Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ta' Qali crafts village

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11300, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe'jgħid kemm hemm negozji reġistrati f'Ta' Qali Crafts Village? Jista' jaqsamhom skond is-settur?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Ta' Qali crafts village

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11298, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni, u cioe' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjani tiegħu għal Ta' Qali Crafts Village? Jista' ipoġġi wkoll fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-kirja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Għaqdiet mhux governattivi — Għoti ta' flus

Question

B'żieda għal tweġiba parlamentari 10290, jista' il-Ministru jgħid jekk:- id-dipartimenti u l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu jagħtux xi għajnuna lil għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi, fi kwalunkwe forma, bħalma huma għotjiet ta' flus, materjal, użu ta' proprjeta', self ta' ħaddiema, benefiċċji minn skemi, eżenzjonijiet, eċċ.? Jekk fl-affermattiv: (a) lil liema għaqdiet u organizzazzjonijiet; b) kenitx għotja ta' darba biss jew tingħata perjodikament; u (c) kemm hu stmat li tiswa l-għajnuna?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Importazzjoni ta' Zokkor — Sussidju

Question

B'riferenza għas-sussidju fuq il-prezz taz-zokkor importat mill-Unjoni Ewropea għal ħteġijiet tan-nazzjon Malti, jista' il-Ministru jinformana jekk separatament mis-sussidju ta' euro 422 kull tunnellata jew 42.2c ta' euro sussidju fuq kull kilo li qed jissussidja l-Gvern Malti, hemmx sussidji oħra addizzjonali? Jekk fl-affermattiv, jista' jinformana kemm huwa dan is-sussidju addizjonali, minn kemm ilu jingħata u liema huma dawk il-kumpanniji li jikkwalifikaw għal dan is-sussidju?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li z-zokkor li huwa għal ħtiġijiet ta' Malta (ikkunsmat f'Malta) jieħu sussidju wieħed, dak imħallas mill-Gvern Malti. Ir-rata ta' sussidju llum hija ta' 352.2 euro kull tunellata. Tajjeb li wieħed jgħid pero li għall-prodotti li jinkludu z-zokkor u li ser jiġu esportati barra l-Ewropa teżisti wkoll l-Export Refund pero dwar dan l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub li jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat cioe Ministru għal Affarijiet Rurali u Ambjent.

Charter tal-konsumatur

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra fiex wasal iċ-charter tal-konsumatur li kien qiegħed jiġi preparat u inizzjat mill-amministrazzjoni preċedenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-proċess biex isir Quality Charter fid-Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni, inbeda fl-2004. L-ewwel ma mbdiet il-proċedura kienet fid-Direttorat ta' l-operations u f'dak ta' l-informazzjoni u Servizz għall-klijent. Dan il-Quality Service Charter hu mistenni li jibda jiġi attwat lejn l-aħħar ta' Ġunju, jew għal bidu ta' Lulju 2005.

Maritime Authority — Ex-wireless telegraphy

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri mill-ħaddiema li hemm mislufa mill-ex-wireless telegraphy lill-Maritime authority?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Kommunikazzjoni flimkien ma' l-Awtorita' Marittima ta' Malta taw bidu għal proċess biex l-Awtorita' Marittima tieħu r-responsabbilita' tal-funzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-bastimenti. Fit-tmiem ta' dan il-proċess jiġi deċiż kemm u liema ħaddiema se jibqgħu jaħdmu ma' l-Awtorita' Marittima. Jekk ikun il-każ, l-oħrajn jiġu trasferiti ma xi dipartiment governattiv ieħor. Dan isir b'konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema involuti.

Settur privat — Applikazzjonijiet għal SME's

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw persuni jew kumpaniji mis-settur privat fl-iskema ta' bini ta' spazju għal SME's skond il-guidelines maħruġa mill-MEPA? Kemm-il persuna ffirmaw l-agreement mal-ministeru s'issa? Fejn huma l-postijiet li qed issir din it-talba fihom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infumat li l-postijiet li qed issir it-talba għalihom huma kif jidhru pubblikament fuq is-sit tal-MEPA taħt SME Industrial Parks.

Dixxijiet tas-Satelitta — Rifużjoni tat-Taxxa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni gawdew minn rifużjoni tat-taxxa fuq id-dixxijiet tas-satellita? Jista' jgħid jekk hemmx persuni li għadhom ma tħallsux?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' persuni li diġa gawdew mir-rifużjoni fuq liċenzji sħaħ tas-satellita jammonta għal 4,700. Minbarra dawn hemm madwar 12000 persuna li għandhom dritt għall-parti mir-rifużjoni, u li ser tibda tinħarreġ dalwaqt.

Vapuri tal-Gwerra

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra s-sena l-oħra? X'tip kienu u ta' liema nazzjonalita'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' vapuri militari li daħlu Malta matul is-sena 2004 kien ta' 78. Lista tan-nazzjonalita' kif ukoll x'tip ta' vapuri kienu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ġobon cheddar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10334 u cioe' jista' jikkonferma li l-ġobon cheddar għola għall-konsumatur 50c fil-kilo? Jekk le, kemm għola jew kemm roħos?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li c-Cheddar jiġi mpurtat kemm f'porzjonijiet li jkunu diġa ippakjati lesti kif ukoll ġobna kbira biex titqatta u tinbiegħ bl-użin. Qabel l-ewwel ta' Mejju fis-suq Malta kien hawn ġobon li jiġi kemm mill-Ewropa kif ukoll minn New Zealand u l-Awstralja. Il-prezzijiet tal-ġobon Cheddar mill-Ewropa kien ogħla minn dak li jiġi minn barra l-Ewropa. Bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja l-ġobon li jiġi mpurtat minn barra l-UE ġew suġġett għall-levy ta' 1.671 Euro il-kilo u għalhekk dan it-tip ta' ġobon għola fil-prezz liema żieda fil-prezz tvarja minn żmien għal l-ieħor. Il-Ġobon Cheddar lli jiġi mill-Ewropa baqa' jinbiegħ bl-istess prezzijiet ta' qabel dħalna fl-Unjoni Ewropeja.

Concrete Plants

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 10942, japprezza l-Ministru li dmiri bħala membru parlamentari hu li nistaqsi u mhux li ninvestiga? Jaqbel il-Ministru li din it-tip ta' investigazzjoni hi r-responsabbilta' tal-gvern li għandu l-mezzi biex jinvestiga jekk hawnx batching plants bla permess?

Response (GALEA, ĊENSU)

Naqbel.

Digital Terrestrial Television

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10705 u cioe' dwar il-provi li qed isiru għas-servizz tad-digital terrestrial television f'pajjiżna, jista' il-Ministru jgħid x'kondizzjonijiet u xi żmien ingħataw biex jagħmlu dawn il-provi? Jista' jgħid jekk dawn is-service providers li qed jagħmlu trials fuq id-digital terrestrial ingħatawx l-istess kondizzjonijiet u tul ta' trials daqs id-ditta Multiplus?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dawk l-operaturi jew service providers li talbu li jagħmlu xandiriet bi prova (trials) fil-qasam tat-televiżjoni diġitali nagħtaw il-permess li jagħmlu dan taħt l-istess kundizzjonijiet fosthom li dan il-permess hu ta' natura temporanja u li jista' jkun mitmum skond id-diskussjonijiiet ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Kommunikazzjoni. Jien infurmat ukoll li l-Multiplus Ltd. ingħatat permess biex tagħmel dawn il-provi fil-perjodu bejn it-8 t'Ottubru 2004 u l-20 t'April 2005. Sa meta ħareġ dan il-permess ma kienx hemm talbiet oħra biex isiru xandiriet bi prova f'dan il-qasam. Jiriżulta li wara li ħareġ dan il-permess, diversi operaturi jew service providers oħra talbu biex huma wkoll jkunu jistgħu jagħmlu xandiriet bi prova. Minħabba li n-numru ta' frekwenzi u ż-żmien limitat li fihom iridu jintemmu dawn il-provi, dawn l-operaturi jew service providers ingħataw il-permess li jagħmlu l-provi tagħħom fuq perjodu ta' xagħrejn kull wieħed. Ma dan kollu, l-ebda operatur jew service provider ma għandu xi dritt fuq xi frekwenzi li fuqhom qed jagħmel dawn ix-xandiriet bi prova.

Ċirkewwa — Latrini

Question

B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 7624, 8016 u 10664, peress li ċ-Ċirkewwa m'hemmx faċilita' ta' toilets adegwati, jista' il-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi rimedjat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għall-konvenjenza tal-pubbliku, żewġ mobile toilets ġew provduti ġewwa ċ-ċirkewwa sa mit-12 t'Awissu 2004. Dawn jinsabu qrib il-bus terminus u saħansitra ġew mgħammra bid-dwal, ħaġa li mhux normalment ssir. Preżentament, jidher li dawn il-faċilitajiet, li jiġu mnaddfa kuljum, qed jaqdu b'mod adegwat lill-pubbliku.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kiri ta' karozzi

Question

Matul is-sena 2004, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet, inkluż l-ispiża totali tal-fuel rispettivament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali f'ċifra ta' flus tal-ministeru, inkluż ta' l-entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru, għall-mobile phone calls u l-kirjiet u/jew xiri tagħhom matul is-sena 2004? Kemm hi ċ-ċifra ta' flus li diġa' tħallset minn din l-ispiża? Kemm hu n-numru ta' mobile phones li fil-preżent il-ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu huwa responsabbli għall-pagamenti tagħhom u kemm kien fis-sena 2004?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Concrete plants

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn concrete plants reġistrati? Hu konxju l-Ministru li jista' ikun hawn oħrajn mhux reġistrati li qed joffru unfair competition lil dawk reġistrati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fit-taqsima tal-liċenzji fid-Diviżjoni tal-Kummerċ hemm ħamsa u għoxrin (25) stabbiliment liċenzjat taħt żewġ kategoriji jiġifieri: 1) batching plants 2) manifatturi ta' blokki tal-konrit u madum Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli nterpellant li jekk jaf jew għandu suspett fuq xi ħadd li mhux licenzjat jgħaddi l-informazzjoni kollha, possibilment l-isem u n-numru tal-karta ta' l-identita lil dan il-ministeru biex ikun investigat.

Digital terrestrial television

Question

Dwar il-provi li qed isiru għas-servizz tad-digital terrestrial television f'pajjiżna, jista' il-Ministru jgħid x'kondizzjonijiet u xi żmien ingħataw biex jagħmlu dawn il-provi? Jista' jgħid jekk dawn is-service providers li qed jagħmlu trials fuq id-digital terrestrial ingħatawx l-istess kondizzjonijiet u tul ta' trials daqs id-ditta Multiplus?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kontijiet tat-Telephone

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004? Min huma l-persuni li huma intitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom? Kemm huwa l-ammont ta' ħlas li dawn huma intitolati għalih kull xahar?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.