Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tarznari

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien it-telf tal-MDD fis-sena 2002? Jista' jgħid ukoll x'kien it-telf tal-MSCL?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena infurmat li r-riżultati finanzjarji tat-Tarznari għas-sena 2002 għadhom qed ikunu vertifikati mill-awdituri. Dan ix-xogħol huwa mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' Settembru 2003.

Mosta — Ġibjuni ta' l-ilma

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 107, jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna konċernata huwiex bidwi full time jew part-time? Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-ftehim li sar bejn il-korporazzjoni u l-persuna konċernata?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-persuna konċernati hi reġistrata bħala bidwi full time. Kopja tal-ftehim msemmi qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Ħaddiema tal-MITTS

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li minħabba l-qtugħ ta' 10% tal-Ministeru tal-Finanzi minn nefqa awtoriżżata tad-dipartimenti u intrapriżi tal-Gvern hemm ċerti teams tal-MITTS li spiċċaw bla xogħol x'jipproċessaw u b'hekk il-ħaddiema se jiġu sparpaljati ma teams oħrajn tal-MITTS fuq bażi temporanja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħala parti mill-programm ta' żvilupp kontinwu matul dawn l-aħħar xhur, il-MITTS Ltd allokat diversi impjegati minn fuq attivitajiet msejjħa bħala non-core, għal fuq attivitajiet li huma core jew ta' qasam speċjalizzat bħal per ezempju, e-government, m-government, u Internat Technoligies. Il-MITTS Ltd qegħda wkoll tinvesti fi training speċjalizzat għall-impjegati tagħha, biex b'hekk tkun tista' tkattar il- valuri tal-ħaddiema tagħha fil-qasam tat-teknoloġija.

Ħal-Lija/Ħal Balzan — Qtugħ fil-provvista ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 1047 u cioe' jgħid kemm-il darba nqata' l-ilma f'Ħal Lija u Ħal Balzan mill-1 ta' Jannar sal-lum? Kemm-il siegħa kull darba? X'kienet ir-raġuni f'kull każ? Jista' jgħid ukoll għaliex wara li nqata' l-ilma mill-istess inħawi u bnadi oħra t-Tnejn 30 ta' Ġunju fit-8.00 a.m. fl-inħawi ta' Triq il-Forn f'Ħal Lija kien għadu ma ġiex bi pressa normali fuq 30 siegħa wara?

Response (GATT, AUSTIN)

Mill-ewwel ta' Jannar 2003 il-Korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma qatgħet l-ilma għal-darbtejn mill-lokalitajiet imsemmija. Fid-darbtejn, l-ilma inqata' għal-madwar 12-il siegħa. Dan sar biex jitwettaq tibdil fis-sistema tad-distribuzzjoni li titma' lil dawn il-lokalitajiet, liema sistema kienet qadima ħafna u ddum biex timtela wara qtugħ fol-provvista. Bix-xogħol li sar, il-pressa issa hija aħjar. Fuq kollox, is-sistema issa hi f'qagħda li tiġi għan-normal ferm aktar malajr wara xi interruzzjoni fis-servizz.

Gozo Channel — Reviżjoni tan-nollijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk in-nollijiet tal-cargo u tal-passiġġieri tal- Gozo Channel hux se jiġu riveduti? Meta kien l-aħħar li l-accounts ta' din il-kumpanija ġew skrutinati minn accountant jew awditur pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Revizjoni tan-nollijiet tal-Cargo u tal-passiġġieri tal-Gozo Channel issir skond kif meħtieġ u apparagun tas-servizzi mogħtija mill-istess kumpanija. L-aħħar accounts tal-kumpanija ġew skrutinati minn awdituri pubbliċi u huma għas-sena finanzjarja li għalqet fit-30 ta' Settembru, 2002.

Sindki — Traġitt bejn Malta u Għawdex - Gozo Channel

Question

Billi s-Sindki Għawdxin u l-Membri ta' l-Eżekuttiv ta' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali kienu jgawdu minn pass sabiex jaqsmu bejn Malta u Ghawdex fuq il-vapuri tal-Gozo Channel mingħajr ħlas, liema konċessjoni kienet ġiet irtirata fil-31 ta' Dicembru 2002, jista' l-Ministru igħid jekk din il-materja, wara rappreżentazzjonijiet li saru mal-Kumpanija Gozo Channel mill-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali hijiex qed tiġi rikkonsidrata, sabiex il-Kumpanija tkun qed tgħinhom jaqdu aħjar il-funzjonijiet politiċi tagħhom ?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Kumpannija ddeċidiet li d-deċisjoni li kienet ttieħdet f'għeluq is-sena 2002 tibqa fis-seħħ.

Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment — Karozzi tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan id-dekasteru m'għandu ebda dipartiment tal-Gvern.

Kumpanniji pubbliċi — Promozzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 659 u cioe' tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet mal-kumpanniji pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jagħti t-tagħrif kumpannija b'kumpannija?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

E-Europe — Basic public services

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1051 u cioe' il-gvern irnexxielu jilħaq il-mira tiegħu stess li sa l-aħħar tas-sena 2002 joffri 90% tal-basic public services hekk kif deskritti fl-e-Europe?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-basic public services tal-eEurope - 2003 action plan fihom diversi livelli ta' servizz. L-ewwel zewg livelli huma: 1) provvista ta' informazzjoni dwar is-servizz; u 2) provvista ta' formoli li jistghu jigu stampati u jintbatu bil-posta. Il-pajjizi kandidati kienu mhegga li sa l-ahhar tas-sena 2003 ikollhom dawn il-basic public services online sa l-ewwel livell. F'dan il-kuntest il-Gvern Malti , fil-fatt, pogga aktar minn 90% tas-servizzi tieghu fuq l-Internet kemm fuq l-ewwel u t-tieni livell, sa Marzu ta' din is-sena. Il-Gvern ghamel pass sostanzjali iehor meta rnexxielu jigbor dawn is-servizzi kollha f'portal wiehed www.gov.mt li fih hemm migbura il-parti l-kbira tas-servizzi fuq iz-zewg livelli msemmija hawn fuq. Dan sar b'hidma kongunta bejn il-Ministeru li kont responsabbli minnu jien f'dak iz-zmien, il-MITTS, ic-CIMU u l-MEU. Il-pass li jmiss - li l-pajjizi membri huma mistennija jilhqu sa l-ahhar tas-sena 2005 - huwa li dawn il-basic public services jilhqu z-zewg livelli ta' wara jigifieri li l-klijent ikun jista: 1) jwettaq transazzjoni bazika fuq l-Internet (i.e. jghaddi informazzjoni permezz ta' l-Internet); 2) li l-klijent ikun jista jwettaq transazzjoni kompluta fuq l-Internet (i.e. jghaddi l-informazzjoni, jigi awtentikat u kif ukoll [fejn applikabbli) ihallas ghal dak is-servizz) Il-Gvern bhalissa diga nieda diversi basic public services li jkopru dawn iz-zewg livelli u huwa mistenni li sa l-ahhar ta' din is-sena jkun ukoll lahaq it-tieni mira tieghu li madwar 90% ta' dawn is-servizzi mhux biss ikunu online pero wkoll ikunu kompletament transaction-based.

Servizz ta' l-ilma u dawl — Kontijiet pendenti

Question

Bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena kemm kien in-numru ta' stabilimenti kummerċjali, kumpaniji, fabriki, lukandi etc li nqatalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma minħabba li mhumiex regolari mal-kontijiet pendenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Is-sospensjonijiet tal-provvista tal-elettriku mit-2 ta' Jannar 2003 sa 20 ta' Gunju 2003 kienet hekk: Fabbriki 9 Stabbilimenti Kummercjali (kbar) 20 Stabbilimenti Kummercjali (normali) 412 filwaqt li kien hemm każ wieħed ta' qtugħ ta' ilma minħabba kontijiet pendenti.

Korporazzjonijiet ta' l-ilma u dawl — Kontijiet pendenti

Question

Kemm fil-fatt iż-żewg korporazzjonijiet ta' l-ilma u d-dawl għandhom jiġbru flus ta' kontijiet pendenti f'Malta u Għawdex separatament fil-preżent? Jista' il-Ministru jaqsam iċ-ċifra fit-tnejn cioe' kemm kummerċjali u domestiku ? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2002, 2001, 2000,1999 u 1998?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Medigrain — Importazzjoni ta' qmuħ

Question

Il-Medigrain f'Mejju tas-sena d-dieħla ser tkun eżenti mit-TARIC fuq l-importazzjoni tal-qmuħ u ċ-ċerejali minn non EU ? Kemm fil-fatt huma t-tariffi u d-dazji li l-UE timponi fuq l-istati membri fuq materja prima mportata ta' din ix-xorta mportata minn non EU ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f' xi seduta oħra.

Anti-spam initiatives

Question

Il-Gvern Malti qed jippjana xi anti-spam initiatives biex jiġi in line mad-direttiva tal-UE dwar privatezza u kommunkazzjoni elettronika? Il-Gvern iddeċieda jekk jipprovdix xi forma ta' protezzjoni kontra l-ispam lill corporate u individual e-mail users? Il-Gvern jaqbel mal-fehma alternattiva li miżuri ebsin anti-spam ixekklu l-buisness to buisness commerce filwaqt li oħrajn jisħqu dwar il-fatt li e-mail li jkun unsolicited jista' xorta waħda joħloq il-problemi għall-kummerċ elettroniku?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Air Malta — Low cost airlines

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 907 u cioe' jgħid xi studji saru mill-Air Malta biex jistudjaw l-impatt tas-sħubija prospettiva ta' Malta fl-UE, b'mod partikolari l-kompetizzjoni diretta ta' low cost airlines bħall-easy jet u Ryanair b'riżultat tal-liberalizzazzjoni li mistennija tiġi fis-seħħ mas-sħubija?

Response (GATT, AUSTIN)

Internament, mill-1994 l'hawn saru diversi studji, kemm ġeneriċi kemm speċifiċi, fuq kważi kull aspett tal-impatt tas-sħubija fl-UE u konsegwentement tal-liberalizzazjoni, fuq l-operat kummerċjali tal-kumpanija. Fejn inħass il-bżonn, dawn l-istudji ġew irreinforzati minn studji oħra magħmula minn esperti barra l-kumpanija fuq suġġetti ta' interess partikolari. Minbarra x-xogħol li sar u għadu jsir internament, kif għidna aktar 'l fuq, ġiet ikkummissjonata wkoll kumpanija finanzjarja ewlwnija Maltija , fis-sena 2000, sabiex tranaliżża speċifikament l-impatt fuq l-Air Malta ta' kompetizzjoni minn linji tal-ajru oħrajn inklużi dawn hekk imsejħa "low cost".

Teknoloġija — Code tal-Microsoft

Question

Peress li l-Ministru ftit ilu qal li s'issa ħadd għadu ma kkuntattja lill-Gvern biex ikun jista' jaċċessa l-code tal-Microsoft, għall xiex jattribwixxi dan u x'qed isir min-naħa tal-Gvern biex jiġġenera interess u rispons xieraq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bhalissa ghaddejin diskussjonijiet mal-Microsoft biex titwaqqaf stuttura li fiha jkun jistghu jigu evalwati l-progetti li jigu sottomessi mill-kumpanniji jew individwi li jkunu jixtiequ access ghas-source codes tal- Microsoft. Il-Microsoft bhalissa qed timpjega xi nies biex tirraprezentha f'dan ic-centru u biex tizvillupa l-kapacita tieghu fl-isfond tal-ftehim li ntlahaq.

Air Malta — Ġarr ta' votanti Maltin

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ passiġġieri ta’ ċittadinanza Maltija li ġarret l-Air Malta sabiex jiġu jivvutaw għall-elezzjonijiet ġenerali 2003 u għar-referendum tat-8 ta’ Marzu, 2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li in-numru ta' adulti li ġew Malta bl-Air Malta biex jivvutaw fir-Referendum ta' Marzu kien 1128, filwaqt li għall-Elezzjoni Generali ta' April ġew 1149.