Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żebbuġ — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jivverifika li x-xogħol li qiegħed isir fil-bini tal-parti l-ġdida ta' Triq Għar Ram, Ħaż-Żebbuġ qiegħed isir skond il-pjanti għax jidher li hemm taħwid sħiħ fl-allinjament tat-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Bħal ma jaf l-Onorevaoli Interpellant, il-linja u l-livelli tat-toroq jiġu stabbiliti u mmarkati fuq il-post mill-MEPA kif ġara f'dan il-każ. Bħalissa l-ADT qed tivverifika jekk bini eżistenti fit-triq imsemmija inbeniex qabel jew wara li ġew definiti dawn il-linji.

Mosta — Embellishment tal-pjazza

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25527, x'inhu l-valur tal-kontribut ta' l-ADT għax-xogħol ta' l-embellishmenttal-pjazza tal-Mosta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-kontibut ta' l-ADT għax-xogħol ta' l-embellishment tal-pjazza tal-Mosta huwa ta' Lm90,000. S'issa tħallsu Lm60.000. It-Lm30,000 l-oħra se jitħallsu fl-2008..

Mosta — Triq in-Naħal

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq in-Naħal, Mosta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta' din il-Ġimgħa din it-triq għandha tkun lesta bit-tarmak.

Mosta — Triq l-Għaddajjar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq l-Għaddajjar, Mosta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta' din il-Ġimgħa din it-triq għandha tkun lesta bit-tarmac.

Mosta — Triq iċ-Ċinju

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq iċ-Ċinju, Mosta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li qegħdin isiru l-aħħar preparamenti biex ikun jista' jibda x-xogħol tat-tarmak fi Triq iċ-Ċinju, Mosta. Hu maħsub li x-xogħol kollu jitlesta sa nofs dan ix-xahar.

Mosta — Triq San Ġuzepp

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq San Ġuzepp, Mosta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li f'dawn il-ġranet qiegħed jingħata t-tarmak f'parti mit-triq imsemmija. Ix-xogħol fil-parti l-oħra tat-triq jista' jsir wara li l-MEPA tagħti interpretazzjoni dwar il-linja tal-bini.

Mosta — Triq Salvu Gatt

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq Salvu Gatt, Mosta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li f'dawn il-ġranet qiegħed jingħata t-tarmak fit-triq imsemmija.

Mosta — Triq il-Mitħna

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq il-Mitħna, Mosta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minħabba li Triq il-Mitħna, Mosta ġiet imwessgħa kien meħtieġ jinbena boundary wall, xogħol li qiegħed isir bħalissa. Sadanittant ittieħdet deċizjoni biex l-arbli li hemm fl-istess triq jitressqu a spejjeż ta' l-ADT. Il-fondi biex isir dan ix-xogħol diġa' għaddew lill-entitajiet rispettivi. L-ADT se tkompli tikkordina mal-kuntrattur biex ix-xogħol isir kemm jista' jkun malajr.

Proġett tal-pont Manuel Dimech

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371 jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopji tat-tender documents jew offerti li kienu ppreżentaw id-ditti, periti jew kumpanniji kollha li kkonkorrew għat-tender tal-proġett tal-pont Manuel Dimech?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tender ‘ Professional and Technical Services for the upgrading of Manuel Dimech Bridge M.A. Vassalli, St Julians, Malta Ct 2518/04’ inharget mill-Dipartiment tal-Kuntratti f’Ottubru 2004 u hames kumpaniji tefghu l-offerti taghhom fl-14 ta’ Dicembru 2004 Dawn kienu:- a) Innovative Architectual Services b) Leonhart, Andra und Partner c) Raniolo & Associates d) Politenica, Ingeneria ed Archittetura e) Köing, Heünish und Partner(KHP) and Design & Technical Resources (DTR) L-evalwazzjoni ta’ dawn it-tenders saret mill-kumitat ta’ evalwazzjoni mahtur mill-Direttur tal-Kuntratti. Ir-rakkomandazzjoniet u evalwazzjoni ta’ dan il-kumitat kienu approvati mill-Kumitat tal-Kuntratti. Il-kuntratt ghal dan ix-xoghol gie iffirmat fit-30 ta’ Mejju 2005, u ma kienx hemm ebda oggezzjoni mit-‘tenderers’ l-ohrajn quddiem il-Kumitat tal-Kuntratti. Il-kopji ta’ l-offerti u dokumenti ohra konnessi ma’ din it-tender qeghdin kollha ghand id-Dipartiment tal-Kuntratti Perit Paul Buhagiar Network Infrastructure Directorate 7 ta’ Mejju 2007

Proġett tal-Pont Manwel Dimech

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371 jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li għamlu l-evalwazzjoni ta' l-offerti għall-proġett tal-pont Manwel Dimech? Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat tal-Bord ta' l-għażla riferibbli għall-istess evalwazzjoni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-evalwazzjoni tat-tenders sottomessi għax-xogħolijiet tal-pont ta' Manwel Dimech saret minn membri maħtura mid-Direttur tal-Kuntratti. Ir-rakkomandazzjonijiet ta' dan il-bord jiġu approvati mill-Kumitat tal-Kuntratti. Għalhekk il-mistoqsija għandha tkun irreferuta lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #25731 Sitting 521 2007-05-07 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

MP & DS

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371 jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset il-kumpannija Malta Planning and Design Consultants għall-proġett fuq Lot 1 tat-toroq iffinanzjati mill-Protocol Taljan? Jista' l-Ministru jgħid meta tħallset għas-servizz mogħti u jekk tħallsitx mill-ADT jew minn xi entita' dipartimentali oħra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

MP & DS

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371, billi l-persuna ndikata separatament huwa partner fid-ditta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u billi l-Ministru responsabbli mill-ADT huwa soċju u direttur ta' l-istess ditta, u billi l-Ministru kemm-il darba fil-media lokali rrefera għall-persuna ndikata bħala "l-ħabib tiegħu" u saħansitra stiednu għal ikliet fid-dar tiegħu ġewwa Hal Tarxien, u billi l-persuna ndikata kien is-supervisors representative tal-Malta Planning and Design Consultants fil-Lot 1 tal-Proġett tal-Protocol Taljan fil-kwalita' personali tiegħu, ma jaħsibx il-Ministru li kellu konflitt ta' interess fit-tender in kwestjoni? Jaħseb il-Ministru li kien imissu jintervjeni sabiex iwaqqaf l-għoti tat-tender tal-Lot 1 lil MP & DS għar-raġuni biss li l-ħabib tiegħu, il-persuna ndikata kien qiegħed jidher bħala supervisors representative tal-MP & Ds meta l-Ministru jaf li l-persuna ndikata għandu żewġ ditti peritali jisimhom, d-ditta ndikata separtament aktar qabel, u Design and Technical Resources Limited u jidher li għal xi raġuni jew oħra dawn ma tefgħux offerti? Jista' jgħid jekk il-persuna ndikata kienx infurmah li kien ser ikun supervisors respresentative ta' MP & DS fuq Lot 1 qabel il-ħarġa ta' l-offerti? Jekk le, jista' jgħid jekk sarx jaf mingħand ħaddieħor u minn min?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Bħala Ministru ma nkunx involut fl-aġġudikazzjoni jew approvazzjoni tas-supervisors jew ir-rappreżentatnti tagħhom.

MP & DS

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371, billi l-persuna ndikata separatament kien supervisors representative ta' MP & DS għal-Lot 1, u billi l-Ministru huwa soċju u direttur flimkien mal-persuna ndikata fid-ditta ndikata separatament u billi l-Ministru stqarr pubblikament li l-persuna ndikata huwa l-ħabib tiegħu, u billi l-persuna ndikata jmexxi waħdu kumpanija oħra Design and Technical Resources Limited, li rebħet it-tender tal-pont Manwel Dimech u billi din il-kumpannija għandha r-registered address tagħha b'kumbinazzjoni f'Carmel Street, B'Kara fejn hija reġistrata d-ditta ndikata u proprju ż-żewġ uffiċini jinsabu fl-istess bini, jista' l-Ministru jikkonferma li l-impjegati, l-periti u l-istaff tad-ditta ndikata li tagħha l-Ministru huwa soċju u azzjonista mal-persuna ndikata huma fil-fatt l-istess impjegati ta' Design and Technical Resources Limited li jidher li qiegħed imexxi waħdu l-persuna indikata separatament? Jista' jikkonferma li periti mqabbdin mid-ditta ndikata ħadmu wkoll għal Design & Technical Resources Limited?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ma jidhirlix li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija konformi ma' l-Istanding Orders ta' din il-Kamra.
Leg 10 PQ #25738 Sitting 521 2007-05-07 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Proġett tal-Pont Manwel Dimech

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24371, jista' l-Ministru jgħid jekk il-konsorzju DTR u KHP tħallasx għall-proġett pont Manwel Dimech? Jekk iva, kemm tħallas sal-lum u jekk tħallasx mill-ADT jew minn entita' dipartimentali oħra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Gzira — Triq Madonna tal-Ġebla

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni jekk parti żgħira ta' Triq Madonna tal-Ġebla fil-Gżira se tkun inkluża f'xi programm ta' toroq residenzjali, ġaladarba hemm knisja, hemm nies joqogħdu fiha u l-istat tat-triq huwa ħażin ħafna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi parti minn Triq il-Madonna tal-Ġebla hija nkulża fil-programm ta' Toroq Residenzjali għall-perijodu 2006-2008 u li għandha titlesta sas-sena 2008.

Bormla — Xogħlijiet fuq triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li se jibdew ix-xogħlijiet fuq it-triq madwar id-djar fl-areata' Sur Santa Liena Bormla, liema triq qatt ma saret minkejja li d-djar ilhom okkupati għal aktar minn 20 sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tender għal dawn ix-xogħlijiet diġa' nħarġet u x-xogħlijiet mistennija jinbdew fil-ġimgħat li ġejjin.

Manoel Island — Football ground

Question

Billi hemm l-obbligu kuntrattwali skond il-ftehim bejn il-Gvern Malti u l-promoturi tal-proġett ta' Tigne' u Manoel Island li jinbena ground tal-football f'Manoel Island, jista' l-Ministru jikkonferma li meta dan il-ground jinbena fiż-żmien miftiehem u diġa' kkomunikat lill-Gżira Nursery FC, it-titlu tal-groundse jiġi mgħoddi lill-Gżira Utd infushom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-kuntratt bejn il-Gvern Malti u l-Midi jiddefinixxi l-bini ta’ faċilitajiet sportivi primarjament futbol. Il-proċess kif irrispondejt lill-Onorevoli Interpellant f’Seduta Numru 243 għall-mistoqsija parlamentari numru 11043 jinbeda meta isir it-trasferiment lill-Gvern u jgħaddih b’riżoluzzjoni parlamentari skond il-proċeduri stabiliti.