Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34519 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Shipbuilding

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm proposta/idea li xi ħaddiema tal-Malta Shipbuilding jintbagħtu sekondati mal-kunsilli lokali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li xi ħaddiema tal-Malta Shipbuilding intbagħtu fuq bażi temporanja biex jgħinu lil xi Kunsilli Lokali.
Leg 9 PQ #34550 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mobile Kiosks

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34306, jista' jgħid x'inhi l-posizzjoni dwar l-applikazzjoni għall-liċenzji għat-temporary mobile kiosks fil-festi? Jivverifika li skond l-aħħar regolamenti maħruġa mill-gvern hemm min kellu l-ġust u se jibqa' jiġi allokat is-sit li kien jokkupa? Jaf kif u minn min jiġi stabbilit li trabba l-ġust fuq sit partikolari? Jaf li minkejja dawn ir-regolamenti, diversi kunsilli lokali qegħdin jagħżlu/jaċċettaw u joħorġu s-siti on a first come first served basis (skond id-data tal-applikazzjoni tagħhom)? Jaf li qed ikun hemm ħafna skuntentizza minħabba l-loop hole tal-ġust li qed tiġi skartata fil-fatt minn dawn il-kunsilli? Jaħsibx li jkun aktar ġust mal-operaturi ta' dawn il-gabbani li titneħħa din il-loop hole tat-trobbija tal-ġust u jkun hemm għażla bil-polza għal min ikun iteressat li japplika u b'hekk ħadd ma jiġi preferut fuq ħaddieħor?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-pożizzjoni tal-Gvern dwar l-applikazzjoni għall-liċenzji tal-kiosks li jarmaw fil-festi hija espressa fir-regolamenti elenkati fl-Avviż Legali relattiv. Tajjeb jingħad li din il-pożizzjoni ttieħdet wara konsultazzjoni ma' l-Assoċjazzjoni Bejjiegħa fil-Festi u ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Barra minn hekk il-Gvern ħass li għandu jirrispetta l-proċeduri adottati matul dawn l-aħħar snin mill-bejjiegħa. Dawk il-Kunsilli Lokali li jqassmu l-postijiet fuq il-bażi ta' "first come, first served" ikunu qed imorru kontra l-istess regolamenti. Barra minn hekk ikunu qed joħolqu disgwid bla bżonn fost l-istess bejjiegħa. Għal dan il-għan, l-istess Avviż Legali jirrakkomanda li għandu jinħoloq kumitat bejn il-bejjiegħa fil-festi bil-għan li jgħin lill-Kunsilli Lokali fl-organizazzjoni tal-bejgħ matul il-festi. L-għażla tal-post permezz tal-polza tista' toħloq skuntentizza fost il-bejjiegħa nfushom. Ta' min iżomm f'moħħu li l-bejjiegħa għal żmien twil ilhom jirrispettaw il-postijiet ta' xulxin. Jiena persważ li impenn miż-żewġ naħat iwasslu għal soluzzjoni li tkun ġusta ma' kulħadd.
Leg 9 PQ #34478 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltapost hux se tosserva l-istandards Ewropej biex il-letter boxes ikunu f'għoli u b'mod li jkunu aċċessibli għall-persuni b'diżabilita' inkluż dawk li jagħmlu użu minn wheelchairs? Jista' jgħid x'sar s'issa, x'inhu jsir mill-Maltapost biex dawn il-letterboxes ikunu kompattibli ma l-istandards Ewropej w aċċessibli għall-persuni b'diżabilita'?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li d-direzzjoni tal-Maltapost tinsab fi trattattivi biex tasal għal soluzzjoni, iżda wieħed irid iqis li b'total ta' aktar minn ħames mitt kaxxa ta' l-ittri, kwalunkwe soluzzjoni titlob spiża kbira u tieħu t-tul. Sadanittant, ta' min jgħid li kaxxi bl-ittri ġodda, li qed jieħdu post kaxxi qodma, qed jitwaħħlu f'livell aktar baxx bil-għan li jkunu aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabbilta'.
Leg 9 PQ #34498 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li r-residenti kollha ta' Triq Inverness Paola qegħdin ibatu minn low voltage, speċjalment wara nofs in-nhar u saħansitra jinqatagħlhom id-dawl f'xi okkażjonijiet? Jista' jgħid x'azzjoni ser jieħu sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħolijiet ta' tisħiħ tas-sistema ta' vultaġġ baxx għandha ssir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Leg 9 PQ #34500 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi mibdul il-wire tal-elettriku li hemm fuq barra tad-dar 16, Triq Inverness, Paola li jagħti għal ġo l-istess residenza li huwa biċ-ċomb u rqiq wisq, peress illi qed jinqata d-dawl ta' spiss ta' din ir-residenza? Jaf li xi sentejn ilu kienu rranġaw il-meter ta' din ir-residenza u kien intqal li-residenti li kellhom jiġu l-ħaddiema tal-gvern biex jirranġaw dan il-wire u li fil-fatt dawn qatt ma tfaċċaw?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-fatt il-manutenzjoni meħtieġa diġa' saret.
Leg 9 PQ #34502 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir bozza fit-triq fejn id-drive in li tagħti għal kumpless sħiħ ta' garaxxijiet li hemm bejn Triq Brittania u Triq l-Arkata f'Raħal Ġdid għaliex ikun hemm ħafna dlam bil-lejl għad-detriment ta' dawk li jgħaddu mill-inħawi speċjalment bil-mixi?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #34507 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34363, jista' l-Ministru jgħid jekk sakemm isir ix-xogħol meħtieġ huwa mistenni li r-residenti fi Triq Viani Sliema, jibqgħu mingħajr is-servizz ta' l-ilma? Kemm se ddum din is-sitwazzjoni? Meta se jsir ix-xogħol meħtieġ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ser tagħmel dak kollu possibbli biex is-sitwazzjoni titjieb kemm jista' jkun.
Leg 9 PQ #34508 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid min jirrispondi t-telephone fil-petroleum division, B'Bugia?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s-Sezzjoni tal-Petroleum hija mgħammra bis-sistema tal-PAPX li titħaddem minn messaġġiera. Meta din il-persuna tkun assenti minħabba frank jew mard, is-sistema awtomatikament tinqaleb għal fuq it-telefons tat-Technical Officers. Hemm il-ħsieb li fil-futur qrib tiġi introdotta sistema ta' "direct dialling in". Tajjen jingħad li minbarra s-sistema tal-PAPX hemm ukoll numru ta' linji diretti.
Leg 9 PQ #34509 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Messaġġiera

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm nuqqas ta' messaġġiera fil-petroleum division, B'Buġia?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li s-Sezzjoni tar-Riżorsi Umani tal-Korporazzjoni Enemalta qed tevalwa s-sitwazzjoni fit-Taqsima Petroleum biex tistabbilixxi jekk hemmx il-ħtieġa li jiżdied in-numru ta' messaġġiera.
Leg 9 PQ #34510 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maids

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx ingħatat time table lil maids jekk hemm, fil-petroleum division ġewwa B'Buġia? Jekk iva, minn min ingħatat? L-indafa f'din is-section hija aċċettabli?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li hemm persuni inkarigati mit-tindif ta' l-uffiċini fid-Diviżjoni tal-Petroleum. L-individwi konċernati ingħataw "schedule" dwar kif għandu jitqassam ix-xogħol mis-Sezzjoni ta' l-Amministrazzjoni. Waqt spezzjoni li saret dan l-aħħar minn rappreżentanti ta' l-Amministrazzjoni u minn rappreżentanti tas-Sezzjoni tal-Welfare ġie aċċertat li l-livell ta' indafa fil-postijiet imsemmija kien wieħed aċċettabbli.
Leg 9 PQ #34512 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli l-WSC tinvestiga l-ilma tajjeb li hemm ħiereġ minn Triq ix-Xedha u Triq is-Salini Wied il-Għajn? Billi dan l-ilma ilu ħiereġ madwar ġimgħatejn possibli titieħed azzjoni minnufih?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija immedjatament lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u minn informazzjoni li għandi jirriżulta li l-Korporazzjoni ħadet l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #34513 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-Enemalta tassigura li Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn tinxtgħel kollha għax qed tkun mitfija u billi qed isir xi xogħol fiha qed tkun perikoluża mudlama?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-fatt il-manutenzjoni meħtieġa diġa' saret.
Leg 9 PQ #34545 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

B'Buġia — Petroleum Division

Question

Jista' l-Ministru jgħid fis-sitwazzjoni li hemm fil-petroleum division f'Buġia qattx daħlet bħala medjatur xi Union? Jekk iva, liema Union? U x'talbet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema sitwazzjoni qed jirreferi.
Leg 9 PQ #34552 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

KSI

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-ministru biex jinħall l-impasse bejn il-ħaddiema tal-KSI rappreżentati mill-GWU u l-korporazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li kien hemm diversi tentattivi biex tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni li hemm bejn il-Korporazjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u l-General Workers' Union. Peress li dawn it-tentattivi ma wasslux għal soluzzjoni, il-kwistjoni ġiet riferuta lit-Tribunal Industrijali.
Leg 9 PQ #34574 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalat

Question

Jista’ l-Ministru jara li cable tad-dawl li jissupplixxu elettriku fid-djar ta’ Hompesch Road ħdejn Hompesch arch jinbidel biż-żmien għax ilu mill-1960, u peress li l-qawwa tigħu hija baxxa ħafna, issa li dik l-area ntliet bil-bini u t-talba għall-elettriku hi ikbar minn dak li jipprovdi?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #34433 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq is-substation li se ssir fi Triq is-Suq, Żejtun għaliex ilha ħafna imwiegħda u hemm diversi djar li qed ibatu minħabba provista baxxa ta' elettriku? Billi kawża ta' din il-problema hemm nies tal-business fosthom stampatur li għandhom nies impjegati magħhom li ġieli jkollhom jieqfu mix-xogħol għax jiqfulhom il-makni, meta hu maħsub li jibda dan ix-xogħol? Jista' jintervjeni personalment għaliex ilhom iwedgħuhom snin sħaħ? Vera li l-permessi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar ħarġu? Jekk iva, meta ħarġu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #34437 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara kif l-arbli tal-ground tal-futball tan-Naxxar jinsabu kważi maqlugħin għar-riskju tan-nies?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-arbli tad-dawl. L-ilment tiegħu ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #34440 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Konsumaturi — Tribunal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi ta' lmenti quddiem it-Tribunal għal talbiet tal-konsumaturi li għad ma ġewx appuntati? Kemm hemm każi li nstemgħu u għadhom ma ġewx deċiżi? Kemm ilhom pendenti għas-sentenza f'kull każ? Kemm normalment idum każ biex jinstema' wara li jkun intavolat u kemm normalment jieħu żmien it-Tribunal biex jagħti d-deċiżjoni tiegħu dwar l-istess każ? Hemm każi appellati quddiem il-qorti minn sentenzi mogħtija mit-Tribunal għall-talbiet tal-konsumaturi? Jekk fl-affermattiv kemm hemm każi u kemm ilhom pendenti għas-smiegħ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li hemm tlieta u tmenin każ pendenti quddiem il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Ħamsa u sittin każ qiegħdin fi stadju li tingħata s-sentenza. Dawn il-każi ilhom għas-sentenza bejn xahrejn u tlitt xhur, pero' numru minnhom waslu għas-sentenza riċentement. Normalment każ idum biex jinstema' bejn tlieta u erba' xhur. Iż-żmien biex tingħata s-sentenza ivarja skond il-gravita' tal-każ. Per eżempju jkun hemm każi fejn qabel tingħata s-sentenza, it-Tribunal ikun qed jistenna rapport mingħand espert jew avukat. Hemm każijiet appellati quddiem il-Qorti minn sentenza mogħtija mit-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur. Rigward in-numru ta' dawn il-każi u ż-żmien pendenti, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru lill-Ministru responsabbli mil-Qrati.
Leg 9 PQ #34458 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 34332 meta sar ix-xogħol meħtieġ fit-tiswija tal-kanna bil-ħsara fin-niżla tal-bajja ta' Għajn Tuffieħa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-tiswija saret xi ġranet wara li l-Onorevoli Interpellant għamel il-mistoqsuja numru 34332.
Leg 9 PQ #34463 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Posta Interna/Photocopies

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li t-tqassim tal-posta interna u l-photocopies qegħdin isiru mill-iskrivani għax ma hemmx min jagħmilhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant jidentifika d-dipartiment jew l-entita' li tifforma parti mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi fejn it-tqassim tal-posta qed isir kif qed jingħad fil-mistoqsija.