Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #7101 Sitting 165 2004-09-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Xiri ta' Dar Malta fi Brussels

Question

L-Awditur Ġenerali jew rappreżentanti tiegħu kienu konsultati fit-transazzjonijiet li saru in konnessjoni max-xiri ta' Dar Malta fi Brussels?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Leg 10 PQ #72 Sitting 164 2004-09-27 Written · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Xiri ta' ambaxxata fi Brussell

Question

Jista' il-Ministru jagħti dawn id-dettalji dwar ix-xiri ta' l-ambaxxata fi Brussell:- 1) kemm hu l-prezz finali tal-proprjeta? 2) kemm hi stmata l-konsiderazzjoni biex din tiġi refurbished u attrezzata? 3) kemm hu l-ħlas tal-konsulenzi legali f'Malta u fi Brussell cioe' tal-konsulenti legali rispettivi mqabbda mill-gvern? Liema kienu l-firms imqabbda lokalment u fi Brussell? 4) kemm tħallset taxxa ta' trasferiment u spejjeż notalili? 5) kien hemm senserija nvolta? Jekk iva, jista' jagħti dettalji tas-soċjeta' imqabbda bħala aġent għax-xiri? 6) il-gvern xtara direttament mingħanjd il-proprjetarji jew mingħand "Middleman" cioe' fl-akkwist tal-proprjeta' in kwestjoni? Kine hemm ċessjoni ta' drittijiet?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall Belġju u Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Leg 10 PQ #7093 Sitting 164 2004-09-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Xiri ta' Dar Malta fi Brussels

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ġie ffirmat kemm il-konvenju kif ukoll il-kuntratt innifsu dwar ix-xiri ta' Dar Malta? Min kienu n-nutara involuti? Kemm tħallsu tas-servizzi tagħhom?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Leg 10 PQ #7094 Sitting 164 2004-09-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Xiri ta' Dar Malta fi Brussels — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu għas-servizzi tagħhom il-konsulenti, tekniċi u esperti l-oħra u l-avukati Belġjani u Maltin li kienu nvoluti fit-transazzjoni tax-xiri ta' Dar Malta fi Brussels?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Leg 10 PQ #7095 Sitting 164 2004-09-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Xiri ta' Dar Malta fi Brussels

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ttieħdet id-deċiżjoni li parti minn Dar Malta tiġi utilizzata minn aġenziji tal-gvern? Meta ttieħdet id-deċiżjoni li parti minn Dar Malta tiġi mikrija kummerċjalment lill-persuni/aġenziji/azjendi terzi? Kemm mill-bini kollu se jiġi utilizzat minn aġenziji parastatali? Kemm mill-bini kollu se jiġi mikri lill-privat?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Leg 10 PQ #6890 Sitting 162 2004-07-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6627, jista' il-Ministru jirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Mill-invoices li s'issa waslu fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u li m'humiex kontestati, m'hemmx kontijiet pendenti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw f'dan il-Ministeru
Leg 10 PQ #6904 Sitting 162 2004-07-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Maltija għall-UE

Question

Billi d-dipartiment ta' l-informazzjoni għadu kif ikkonferma li minkejja n-nefqa totali ipproġettata fuq l-ambaxxata ta' Malta għall-Unjoni Ewropea ta' Lm9 miljun ma tinkludix ir-residenza tar-rappreżentant permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea is-Sur Richard Cachia Caruana, jista' il-Ministru jgħarraf lill-Kamra: jekk l-akkomodazzjoni tas-Sur Cachia Caruana inxtratx jew inkrietx jew għad trid tinxtara jew tinkera; jekk il-gvern huwiex aktar inklinat li jixtri flok jikri l-propjreta'; jekk inxtrat/inkriet, kif intgħażlet u b'liema prezz inxtrat/inkriet; min kien responsabbli minn Malta u minn barra l-pajjiż għall-valwazzjoni kemm tal-proprjeta' ta' l-ambaxxata kif ukoll tar-residenza ta' l-ambaxxatur; x'inhuma l-indirizzi ta' l-ambaxxata kif ukoll tar-residenza involuta? L-istess japplika fir-rigward ta' l-akkomodazzjoni ta' l-ambaxxatur ta' Malta akkreditat għall-Belġju?

Response (FRENDO, MICHAEL)

B'referenza għall-Mistoqsija numru 6904 ninforma lill-Onorevoli Membru illi kemm l-akkomodazzjoni privata ta' l-Ambaxxatur Richard Cachia Caruana, kif ukoll l-akkomodazzjoni ta' l-Ambaxxatur Tarcisio Zammit huma mikrija. Jiena infurmat li bħala prinċipju, f'dawn l-aħħar erbgħin sena l-akkomodazzjoni f'diversi pajjiżi fejn Malta għandha parteċipazzjoni diplomatika permanenti, ġiet iktar mikrija milli mixtrija. F'dawn iż-żewġ każijiet ġiet segwita l-proċedura ta' l-għażla tas-soltu billi jiġu "short listed" numru ta' proprjetajiet li minnhom issir l-għażla finali. L-indirizz preżenti tar-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea kif ukoll ta' l-Ambaxxata ta' Malta għar-Renju tal-Belġju huwa: 65-67 Rue Belliard, B-1040 Brussels, Belgium. Din il-propjeta hija mikrija sa' l-aħħar ta' Lulju 2006 lill-Gvern Malti għall-ammont ta' Euros 38,295 kull tlett xhur. Ma' dan l-ammont jitħallsu wkoll Euros 4,957 kull tlett xhur, bħala ħlasijiet ta' servizzi (charges). Għal raġunijiet magħrufa, ma jidhirliex li għandi nagħmel pubbliku l-indirizz ta' l-akkomodazzjoni privata tas-Sur Richard Cachia Caruana, Ambaxxatur u Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea. L-indirizz ta' l-akkomodazzjoni tas-Sur Tarcisio Zammit huwa: Clos des Molouinieres, 4, Woluwe - Saint-Pierre, 1150 Brussels, Belgium. Il-kirja ta' l-akkomodazzjoni tar-residenza fiż-żewġ każijiet tammonta għall- Ambaxxatur Richard Cachia Caruana Ambaxxatur Tarcisio Zammit Euros: Euros: 5.600 kera fix-xahar (furnished) 4,000 kera fix-xahar (unfurnished) Skond il-"Conditions of Service for Officers Serving Abroad" is-somma ta' 24,259 euros hija mnaqqsa mill-allowances tas-Sur Cachia Caruana u s-somma ta' 17,845 euros hija mnaqqsa mill-allowances tas-Sur Zammit, bħala kontribuzzjoni tagħhom għall-akkomodazzjoni privata li jipprovdilhom il-Gvern fi Brussels.
Leg 10 PQ #6541 Sitting 155 2004-07-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Maltija fil-Ġermanja

Question

L-Ambaxxata Maltija fil-Ġermanja kellha xi forma ta' tweġiba mid-Dresdner Bank wara li saru rappreżentazzjonijiet lill-uffiċċju tagħhom fi Frankfurt sabiex jippromwovu lil Malta bħala ċentru għas-servizzi finanzjarji kif ukoll bħala hub finanzjarju fil-Mediterran?

Response (FRENDO, MICHAEL)

S'issa ma kienx hemm tweġiba mid-Dresdner Bank għall-ittra li ntbagħtet fis-27 ta' Mejju 2004.
Leg 10 PQ #6536 Sitting 154 2004-07-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Rappreżentant permanenti ta' Malta għall-UE — Working time directive

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi lobbying min-naħa tar-rappreżentant permanenti ta' Malta ta' l-Unjoni Ewropea kontra l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea sabiex titneħħa il-flessibbilta' dwar l-implimentazzjoni tal-working time directive?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nista' nikkonferma li din il-kwistjoni hija ta' mportanza għal Malta u li kemm il-Ministru kkonċernat kif ukoll ir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea qegħdin isegwu din il-kwistjoni mill-viċin. Nista' ukoll nassigura lill-Onorevoli Membru li qed isir kull sforz f'kull livell, mhux biss fil-livell tar-Rappreżentanza Permanenti imma wkoll f'livell Ministerjali, sabiex nassiguraw li l-flessibilita' dwar l-implimentazzjoni tal-"working time directive" ma tintneħħiex.
Leg 10 PQ #6539 Sitting 154 2004-07-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Żjarat lil għadd ta' kumpanniji Ċiniżi hi-tech

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-iskop taż-żjarat lil għadd ta' kumpanniji Ċiniżi hi-tech li saru mill-Ministru ta' qablu ġewwa Beijing u Shanghai? Kien hemm xi follow-up għal-laqgħa li saret mill-istess Ministru maċ-China Shipping Group Company dwar is-sehem prospettiv ta' dawn ta' l-aħħar fil-Consortium li mistenni jmexxi l-Freeport Terminal?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Ministru predeċessur tiegħi kien responsabbli wkoll għall-Promozzjoni ta' l-Investiment. Għar-rigward tat-tieni parti tal-Mistoqsija, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirrivolġi d-domanda lill-Ministru kompetenti.
Leg 10 PQ #6540 Sitting 154 2004-07-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ġurnal Ġermaniż 'STERN' — Artiklu offensiv dwar Malta

Question

Il-Gvern Malti irreaġixxa għall-artiklu offensiv dwar Malta li deher fil-ġurnal influwenti Ġermaniż 'STERN' tas-6.5.04? Jekk iva, jista' jippubblika it-tweġiba uffiċjali ta' l-ambaxxata?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nikkonferma illi l-Ambaxxata Maltija f'Berlin irreaġixxiet għall-artiklu dwar Malta li kien ġie ppubblikat fil-ġurnal Ġermaniż billi kitbet lura lil dan l-istess ġurnal ittra ta' protesta, liema ittra hija hawnhekk annessa u li ġiet ippubblikata fil-ħarġa ta' Ġunju 2004.
Leg 10 PQ #6534 Sitting 153 2004-07-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-Gvern Malti kien talab lill-ODIHR tal-OSCE-Organisation for Security and Co-operation in Europe) sabiex jibagħtu osservaturi għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, liema talba kienet ġiet irrifjutata?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nikkonferma li l-Gvern Malti kien talab lill-ODIHR ta' l-OSCE (Organisation for Security and Co-operation in Eujrope) sabiex jibagħtu osservaturi għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Invit simili sar minn numru ta' Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea. L-ODIHR ddeċidiet li fiċ-ċirkustanzi jkun aktar utili li ssegwi l-proċess fuq perspettiva aktar wiesgħa ta' l-Unjoni flok fuq bażi nazzjonali. In vista ta' dan l-ODIHR iddeċidiet li ma tilqax l-inviti li sarulha mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 10 PQ #6627 Sitting 153 2004-07-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Membru ikun aktar speċifiku u jiċċara għal liema tip ta' kuntratturi qed jirreferi.
Leg 10 PQ #6516 Sitting 151 2004-07-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Raħal Ġdid — Ġnien Qaddafi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Gvern Malti qed jitlob finanzjament Libjan sabiex jiġi refurbished Ġnien Qaddafi f'Raħal Ġdid?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura u s-Sajd kien għamel talba lill-Gvern Libjan għall-assistenza biex jiġi stabbilit Ġnien Klassiku Għarbi. Ġnien Qaddafi huwa wieħed mis-siti suġġeriti.
Leg 10 PQ #6517 Sitting 151 2004-07-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

President Tuneżin — Żjara f'Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar iż-żjara prospettiva tal-President Tuneżin f'pajjiżna?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Presidenza Tuneżina għadha ma għarrfitx lill-Gvern Malti bid-data proposta għal din iż-żjara.
Leg 10 PQ #6518 Sitting 151 2004-07-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxatur Malti fl-Istati Uniti — Laqgħa mal-Viċi President tal-BOEING

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Ambaxxatur Malti fl-Istati Uniti kellu laqgħa mal-Viċi President tal-BOEING dwar l-interess tagħhom fil-Libja fost suġġetti oħrajn?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninsab informat li l-Ambaxxatur Malti f'Washington waqt attivita soċjali, ġie introdott mal-Viċi President tal-Boeing Thomas Pickering. Din ma kenitx laqgħa informali.
Leg 10 PQ #6519 Sitting 151 2004-07-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

EUROMED Foundation — Executive Director

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li kandidat Malti ġie short listed għall-kariga ta' Executive Director tal-EUROMED Foundation fo Inter Cultural Dialogue f'Lixandra, l-Eġittu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nikkonferma li kandidat Malti kien wieħed minn 7 li ġew short-listed mill-Unjoni Ewropea minn fost 170 persuna li applikaw għall-post ta' Executive Director ta' l-"Anna Lindh Foundation for the Dialogue of Cultures". Jirriżulta iżda li l-kandidat Malti mhuwiex fost iż-żewġ persuni rakkomandati għall-għażla finali mill-kumitat tas-selezzjoni tal-Unjoni Ewropea.
Leg 10 PQ #6520 Sitting 151 2004-07-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

General Fisheries Commission for the Mediterranean — Segretarjat Permanenti

Question

Jikkonferma l-Ministru li Malta bħalissa qd tagħmel lobbying sabiex tospita is-Segretarjat Permanenti tal-General Fisheries Commission for the Mediterranean?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nikkonferma illi Malta wriet l-interess li tospita is-Segretarjat Permanenti tal- General Fisheries Commission for the Mediterranean. Min-naħa tat-Taqsima tas-Sajd saru ħafna kuntatti waqt laqgħat fuq sajd fil-Mediterran fejn il-ħidma u l-futur tal-Kummissjoni ġiet diskussa. Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent kiteb ukoll lill-Organiżżazzjoni Amministrattivi tas-Sajd fil-Mediterran fejn ġie espress l-interess ta' Malta biex tospita din l-Kummissjoni. L-Ambaxxati intalbu wkoll jagħtu l-assistenza tagħhom f'din il-materja.
Leg 10 PQ #6510 Sitting 150 2004-07-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxata ġdida fil-Marokk

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tiegħu dwar il-ftuħ/żamma ta' ambaxxata ġdida fil-Marokk?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Fiz-zmien li gej il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin se jaghmel l-evalwazzjoni necessarja dwar din il-materja.
Leg 10 PQ #6511 Sitting 150 2004-07-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Taħditiet ma' awtoritajiet Griegi dwar il-qasam tas-Search & Rescue

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu t-taħditiet tal-ministeru tiegħu ma' l-awtoritajiet Griegi dwar ftehim ta' ko-operazzjoni fil-qasam tas-Search & Rescue?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Fuq inizjattiva ta' l-Awtoritajiet Maltin tal-1998, kien ġie propost ftehim bilaterali bejn Malta u l-Greċja fil-qasam tas-search and rescue. It-test tal-ftehim huwa konkluż miż-żewġ naħat salv ċerti emmendi li jirrikjedu negozjati tekniċi diretti li għandhom iseħħu f'qasir żmien.