Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema impjegati fi ħdan id-Dipartiment tad-Detenzjoni, jingħatawx taħriġ relatat max-xogħol tagħhom? Jista jgħid jekk jeżistix Standard Operations Procedures għall-istess ħaddiema? Jista’ jgħid meta ġiet ippublikata l-liġi sabiex tirregola dan id-dipartiment li ilu mwaqqaf mis-sena 2005?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-ħaddiema impjegati fis Servizz ta’ Detenzjoni jingħataw taħriġ relatat mad-diversi aspetti tax-xogħol tagħhom fuq bażi regolari. Ġew imfassla u ppublikati Standard Operating Procedures fuq dak kollu li jirrigwardja x-xogħol fis-Servizz ta’ Detenzjoni u jsir ukoll taħriġ fuqhom. Il-liġi li tirregola s-Servizz ta’ Detenzjoni ġiet ippublikata f’Jannar 2016.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema fi ħdan id-Dipartiment tad-Detenzjoni jingħatawx xi tip ta’ mediċina minħabba s-sensittività tax-xogħol tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma nafx li tezisti xi mediċina “minħabba s-sensittivita’ tax-xogħol”, imma ninsab infurmat li l-ħaddiema tas-servizz ta’ detenzjoni għandhom arranġement speċjali biex jingħataw mediċina u kura mingħajr ħlas f’kaz ta’ mard jew inkwiet mentali kkawzat minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtara tagħmir protettiv għall-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili? Dan l-apparat inxtara ġdid jew secondhand? Kemm ġiet tiswa din in-nefqa sabiex ħajjet il-ħaddiema tiġi protetta u jiġu evitati korrimenti fuq xogħolhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jgħid għal liema perjodu qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk reġgħux daħlu voluntiera fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jieħdu post dawk li naqsu? Jekk iva, kemm daħlu u jekk saritx xi nefqa ghalihom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi dan l-aħħar id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili reġa daħħal 67 (sebgħa u siitin) voluntier ġdid. Tlieta minn dawn waqfu uffiċċjalment milli jkomplu jattendu. Dawn il-voluntieri l-ġodda żdiedu mat-tletin (30) voluntiera oħra li diġa kienu ngaġġati mad-Dipartiment. Għalhekk in-numru tal-voluntiera llum huwa dak ta’ 94 (erbgħa u disgħin) membru. In-nefqa għal voluntiera kollha kienet ta’ € 5609.92
Regolamenti tal-Forzi Armati – attivitajiet tal-partiti politiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadux fis-seħħ ir-Regolament tal-Forzi Armati li jipprojbixxi lill-membri tal-AFM milli jipparteċipaw f’attivitajiet tal-partiti politiċi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li iva, ir-regolamenti msemmijin għadhom fis-seħħ u membri tal-FAM li jinqabdu jmorru kontra l-imsemmija regolamenti jiġu ddixplinati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħata mill-Forzi Armati ta' Malta minn Marzu 2013 sa April 2016? Jista’ jgħid għal kemm jammontaw dawn id-direct orders kollha f'daqqa f'termini ta' flus? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-aġenti u intrapriżi li sar xiri mingħandhom permezz ta' dawn id-direct orders?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi minn Marzu 2013 sa April 2016 ingħataw 116 (mija u sittax) direct order mill-Forzi Armati ta’ Malta. F’termini ta’ flus dawn id-direct orders kollha f’daqqa kienu jammontaw għall- €3,850,523.94. Il-lista tal-aġenti u intrapizi li sar xiri mingħndhom permezz ta’ dawn id-direct orders qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħata mill-Korp tal-Pulizija minn Marzu 2013 sa April 2016? Jista' jgħid għal kemm jammontaw dawn id-direct orders kollha f'daqqa f'termini ta' flus? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-aġenti u intrapriżi li sar xiri mingħandhom permezz ta' dawn id-direct orders?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi bejn Marzu 2013 u April 2016, kien hemm 71 (wieħed u sebgħin) direct order li ngħatat mill-Korp tal-Pulizija wara approvazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi. L-ammont globali ta’ dawn id-direct orders kollha f'daqqa f'termini ta' flus kien ta’ Euros 1,611,371. Il- lista tal-aġenti u intrapiżi li sar xiri mingħandhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – tagħrif dwar xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24912 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament mal-mistoqsija parlamentari 24912, mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħlijiet/konsulenzi/rapporti lil-kumpaniji li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħi.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – tagħrif dwar xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24913 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament mal-mistoqsija parlamentari 24913, mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħlijiet/konsulenzi/rapporti lil-kumpaniji li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk jirriżultalux li fil-ġranet bejn it-2 ta’ Mejju u l-5 ta’ Mejju 2016 ġewwa l-Faċilita Korrettiva ta' Kordin kien hemm inċident li fih detenut ħebb għall-persuna li kienet qiegħda żżuru? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x'kienet id-dinamika tal-inċident, x'passi ttieħdu fil-konfront ta’ din il-persuna, jekk sarx rapport formali lill-Pulizija u jekk il-vittma sofrietx ġrieħi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li nhar l-4 ta’ Mejju 2016 waqt li kienu qed isseħħu l-visti fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, wieħed mid-detenuti li kien qed jagħmel il-vista tiegħu ma’ persuna li ġiet iżżuru, kellu argument u ħebb għall din il-persuna. Immedjatament intervenew l-uffiċjali li kienu preżenti fis-sala fejn kienu qed iseħħu l-visti, fejn wara intervent irnexxilhom jifirdu ż-żewg persuni. Id-dettenut ma sofra ebda ġrieħi filwaqt li l-persuna l-oħra sofriet xi ġrieħi. Ġew infurmati l-Pulizija tal-Għassa ta’ Raħal Ġdid u l-persuna konċernata ġiet mitluba tattendi l-għassa. L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija.
Korp tal-Pulizija – ħidma kontra l-Kriminalità Organizzata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma qed jagħmel il-Korp tal-Pulizija kontra l-Kriminalità Organizzata?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li biex tikkumbatti l-Kriminalità Organizzata l-Pulizija Maltija taħdem mill-qrib ħafna ma’ diversi entitajiet u forzi tal-Ordni Ewropej u Internazzjonali, kemm bilateralment, meta jkun hemm bżonn, u anke tramite l-Interpol li tagħha ilha membru mis-snin sebgħin u l-Europol li ilha taħdem magħha mis-sena 2004. Biex dan isehh diversi uffiċċjali tal-korp jattendu wkoll diversi laqgħat u anke taħriġ relatati mal-ġlieda kontra il-kriminalità, u jkun hemm każi fejn anke tieħu sehem f-attivitajiet operazzjonali. Biex issegwi dawk il-kuntatti u tiffaċilita il-ġbir u bdil ta’ informazzjoni, kienet twaqqfet it-Taqsima tal-Relazzjonijiet Internazzjonali tal-Pulizija fi ħdan il-Korp, li tagħmel xogħol siewi ħafna ghal-dan l-iskop.
Korp tal-Pulizija – ħidma mall-pubbliku biex jippreveni reati ta’ kriminalità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma qed jagħmel il-Korp tal-Pulizija biex juri lill-pubbliku, speċjalment dawk il-persuni l-iktar vulnerabbli, kif jipprevenu reati ta’ kriminalità?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fost l-inizzjattivi tal-Pulizija biex juri lill-pubbliku, speċjalment dawk il-persuni l-iktar vulnerabbli, kif jistgħu jipprevenu li jaqgħu vittmi ta’ reati kriminali, isiru diversi taħditiet fejn jiġi spjegat lilhom metodi kif jipprevenu li dan isehh. Hemm ukoll arrangament bejn Pulizija u s-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b'Disabilita u Anzjanita Attiva, li jintbagħtu Membri tal-Korp biex jindirizzaw lil anzjani li jattendu Day Centres f’Malta u Għawdex. Hawn jigi spjegat lilhom fid-dettal dak li għandhom joqgħdu attenti minnu u sussegwentament kif jipprevenu li jisfaw vittma ta’ xi reat. Dawn it-taħdiet ser ikomplu, u ser jiġi nkluż ukoll tagħlim ta’ kif wieħed jippreveni reati relatati mal-internet peress li ħafna anzjani jagħmlu użu ta’ dawn il-faċilitajiet. Preżentament it-Taqsima tas-Cybercrime fi ħdan il-Korp, diġa tieħu sehem ukoll f’taħdidiet fi skejjel, fejn it-tfal jiġu mgħallma kif ikunu kawti waqt l’użu tal-internet u jiġu konxji bil-perikli li jistgħu jiltaqgħu magħhom. Hemm okkażjonijiet fejn fuq stediniet min Kunsilli Lokali, isiru l-istess tip ta’ suġġett.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-taħriġ fl-użu tal-armi kienx kompla għall-membri tal-Korp tal-Pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lll-Onorevoli Interpellant li l-membri tal-Korp tal-Pulizija jingħataw taħriġ b’mod regolari kemm dwar l-immaniġjar tal-armitan-nar, kif ukoll dwar kif u meta l-Pulizija tista’ tagħmel użu minn dawn l-armi.
Ninfurmah li matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, 602 membru tal-Korp attenda “refresher training session”, dawn ma jinkludux il-membri tar-Rapid Intervention Unit li jattendu għal taħriġ ieħor b’mod regulari.
Korp tal-Pulizija – korsijiet speċjalizzati barra minn Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi applikazzjonijiet taħt fondi Ewropew biex membri fil-Korp tal-Pulizija jattendu korsijiet speċjalizzati barra minn Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li kien hemm applikazzjonijiet biex membri tal-Korp jattendu korsijiet taħt fondi tal-EU fis-sena 2015. Fil fatt numru ta’ uffiċċjali attendew korsijiet speċjalizzati fi Spanja u l-Portugal matul l-istess sena. Dan kien proġett li sar b’fondi taħt il-Programm Erasmus.
Fizzjali tal-Pulizija – taħriġ ma’ entitajiet u korpi barranin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm okkażżjonijiet fejn fizzjali tal-Pulizija ntbagħtu biex isegwu taħriġ ma’ entitajiet jew korpi barranin? Jekk iva jista’ jgħid kemm kien hemm?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2015 kien hemm erbgħa u erbgħin (44) okkazzjoni fejn fizzjali ħadu taħriġ ma’ entitajiet jew korpi barranin. Dawn kienu erbgħin (40) Spettur u erbgħa (4) Supretendenti. Barra minn dan, matul din is-sena, s’issa kien hemm sitt (6) spetturi li ħadu taħriġ ma entitajiet jew korpi barranin.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara t-tibdil li sar fl-operat u fl-uffiċjali tal-iskwadra ta’ Kontra d-Drogi, kienx hemm riżultati pożittivi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li tibdil ta’ uffiċċjali fit-Taqsimiet kollha tal-Korp tal-Pulizija isir skond l-esigenzi u ħtiġijiet tas-servizz u fl-aħjar interess tal-komunita, bil għan li jittejjeb kemm is-servizz u kif ukoll ir-rizultati miksuba, kif gara fil-kaz imsemmi mill-Onorevoli Interpellant
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-snin 2006 u 2007 ħarġux promozzjonijiet għall-ogħla ranks fl-Armata? Jista jgħid x’mekkaniżmu ntuża sabiex inħarġu dawn il-promozzjonijiet? Jista’ jgħid jekk kull min ġie promoss f’dawn id-dati jekk kienx irrakkommandat mill-Kap Kmandant u jekk hux kull uffiċjal li ġie promoss f’dawn ir-ranks meliex xi post vakanti li kien hemm?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat fl-2006 u fl-2007 gew promossi:
12-il Maġġur għar-rank ta’ Logutenent Kurunell (u ieħor fl-aħħar ġranet tas-sena 2005)
7 Logutenenti Kurunelli għar-rank ta’ Kurunell (b’erbgħa minnhom li kienu saru ftit iktar minn sena qabel u nklużi hawn fuq)
Għal dawn il-promozzjonijiet ma kien hemm l-ebda sejħa, jew intervista, jew xi proċess ta’ selezzjoni. Kull min ġie promoss ġie promoss jew għax kien irrakkommandat mill-Kap Kmandant ta’ dak iz-zmien, jew fuq suġġeriment tas-Segretarju Parlamentari ta’ dak iż-żmien mingħajr ebda rakkommandazzjoni tal-Kap Kmandant. Dawn il-promozzjonijiet kienu jinkludu kemm dawk li saru sabiex jimtlew postijiet vakanti, kif ukoll promozzjonijiet li għalihom ma kienet tezisti ebda vakanza u li għalhekk dawn il-vakanzi kellhom jinħolqu (u effettivament jiddaħlu fl-establishment tal-FAM) wara li kienu ħarġu l-promozzjonijiet (għal kuntrarju ta kif tirrikjedi il-ligi). Tal-aħħar jinkludu:
- Il-post ta’ Military Representative fi Brussell
- Il-post ta’ Health and Safety Officer f’dan il-grad
Zewg posts (fil-grad ta’ Kurunell) fuq Strateġija u Policy ġewwa l-Ufficju tal-Prim Ministru – Dawn iż-żewġ posts baqgħu qatt ma ddaħħlu fl-establishment tal-FAM.
Forzi Armati ta’ Malta – uffiċjali Navali u tal-Ajru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta u għaliex il-Forzi Armata ta’ Malta waqfet milli tkompli tibgħat l-uffiċjali tagħha, dawk Navali u tal-Ajru, jitħarrġu ġewwa l-Akkademji Ġermaniżi u Taljani rispettivament? X’kien l-effett ta’ din id-deċiżjoni fuq l-Iskwadri Marittimu u tal-Ajru u x’qed issir illum biex tiġi rranġata s-sitwazzjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Forzi Armati ta’ Malta waqfet milli tibgħat Uffiċjali minn tagħha jitħarrġu f’Akkademji navali fl-1999. Reġgħu bdew jintbagħtu fl-2015. Dan iż-żmien twil ħalla effett negattiv kbir fuq l-iskwadra Marittima għaliex illum hija nieqsa sew minn numru adekwat ta’ Uffiċjali kwalifikati f’dan il-qasam. Dan tefa piż kbir mhux biss fuq id-disponibilita’ ta’ ċertu laneċ, imma wkoll fuq il-ftit Uffiċjali li huma kwalifikati, u limitazzjonijiet kbar fuq il-flessibilita’ tal-użu tal-istess Uffiċjali. Il-Forzi Armati ta’ Malta reġgħet f’dawn l-aħħar xhur assigurat korsijiet simili ma’ Akkademji kemm Taljani u anke Irlandiżi u qed terġa tħarreġ l-Uffiċjali tagħha fihom. Pero, meta wieħed jikkunsidra li sabiex tikkwalifika minn akkademja navali kors jieħu bejn tlieta u erba’ snin kull wieħed, irid jgħaddi ftit żmien mhux hażin sakemm il-Forzi Armati ta’ Malta tilħaq in-numru adekwat ta’ Uffiċjali kwalifikati li għandha bżonn.
Rigward il-qasam tal-ajru, il-Forzi Armati ta’ Malta rat mankanza twila ferm ta’ Uffiċjali tagħha li ntbagħtu jsegwu korsijiet f’akkademji barra minn Malta, fejn kienu ntbagħtu l-aħħar fl-1992, u reġgħu bdew jinbagħtu f’dawn l-aħħar ftit snin. Għal snin twal il-Forzi Armati ta’ Malta kienet ukoll tikkwalifika il-piloti tagħha hi stess fuq standards militari Maltin. Dan issa nbidel għaliex il-piloti qed ikunu mitluba li jkollhom dik li tissejjah ic-CPL (Commercial Pilot License), li hija waħda mill-ogħla kwalifiċi fil-qasam tal-ajru u tal-istess standard ta’ piloti oħra madwar id-dinja anke fil-qasam kummerċjali. B’hekk qed jiġi assigurat investiment qawwi u standards tal-ogħla livelli fil-qasam tal-ajru.
Department of Probation and Parole — persuni segwiti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li bħalissa qed jiġu segwiti mid-DPP (Probation Orders, Provisional Order of Supervision, Community Service Orders, Combination Orders, Suspended sentence with Supervision u Parole Licence)? Kemm hemm Probation Officers li qed jagħmlu superviżjoni u moniteraġġ ta’ dawn il-każijiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole hemm 20 Uffiċjal tal-Probation u 4 Senior Probation Officers li jagħmlu s-superviżjoni tas-segwenti każijiet. In-numru ta’ kemm hemm persuni li bħalissaqed jiġu segwiti mid-DPP huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Combination Orders:
33
Community Service Orders:
42
Probation Orders:
668
Provisional Orders of Supervision:
80
Suspended Sentence Supervision Orders:
118
Reports for Parole Board:
22
Parole License
27
Pre-Sentence Reports / Social Inquiry Reports / Verbal Reports:
64