Legislature:
Category:
Reset
Active:

Anzjani li kienu qed jirċievu pensjoni kontributorja kif ukoll pensjoni kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu n-numru ta’ pensjonanti f’pajjiżna li sal-aħħar ta’ Ġunju 2016 kienu qed jirċievu pensjoni kontributorja kif ukoll pensjoni kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)? Jista’ jiġi indikat kemm minnhom qed jirċievu inqas minn €500 fix-xahar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru totali ta’ pensjonanti, eskluż pensjonanti imħallsin pro-rata taħt xi ftehim bilaterali jew ir-regolamenti tal-UE tas-sigurta’ soċjali, li sal-aħħar ta’ Ġunju 2016 kienu qed jirċievu pensjoni kontributorja kif ukoll pensjoni kontributorja (Pensjoni tas-Servizz) huwa ta’ 74,991. Minn dawn, dawk li d-dħul tagħhom mill-pensjoni jew pensjonijiet imma eskluż kull dħul ieħor li jista’ jkun li għandhom, kien anqas minn €500 fix-xahar sal-aħħar ta’ Ġunju 2016, kien ta’ 16,356, skont it-tabella murija hawn taħt: Tip ta' Pensjoni Numru ta' Pensjonanti Pensjoni Kontributorja 9,162 Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz) 7,194* Total 16,356 * Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurta’ Soċjali biss Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija. Fil-każ tal-persuni tas-7,194 ikkwotati fuq li għandhom pensjoni tas-servizz aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew il­€500 fix-xahar. L-istatistika pprovduta tinkludi ukoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €500 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar. Iċ-ċifra mgħotija tinkludi ukoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €500 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €500 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja ikunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar.

Każ ta’ anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ koppja anzjani li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament peress li jinsabu fi stat kritiku?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każijiet imsemmija minnu qegħdin jingħataw l-attenzjoni meħtieġa.

Boffa Residential Home – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward Boffa Residential Home u xi attivitajiet li jistgħu jsiru fiha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru tas-Saħħa.

Dar tal-Anzjani – applikazzjoni – każ ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjani li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament rigward assessment biex jidħlu f’Dar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każijiet imsemmija minnu qegħdin jingħataw l-attenzjoni meħtieġa.

Pensjonanti li kienu qed jirċievu pensjoni mhux kontributorja

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu n-numru ta’ pensjonanti f’pajjiżna li sal-aħħar ta’ Ġunju 2016 kienu qed jirċievu pensjoni mhux kontributorja?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ pensjonanti li kienu qed jirċievu pensjoni kontributorja, sal-aħħar ta’ Awwissu 2016 huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Pensjoni Mhux Kontributorja Statistika sal-aħħar ta’ Awwissu 2016 Tip ta' Pensjoni Pensjonanti Pensjoni tal-Età (AP) 4,866 Pensjoni ta’ Di¿abilità (BLD) 297 Pensjoni ta’ Di¿abilità (HP) 2,122 Pensjoni tal-Wens (PW) 85 Pensjoni ta’ Di¿abilità (SHP) 803 Total 8,173

Dar tal-Anzjani – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat biex tidħol f’Dar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Pensjonanti single li għandhom pensjoni minima

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' pensjonanti single illum, li għandhom pensjoni minima?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ pensjonanti single li qegħdin jirċievu pensjoni minima għall-Irtirar huwa ta’ 9,414.

Pensjonanti single li għandhom pensjoni tal-età

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' pensjonanti single illum, li jieħdu l-Pensjoni tal-Età?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninformal lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ pensjonanti single li llum qed jieħdu l-Pensjoni tal-Età jammonta għal 4,141 persuna.

Ħamrun – Day Centre tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qed jattendu d-Day Centre tal-anzjani fil-Ħamrun? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-aħħar attività li saret għall-anzjani li jattendu dan id-Day Centre? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk l-anniversarju mill-ftuħ ta' dan id-Day Centre, għadux jiġi ċċelebrat kull sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fiċ-Ċentru ta’ Anzjanita’ Attiva tal-Ħamrun hemm 116–il membru. Bħal f’kull ċentru ta’ Anzjanita’ Attiva ieħor, ġewwa ċ-Ċentru tal-Ħamrun hemm programm ta’ Anzjanita’ Attiva li kull ġimgħa joffri lill-membri attivitajiet varjati. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, l-anniversarju ta’ dan iċ-Ċentru għadu jiġi ċċelebrat kull sena.

Għawdex — Dar fil-Komunità – persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuna b'diżabilita fid-Dar fil-Komunità li ġiet inawgurata f'Għawdex fi Frar ta' din is-sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà weġibt f’Mistoqsija Parlamentari numru 27730, fid-Dar fil-Komunita ġewwa Taċ-Ċawla Għawdex, huwa maħsub li sal-aħħar ta’ din is-sena jkunu qegħdin jidħlu l-ewwel klijenti residenti, hekk kif kollox huwa lest biex jospita’ l-ewwel residenti. Diġà ġew identifikati l-ewwel residenti li ser ikunu qed joqogħdu ġewwa din id-Dar fil-Komunita. Dawn ir-residenti għaddejjin minn proċess ta’ taħriġ speċjalizzat, sabiex it-tranżizzjoni ssir bl-aktar mod seren.

Irranġar ta’ Saqaf – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward irranġar ta’ saqaf peress li beda dieħel l-ilma?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Stallazzjoni ta’ lift

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx applikazzjoni għal stallazzjoni ta’ lift fil-blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jekk hemm applikazzjoni jista’ jgħid fiex waslet u meta se jinbeda x-xogħol?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, sad-data li fiha qed titwieġeb din il-Mistoqsija Parlamentari, l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għall-installar ta' lif fil-blokka li għalih qed issir referenza fil-Mistoqsija Parlamentari.

Talba għal dħul f’Home – każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li talbet biex tidħol f’home?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Home – każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward anzjana li qiegħda f’home privata?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Akkomodazzjoni Soċjali – Każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Akkomodazzjoni Soċjali – Każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li hija persuna b’diżabilità li sfortunatament ilha tistenna akkomodazzjoni soċjali għal dawn l-aħħar erba’ snin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Servizz ta’ Home Help – talbiet li għadhom pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx talbiet għall-Home help li għadhom ma ntlaqgħux? Jekk iva, kemm hemm anzjani li għadhom jistennew dan is-servizz ta' home help?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fil-preżent hemm 51 talba għas-servizz tal-Home Help li ġew approvati mill-Bord tal-Allokazzjoni li qed jistennew dan is-Servizz. Diġa’ ġew ippjanati l-visti meħtieġa biex ikun jista’ jibda jinghata s-servizz.

Unemployment Assistance, Social Assistance and Social Assistance for Single Unmarried Parents – tapering of benefits

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistema tat-Tapering of Benefits tapplikax ukoll għall-persuni li jkunu fuq l-Unemployment Assistance (UA), Social Assistance (SA) jew Social Assistance for Single Unmarried Parents (SUP) imma li jsibu mpjieg b’paga li tkun taqbeż in-National Minimum Wage?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, is-sistema tat-Tapering tapplika għal dawk kollha li jaħdmu u jaqilgħu l-Paga Minima Nazzjonali jew aktar. Il-persuni eleġibbli mit-Tapering of Benefits huma: · Persuni li jkunu jirċievu Għajnuna Soċjali (SA), inkluż tal-Qagħad (UA), li jkunu ilhom sentejn fl-aħħar tlett snin fuq l-Għajnuna Soċjali u li jibdew jaħdmu sew bħala impjegati kif ukoll għal rashom imma li d-dħul tagħhom ikun l-ekwivalenti tal-Paga Minima Nazzjonali jew aktar. · Single Parents li jinkludu wkoll single unmarried mothers (SUP) bi tfal taħt it-23 sena u li jibdew jaħdmu anke part-time tal-anqas bi dħul tal-ekwivalenti ta’ 10 sigħat fil-ġimgħa, bir-rata fis-siegħa tal-Paga Minima Nazzjonali jew aktar. Persuni li jkunu benefiċjarji tal-Għajnuna Soċjali li jidħlu fi żwieġ jew f’Unjoni Ċivili, u li l-konjuġi tagħhom ikun jaħdem u jaqla’ l-ekwivalenti tal-Paga Minima Nazzjonali jew aktar.

Baġit 2017 – għajnuna supplimentari lill-pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-għajnuna supplimentari li tħabbret fil-Baġit 2017 huwiex ser tingħata wkoll lill-pensjonanti single li għandhom dħul baxx?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kif tħabbar fid-Diskors tal-Baġit, barra l-koppji miżżewġa, ir-riforma fl-Għajnuna Supplimentari għall-2017, tikkonċerna wkoll lill-persuni single li jgħixu għal rashom, jaħdmu u għandhom dħul nett li jlaħħaq sa €9,012, jew persuni single mhux kapijiet ta’ familja li jaħdmu u għandhom il-paga minima. Ser ikunu qed jibbenefikaw ukoll, ġenituri weħidom li għandhom tfal ta’ bejn is-sittax-il sena u t-23 sena, li mix-xogħol jaqilgħu l-paga Minima jew sa’ €9,012 netti, u li ser jibbenefikaw wkoll miż-żieda li tlaħħaq għal €126.3 fis-sena. Ir-riforma fl-Għajnuna Supplimentari se tkompli fl-2018.

Pensjonanti miżżewġin li għandhom pensjoni minima

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ pensjonanti miżżewġin illum, li għandhom pensjoni minima?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ pensjonanti miżżewġin li qegħdin jirċievu pensjoni minima għall-Irtirar huwa ta’ 3,444