xogħol kollu u bħalu mferrex ma' Malta u Għawdex huwa kkordinat mill-Uffiċjal Edukattiv. Il-Unit tad-Dyslexia u tliet għalliema oħra assessja tfal riferuti lill-Unit. Wara li dawn ġew assessjati u l-bżonnijet edukattivi magħrufa, dawn it-tfal ingħataw għajnuna mhux biss fl-iskola stess imma anki bi programmi apposta fiċ-Ċentru ta' l-iSpLD ġewwa l-Furjana. Ħafna drabi l-istess ġenituri jissieħbu fuq il-post biex jingħataw taħriġ ta' kif jgħinu huma stess lil uliedhom. Fis-sena 2001/2002 mill-Kottonera kienu assessjati 15-il student u fis-sena ta' wara 9 studenti oħra. Dawn l-istudenti, flimkien ma' oħrajn tas-snin ta' qabel, jibqgħu jingħataw għajnuna sa kemm ikun meħtieġ, kemm fit-tagħlim u kemm fl-eżamijiet. Ħidma oħra kurrikulari saret ukoll mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi fejn ġenituri f'Bormla ġew imħarrġa fil-metodu ta' Family Literacy. Fl-Isla twaqqaf u qed jitmexxa Ċentru Ħilti, sa minn Ottubru 2002. Proġett ieħor se jibda f'Ottubru li ġej fil-Birgu. L-FES tat ukoll Training lill-għalliema. Flimkien mal-Kunsill lokali, il-Kunsill Skolastiku u għaqdiet fl-Isla, l-FES qed taħdem fuq żvilupp ta' Literacy Community Project għas-sajf.
Leg 10 PQ #824 Sitting 20 2003-07-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sudenti — Xorb alkoħoliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar survey mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni fost l-istudenti kollha ta' Malta biex jiġi stabbilit kemm minnhom jixorbu xorb alkoħoliku b' mod regolari? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti d-dettalji? Jekk fin-negattiv, jista' jara li dan isir fil-bidu tas-sena skolastika li jmiss?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #847 Sitting 20 2003-07-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Liġi dwar l-ilsien Malti

Question

Meta hemm il-ħsieb li titressaq fil-Parlament il-liġi dwar l-ilsien Malti? F'liema stadju waslet it-tħejjija ta' l-abbozz ta' din il-liġi?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-liġi imsemmija ser tiġi pubblikata biex tkun tista tiġi diskussa fil-Parlament wara s-sajf ta' din is-sena.
Leg 10 PQ #341 Sitting 19 2003-07-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Karozzi mixtrija/mikrija — Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Question

Kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm, jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u d-Dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni? Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.