Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi s-surġent tal-pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qed jaħdem il-Freeport? X’inhuma l-kwalifiki li jagħmluh idoneu għax-xogħol ta’ security li qed iwettaq? X’inhi l-kariga li qed jokkupa?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Eks Malta Shipbuilding – persuni ingaġġati bħala security
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies li ġew ingaġġati sabiex iservu bħala security fuq is-sit magħruf bħala l-Malta Shipbuilding fil-Marsa minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid kif ġew ingaġġati dawn in-nies, ma’ liema entità governattiva ġew ingaġġati, x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, x’inhi l-paga li qed jirċievu u kif inhuma -x-xiftijiet tax-xogħol tagħhom? Jista’ jgħid kienx hemm sejħa pubblika għal dawn il-postijiet tax-xogħol? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ismijiet kollha tan-nies li ġew ingaġġati bħala security fis-sit msemmi minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Il-Mellieħa — Triq Ġorġ Borg Olivier u Triq il-Kbira - ħlasijiet ta' liċenzja ta' ħwienet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet id-differenza fiż-żieda fil-ħlasijiet tal-liċenzji bejn is-sena 2014 u l-2015 biex wieħed iżomm ħanut jew xi forma ta' negozju ieħor fil-lokalità tal-Mellieħa fi Triq Ġorġ Borg Olivier u Triq il-Kbira?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill- Onor.Interpellant li ma kien hemm l-ebda żieda fil-ħlasijiet tal-liċenzji bejn l-2014 u l-2015.
San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba — ħlasijiet ta' liċenzji ta' ħwienet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet id-differenza fiż-żieda fil-ħlasijiet tal-liċenzji bejn is-sena 2014 u l-2015 biex wieħed iżomm ħanut jew xi forma ta' negozju ieħor fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar li tinkludi ukoll iż-żoni tal-Qawra u Buġibba?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.15843
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet id-differenza fiż-żieda fil-ħlasijiet tal-liċenzji bejn is-sena 2014 u l-2015 biex wieħed iżomm ħanut jew xi forma ta' negozju ieħor fil-lokalità tan-Naxxar?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.15843.
Dekasteru tal-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — direct orders mogħtija
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tad-direct orders bid-dettalji ta’ kull direct order li ngħataw minn dawn l-entitajiet matul l-2014:
(a) il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar;
(b) Mimcol;
(ċ) MGI;
(d) Projects Malta;
(e) MITA;
(f) MCA;
(g) MGA;
(h) Malta Enterprise; u
(i) Malta Industrial Parks?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interepellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid:
(a) kemm ġew impjegati persuni mal-Malta Gaming Authority (allura l-Lotteries and Gaming Authority) minn Marzu 2013 sad-data tar-risposta ta’ din il-mistoqsija;
(b) b’riżultat taż-żieda fin-numru tal-impjegati, kemm żdied l-infiq tal-istess Awtorità f’pagi u salarji;
(c) kemm u liema minn dawn l-impjiegi ġodda saru b’sejħa pubblika u kemm saru mingħajr sejħa pubbliku;
(d) f’liema gradi saru dawn l-impjiegi ġodda u f’liema distretti joqgħod kull impjegat ġdid; u
(e) kemm minn dawn l-impjegati ġodda kienu preċedentement impjegati mal-Vodafone?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Malta Gaming Authority – Executive Management Committee
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn l-Executive Management Committee tal-Malta Gaming Authority, minn Marzu 2013 sal-lum, inbidel kważi kompletament fejn persuni li kienu f’dan il-kumitat ġew mibdula kollha ħlief għal waħda? Jista’ jgħid xi kwalifiki u esperjenza fil-qasam tal-gaming għandhom iċ-chief officers ġodda? Jista’ jgħid jekk dawn iċ-chief officers ġodda intgħażlux direttament mill-Executive Chairman jew intagħżlux wara sejħa pubblika?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull tibdil fl-amministrazzjoni tal-Malta Gaming Authority sar biex jissodisfa l-vizjoni u l-istrateġija l-ġdida li qed tingħata din l-Awtorità, filwaqt li jkunu indirizzati dawk in-nuqqasijiet li din l-amministrazzjoni dehrilha li trid tindirizza fl-interess tal-industrija. Il-kredenzjali taċ-Chief Officers magħzula biex jokkupaw dawn il-karigi jistgħu faċilment ikunu kkonfermati mill-Onor. Interpellant fuq is-sit elettroniku tal-istess awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jieħu passi biex jassigura li intrapriżi lokali ma jibqgħux ibatu minn nuqqas ta’ kompetittività minħabba li individwi u operaturi barranin qed jimportaw prodotti u joperaw fis-suq lokali mingħajr ma jkunu qed josservaw l-obbligazzjonijiet regolatorji u fiskali kollha neċessarji?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħħal il-Gvern f’gaming tax bejn l-2011 u l-2014 u jaqsam din it-taxxa skont ir-reġim li huma liċenzjati bih (bħal casino, VLTs eċċ.)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar il-każ tal-azzjonisti tal-La Vallette Manager Property Fund tal-Preferred Perpetual Securities (PPS) li kienu mwegħdin mill-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni, li kienu se jingħataw il-kapital tagħhom lura fil-każ tal-PPS u jingħataw kumpens aħjar fil-każ tal-Property Fund?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob – rapporti dwar logħob ta’ flus illegali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċeviet rapporti dwar logħob ta’ flus illegali l-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob (LGA), kull sena f’dawn l-aħħar sentejn, maqsumin f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex? Kemm minn dawn ir-rapporti ġew investigati u fuq kemm ittieħdet azzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob hija kompetenti li tieħu azzjonijiet dwar logħob li jkun offrut minn operaturi liċenzjati minnha. Meta jidħol rapport dwar logħob ta’ flus illegali l-Awtorità tgħaddi din l-informazzjoni lill-Pulizija u meta mitluba tassisti lill-Pulizija fl-ispezzjonijiet u l-investigazzjoniet tagħhom. Dwar l-informazzjoni mitluba l-Awtorità ma żżommx dawn ir-records minħabba li mhix l-awtorità kompetenti li tinvestiga dawn ir-rapporti.
Diskussjonijiet bejn Malta Enterprise u l-Barts School of Medicine
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet bejn il-Malta Enterprise u l-Barts School of Medicine u jagħti spjegazzjoni dettaljata ta’ fiex se jkun qed jikkonsisti dan il-proġett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’konferenza stampa li saret fit-18 ta’ Marzu 2015, il-partijiet konċernati li huma Malta Enterprise, il-Ministeru tas-Saħħa u l-Enerġija, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u Xogħol, l-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Barts u London School of Medicine & Dentistry iffirmaw il-ftehim li ser iwassal biex Barts jistabilixxu ruħhom fil-gżira ta’ Għawdex. Matul din il-konferenza stampa tħabbar mill-Prim Ministru li dan l-investiment jifforma parti minn investiment ta €200 miljun li l-Gvern ser ikun qed jagħmel fil-qasam tas-saħħa.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15111, jista’ l-Ministru jgħid minn fejn huma l-impjegati ġodda li kienu ingaġġati mal-Malta Freeport Corporation mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat tal-ħidma li saret fl-2014 mill-Malta Enterprise barra minn pajji¿na, u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont il-pajjiż li fih sar ix-xogħol?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – benefiċċji lil membri fuq bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji taċ-Chairpersons, membri u segretarji tal-bordijiet, direttorati, entitajiet, kumpaniji jew organizzazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull każ, jgħid x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji l-oħra li l-persuni msemmija għandhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Malta Freeport Corporation – ingaġġ ta’ impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda (minn barra s-settur pubbliku) mal-Malta Freeport Corporation minn April 2013 sal-lum? Jista’ jagħti l-informazzjoni skont il-grad li fihom ġew ingaġġati u jgħid kemm hi l-ispiża annwali komplessiva tal-pagi, benefiċċji u spejjeż relatati mal-impjieg ta’ dawn il-persuni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Freeport Corporation ingaġġat 11-il impjegat ġdid minn April 2013 sal-lum. Dawn se jissostitwixxu impjegati li telqu minn April 2013 sal-lum.
Ukoll, fl-aħħar ġimgħat, Malta Freeport Corporation Ltd waslet għall-ftehim ma waħda mill-entitajiet li topera ġol-Port Ħieles biex tirduppjalha s-servizz ta' sigurtà tagħha.
Dan ifisser li l-Malta Freeport Corporation Ltd ma żiedet l-ebda spiża fis-salarji tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda (minn barra s-settur pubbliku) mal-MITA minn April 2013 sal-lum? Jista’ jagħti l-informazzjoni skont il-grad li fihom ġew ingaġġati u jgħid kemm hi l-ispiża annwali komplessiva tal-pagi, benefiċċji u spejjż relatati mal-impjieg ta’ dawn il-persuni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 66 persuna ġew ingaġġati ġodda (minn barra s-settur pubbliku) mal-MITA minn April 2013 sal-lum. L- ispiża annwali komplessiva tal-pagi, benefiċċji u spejjeż relatati mal-impjieg ta’ dawn il-persuni hija ta €1,406,204. Dettalji tal-grad li fihom ġew ingaġġati jinsabu kif ġej fit-tabella hawn taħt:
GradNumru ta’ Impjegati
Career Level 219
Career Level 343
Career Level 42
Career Level 6 2
Totali 66
Nixtieq niġbed l attenzjoni li matul l-istess perijodu l-MITA kellha 68 persuna li spiċċaw l-impjieg tagħhom. L-ispiża annwali komplessiva tal- pagi, benefiċċji u spejjeż relatati mal-impjieg ta’ dawn il-persuni li tterminaw minn April 2013 sal- llum kienet ta’ €1,748,144.