Sptar Ġenerali t’Għawdex – occupational therapists
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm occupational therapists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Ġenerali t’Għawdex? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Isptar Generali t’Ghawdex hemm 3 Occupational Therapists. Dawn jaghtu s-servizz taghhom fl-in patients, fl-out patients, Child Guidance Clinic, home visits u fil-Psychiatric Occupational Therapy department.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm occupational therapists li qed jagħtu servizz f’kull Ċentru tas-Saħħa; Għawdex, il-Mosta, ir-Rabat, Ħal Qormi, il-Furjana, Birkirkara, Paola u l-Gżira? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pazjenti jiehdu dan is-servizz mill-Isptar Mater Dei.
Bereġ ta’ Malta u Għawdex – occupational therapists
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm occupational therapists li qed jagħtu servizz fil-Bereġ ta’ Malta u Għawdex? F’liema bereġ qed jingħata dan is-servizz?
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – ħaddiema li rtiraw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20069 u jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba għadha qed tinġabar.
B’referenza għall-artiklu li deher fuq Newsbook u ċjoe li“F’Singapor jibdew ix-xogħlijiet tat-tanker tal-LNG għal Delimara” (http://www.newsbook.com.mt/artikli/2015/10/23/f-singapor-jibdew-ix-xoghlijiet-tat-tanker-tal-lng-ghal-delimara.37489/), jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dan huwiex minnu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant illi bħalissa qed issir konversjoni u x-xogħlijiet meħtieġa tal-LNG Floating Storage Unit.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm speech-language pathologists li qed jagħtu servizz f’kull Ċentru tas-Saħħa; Għawdex, il-Mosta, ir-Rabat, Ħal Qormi, il-Furjana, Birkirkara, Paola u l-Gżira? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onerovoli Interpellant ghat-tabella t’hawn taht.
Centru Tas-Sahha
Numru ta' SL Path.
Dipartiment
Servizz ta’ -
Hal-Qormi
2
Speech Language Department
Speech-Language Pathology
Mosta
5
Speech Language Department
Speech-Language Pathology
Furjana
2
Speech Language Department
Speech-Language Pathology
Birkirkara
2
Speech Language Department
Speech-Language Pathology
Gzira
7
Speech Language Department
Speech-Language Pathology
Rabat
2
Speech Language Department
Speech-Language Pathology
Rahal Gdid
5
Speech Language Department
Speech-Language Pathology
Bormla
3
Speech Language Department
Speech-Language Pathology
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li f’Bormla hemm Centru tas-Sahha ukoll, fejn hemm assenjati 3 Speech Language Pathologist.
Bereġ ta’ Malta u Għawdex – Speech Language Pathologists
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm speech language pathologists li qed jagħtu servizz fil-Bereġ ta’ Malta u Għawdex? F’liema bereġ qed jingħata dan is-servizz?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt -
Berga
Numru ta' SLPs
Luqa
1
Kirkop
1
Marsa
1
Safi
1
Naxxar
2
Fgura
4
Hamrun
3
Zurrieq
3
Zejtun
3
St Venera
2
Zebbug
1
Attard
1
Mellieha
1
Siggiewi
1
Ghaxaq
1
Dingli
1
Qrendi
1
B'Bugia
1
St Paul's Bay
1
Speech Language Dept (Luqa)
1
Tarxien
1
S. Gwann
2
Mtarfa
1
Ta Xbiex
1
Msida
1
Mellieha
1
Mgarr
1
Gharghur
1
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm occupational therapists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Mater Dei? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Isptar Mater Dei hemm 28 whole time equivalent ta’ Occupational Therapists.
Sptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo – occupational therapists
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm occupational therapists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Isptar Sir Anthony Mamo hemm 4whole time equivalent ta’ Occupational Therapists. Dawn jaghtu s-servizz taghhom mis-Support Services Unit.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm occupational therapists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Monte Carmeli? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Isptar Monte Carmeli hemm 20 Occupational Therapist. Is-servizzi huma mifruxa fost is-swali tal-psikjatrija akuta, tar-rijabilitazzjoni, forensika, dawk ta' natura kronika u ma pazjenti bi-problema ta' dipendenza ta' droga. L-Occupational Therapists joffru is-servizz taghhom ukoll gewwa ir-residenza taz-zaghzagh (ex-YPU), l-Intellectual Disability Rehabilitation Unit (IDRU) ma' pazjenti b'diffikulta' intelletwali, kif ukoll gewwa Psychiatric Unit (Mater Dei Hospital) u fic-centri ta’ matul il-jum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm occupational therapists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Karen Grech? F’liema dipartiment u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz ta’ occupational therapists gewwa l-Isptar Karen Grech jinghata minn 18 –il occupational therapists. Is-servizz jinghata fl-in patient wards, out patients u kif ukoll mid-Day Hospital.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — persuni impjegati full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Intepellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20612 (għoxrin elf, sitt mija u tnax).
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn sad-data li qed titressaq din il-mistoqsija, Misraħ Lourdes, San Ġwann ilu għall-ammont ta’ ġranet bla dawl? Meta hu mistenni li tittieħed azzjoni biex il-problema titranġa darba għal dejjem u kemm jista jkun malajr?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn spezzjonijiet li għamlu fuq il-post il-ħaddiema tal-Enemalta plc irriżulta li d-dawl f'Misraħ Lourdes, San Ġwann huwa mixgħul.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn sad-data li qed titressaq din il-mistoqsija, Misraħ Lewża, San Ġwann ilu għall-ammont ta’ ġranet bla dawl? Meta hu mistenni li tittieħed azzjoni biex il-problema titranġa darba għal dejjem u kemm jista jkun malajr?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn spezzjonijiet li għamlu fuq il-post il-ħaddiema tal-Enemalta plc irriżulta li d-dawl f'Misraħ Lewża, San Gwann huwa mixgħul.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19555 fejn tlabt lill-Ministru:
(a) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-qari tal-
monitoring systems
tal-arja taċ-ċmieni tal-impjant tal-BWSC għal dawn l-aħħar tliet snin;
(b) jgħid jekk tul dawn l-aħħar tliet snin u partikolarment tul din l-aħħar sena dawn il-
monitoring
systems
humiex qed jaħdmu regolarment; u
(c) jgħid jekk tul dawn is-snin kienx reġistrat xi forma ta’ tibdil fil-kwalità tal-arja tal-madwar;
jista’ l-Ministru jpoġġi l-informazzjoni mitluba (u mhux link tas-sit elettroniku) fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-qari tal-monitoring systems tal-arja taċ-ċmieni huwa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq il-website ta’ Enemalta plc, fl-indirizz elettroniku http://www.enemalta.com.mt/emissions/. L-informazzjoni tinġabar il-ħin kollu, għal kull ċumnija, għal għadd ta’ tipi ta’ emissjonijiet differenti.
Nitolbu lill-Onorevoli Interpellant biex ġentilment tikkonferma jekk it-tagħrif stampat għall-perjodu msemmi li tixtieq li jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hux meħtieġ li jkun imqassam ta’ kull ġurnata, ta’ kull ġimgħa jew ta’ kull xahar.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19553, fejn tlabt lill-Ministru jgħid kemm-il siegħa overtime inħadmet mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Settembru 2015 mill-ħaddiema li qed jagħtu servizz lill-Enemalta kemm jammonta f’euro dan l-overtime, kemm minnu tħallas u meta hemm il-ħsieb li jitħallas l-ammont li għadu ma tħallasx, għal liema mistoqsija l-Ministru wieġeb li ma jistax jagħti l-informazzjoni mitluba għax hija ta’ valur kummerċjali, jista’, ta’ lanqas, il-Ministru:
(a) jgħid kemm hu t-total ta’ impjegati li għadhom iridu jitħallsu l-
overtime
;
(b) minflok jagħti l-ammont ta’ kemm tħallas s’issa, jagħti ċ-ċifra f’forma ta’ persentaġġ billi jieħu in konsiderazzjoni l-ammont ta’
overtime
dovut versu l-ammont li tħallas;
(c) jagħti lista ta’ kemm-il darba nqata’ d-dawl, lokalità b’lokalità matul ix-xahar ta’ Ġunju 2015, Lulju 2015, Settembru 2015 u Ottubru 2015 separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant illi ġejt infurmat lit-talbiet kollha għal ħlas ta’ overtime ivverifikati li waslu fl-uffiċċji tar-ri¿orsi umani tal-Kumpanija sal-aħħar ħarġa tas-salarji tal-ħaddiema ta’ Enemalta plc, li kienet nhar it-23 ta’ Ottubru 2015, tħallsu.
Talbiet li daħlu wara li nħareġ dan is-salarju jitħallsu mal-paga li jmiss, ftit tal-ġimgħat oħra.
Jekk l-Onorevoli Membru tal-Kamra tad-Deputati taf b’xi każ ta’ overtime mhux imħallas, nistednuha tinfurmana biex isir l-istħarriġ meħtieġ u nieħdu l-passi meħtieġa fl-aħjar interess tal-impjegati tal-Kumpanija.
Rigward l-aħħar mistoqsija, ninforma lill-Onor. Intepellant illi meta tikkumpara l-qtugħ li sar fix-xhur imsemmija tas-sena 2012 mal-qtugħ li sar fix-xhur imsemmija tas-sena 2015 issib illi:
Sena
Qtugħ
Lokalitajiet
2012
447
167
2015
369
157
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – lista ta’ direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu, mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-22 ta’ Ottubru 2015? Jista’ jgħid lil min ingħataw id-direct orders u kemm kien il-valur tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.