Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29297 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Impjegati

Question

1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? 2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impjegat? 3 Min awtorizza tali impieg? 4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg? 5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-impjegati kollha (19), grad bi grad u dipatiment b’dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part-timers, casuals jew b’xi kuntratt ta’ xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd qegħdin fil-lista mehmuża. (Appendix A).

Ġonna

Question

Jista' l-Ministru jgħid 1) liema huma l-ġonna f'Malta u Għawdex proprjeta' tal-Gvern u li huma miftuħa għall-pubbliku, 2) fejn qegħdin dawn il-ġonna 3) x'inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ ta' kull ġnien 4) min jiftaħ u jagħlaq kull ġnien 5) liema min dawn il-ġonna jieħu ħsieb iż-żamma tagħhom il-Gvern jew Kunsill Lokali 6) dawk li jieħdu ħsiebhom il-Kunsilli Lokali għandhomx bħala kuntrattur lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jew wieħed privat, u 7) liema huma dawk il-ġonna li għandhom provdut mill-Gvern servizz ta' watchman fil-ħinijiet li huma miftuħa għall-pubbliku?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ġonna ta' Malta li huma miftuħa għall-pubbliku huma kollha proprjeta' tal-Gvern. Dawn il-ġonna huma: Valletta: Barrakka ta' Fuq, Barrakka t'Isfel, Hastings, Tal-Palazz. Floriana: Herbert Ganado, Preziosi, Mall, Argotti, Mistrieħ, Sa' Maison. St. Philip. Ħ'Attard: San Anton. Ir-Rabat: Buskett, San Duminku, Bir il-Fjuri. Tas-Sliema: Indipendenza, Qui-Si-Sana. Birkirkara: Stazzjon. Ħal Lija: Post ta' Rikreazzjoni. Ħal Safi: Sir Alexander Ball, Triq il-Biedja. Il-Qrendi: Tal-Kmand, Cecilia Rich. Il-Kalkara: Salvatur. Ħal Qormi: Armier, Żebbuġ, Maemple Fontana, De La Cruz. Ħaż-Żebbuġ: Tal-Grazzja, Ħal-Mula Indipendenza. Il-Mellieħa: Dun Dione Caruana. Għargħur: Ġnien il-Ħaddiem. Sta. Luċija: Serenity. Paola: Wied Blandun, Gaddafi, Boffa. Il-Mosta: 15 ta' Ottubru, Reġġie Cilia, Santa Margherita, Għarusa tal-Mosta. Marsaskala: Pjazza San Tumas, Sant'Anna. Iż-Żejtun: Luqa Briffa, M.A.Vassalli, Mikiel Cachia, San Klement. Iż-Żurrieq: Bronja, Nigret, Profs. Saydon. Marsaxlokk: Pjazza Xprunar. Il-Marsa: Belvedere, Blata l-Bajda, Żebbuġ. L-Imqabba: Triq il-Ġilju. L-Imsida: 5 ta' Ottubru, Victor Denaro. L-Imtarfa: Qasam tad-Djar. In-Naxxar: Labour Road, Mrodess. Ta' Xbiex: Marina. Sta. Venera: Romeo Romano, Triq il-Franka. Is-Siġġiewi: Mwieġel, Profs. Zammit. San Pawl il-Baħar: Anton Buttigieg, L-iskola, Turisti, Dolmen, Masġar Olimpiku, Kennedy Grove, Tempesta. San Ġwann: Karen Grech, Misraħ Lewża, Triq Margherita, Kappara. Ħal Kirkop: Ġnien Aħfer. Il-Gudja: Ġnien Raymond Caruana. Ħdax minn dawn il-ġonna huma amministrati mill-Gverm Dawn huma: Valletta: Barrakka ta' Fuq, Barrakka t'Isfel, Il-Palazz. Floriana: Herbert Ganado, Preziosi, Mall, Argotti, Mistrieħ, Sa Maison. Attard: San Anton. Rabat: Buskett. 3). Il-ħinijiet tal-ftuħ u għeluq tal-ġonna jiddependi skond iż-żmien tas-sena. Il-ħin regolari hu mis-7.00a.m. sas-6.00p.m. fix-xitwa. Fis-sajf jiftħu sat-8.00p.m. Il-Barrakka ta' Fuq tibqa' miftuħa sal-10.00p.m. Il-Buskett għandu sistema ta' watchmen matul il-lejl. 4). Il-ġonna jinfetħu minn impjegati tad-Dipartiment. L-għeluq isir mill-watchmen skond l-iskeda tal-ħinijiet. 5). Hemm numru konsiderevoli ta' Kunsilli Lokali li għandhom kuntratt mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura. 6). Il-ġonna jingħatalhom servizz ta' watchmen huma: il-Barrakka ta' Fuq, il-Barrakka t'Isfel, Ġnien is-Serenita', il-Buskett, San Anton, Hastings, l-Argotti, Sa' Maison, Tal-Kmand il-Qrendi, Ġnien l-Indipendenza tas-Sliema, Gaddafi f'Raħal Ġdid. Rigward Għawdex nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #28996 Sitting 630 2001-10-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Esportazzjoni tal-Patata

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 28472, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-ftehim li sar taħt din l-amministrazzjoni għas-snin 2002 u 2003? Jista' wkoll ipoġġi l-ftehim uffiċjali li kien sar għall-perjodu tas-snin 1996, 1997 u 1998 mill-Ministru preċedenti Nazzjonalista ta' qabel Ottubru 1996?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kuntratti li għalihom irrifera l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #29035 Sitting 630 2001-10-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fabbrika tal-Ħalib

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk is-siti li ġew proposti sabiex tinbena l-fabbrika ġdida tal-ħalib? Meta saru laqgħat bejn ir-raħħala u l-Ministeru matul dawn l-aħħar tlett snin u x'riżultati nkisbu u x'deċiżjonijiet ittieħdu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Peress li jidher li ma kienx hemm żviluppi ġodda minn meta saret il-Mistoqsija Parlamentari numru 23223, m'hemmx x'wieħed iżid aktar ma' dak li diġa' ntqal.
Leg 9 PQ #29077 Sitting 630 2001-10-31 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Inspectors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-ispezzjoni fuq impjegati fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu saru matul din is-sena? Min qed ikun inkarigat minn dan ix-xogħol u kemm hemm impjegati li qed jaħdmu bħala jew iservu ta' inspectors?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li matul is-sena 2001 saru madwar 450 spezzjoni fuq is-Security Staff u impjegati oħra tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u tas-Servizzi Veterinarji. Dawn saru minn Security Officer. Spezzjonijiet oħra fuq impjegati differenti jsiru regolarment minn uffiċjali tad-Dipartiment skond il-ħtieġa. Fir-rigward tad-Dipartiment tas-Sajd, jien infurmat li anki d-Direttur personalment jagħmel spezzjonijiet fit-tard bil-lejl u matul il-weekends minn żmien għal żmien u meta jkun hemm bżonn avviżi bil-fomm jew bil-miktub. Fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd m'hemm l-ebda impjegat li għandu l-grad ta' Inspector.
Leg 9 PQ #29084 Sitting 630 2001-10-31 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu allowance varji mill-Ministeru/Dipartimenti lil impjegati matul din is-sena? Jista' wkoll jgħid grad grad min ibbenifika minn dawn l-allowance u kemm ħadu kull grad? X' tip t' allowance ħadu l-imsemmija impjegati?

Response (ZAMMIT, NINU)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar.
Leg 9 PQ #28921 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm il-siegħa overtime saret fil-biċċerija bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Minn għand dan l-overtime, kemm tħallas kull individwu sa issa u kemm baqalulhom jitħallsu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fid-Dipartiment għas-Servizzi Veterinarji saru 14,926 sigħat ta' sahra, għal amont ta' Lm32,601.63 fil-perjodu msemmi. Din is-sahra nħadmet minn 49 ħaddiem. Is-sahra tħallset kollha, ħlief għal Lm3,471.68 li għadhom dovuti lil għaxar ħaddiema, taħt l-iskema tal-beef intervention, liema ammont ikopri l-perjodu bejn Lulju u Settembru ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #28924 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Qatla tal-Majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet f'kilos il-qatla tal-majjal bejn Jannar u Settembru din is-sena? Jista' jgħati l-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998, 1997 u 1996?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi din:

Żbir ta' Siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jinżabru s-siġar f' Triq Sir L. Preziosi u f' Triq Saria, Floriana?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li dawn it-toroq ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' tal-Gvern Ċentrali, imma taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali. Minkejja dan, se tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex isir l-iżbir jekk tabilħaqq huwa meħtieġ.
Leg 9 PQ #28916 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Packing Station tal-Patata

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm il-siegħa overtime saret fil-packing station tal-patata bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Minn għand dan l-overtime, kemm tħallas kull individwu sa issa u kemm baqalulhom jitħallsu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-packing station tal-patata saru 3391 siegħa sahra bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena għall-ammont totali ta’ Lm9,739.16. Din is-sahra saret minn 116-il ħaddiem. Ma fadal l-ebda sahra x’titħallas.
Leg 9 PQ #28917 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Wied Inċita

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm il-siegħa overtime saret f' Wied Inċita bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Minn għand dan l-overtime, kemm tħallas kull individwu sa issa u kemm baqalulhom jitħallsu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li, bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena, f'Wied Inċita saru sitt sigħat sahra minn żewġ ħaddiema, u 2,000 vjaġġ bil-bowser ta' l-ilma minn 11-il ħaddiema. Is-sahra kienet tammonta għal Lm14.32 u tħallset kollha. Kif jaf l-Onor. Interpellant ix-xufiera tal-bowsers jitħallsu Lm2.50 extra għal kull vjaġġ li jagħmlu, liema ħlas isir mill-vot tas-sahra. Sal-lum, dawn ix-xufiera tħallsu Lm5,000, u fadlilhom jirċievu bejniethom Lm882.50.
Leg 9 PQ #28918 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

San Anton

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm il-siegħa overtime saret f'San Anton bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Minn għand dan l-overtime, kemm tħallas kull individwu sa issa u kemm baqalulhom jitħallsu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li f’San t’Anton saru 10 sigħat sahra minn żewġ ħaddiema bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena. Ma fadal l-ebda sahra x’titħallas.
Leg 9 PQ #28919 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sezzjoni tan-Naħal

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm il-siegħa overtime saret fis-sezzjoni tan-naħal bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Minn għand dan l-overtime, kemm tħallas kull individwu sa issa u kemm baqalulhom jitħallsu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li fit-taqsima tan-naħal ma saret l-ebda sahra bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena. Għalhekk ma thallas xejn u ma baqa’ xejn x’jitħallas.
Leg 9 PQ #28920 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tal-Kmand

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm il-siegħa overtime saret f'Tal-Kmand bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Minn għand dan l-overtime, kemm tħallas kull individwu sa issa u kemm baqalulhom jitħallsu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li f’Tal-Kmand saru 101.25 siegħa sahra bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena għal ammont ta’ Lm415.67. Din is-sahra nħadmet minn 10 ħaddiema. Ma fadal l-ebda sahra x’titħallas.
Leg 9 PQ #29151 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħamrija Ħamra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' qed isir mill-ħamrija ħamra li qed titneħħa bħala parti mit-twessigħ ta' Triq ir-Redentur f' Ħaż-Żabbar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-ħamrija li tneħħiet minn ġnien privat fi Triq ir-Redentur biex isir it-twessigħ ta' din it-triq, kienet kwantita' żgħira, u ttieħdet f' għalqa f'Birżebbuga, għal skop agrikolu.
Leg 9 PQ #29238 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Impjegati

Question

1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? 2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impegat? 3 Min awtorizza tali impieg? 4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg? 5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?

Response (ZAMMIT, NINU)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar.
Leg 9 PQ #28910 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-metru ta' ħitan tas-sejjieħ ta' l-uċuħ tar-raba' tal-bdiewa ġew rijabilitati fl-inħawi ta' l-Mġarr, Binġemma, tas-Salib, matul 1999, 2000, u Jannar u Settembru ta' din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fl-inħawi ta' l-Imġarr, Binġemma u tas-Salib ma ġewx rijabilitati ħitan tas-sejjieħ fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #28911 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-metru ta' ħitan tas-sejjieħ ta' l-uċuħ tar-raba' tal-bdiewa ġew rijabilitati fl-inħawi ta'l-Wardija, Żebbiegħa, Bidnija u Manikata, matul 1999, 2000, u Jannar u Settembru ta' din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fl-inħawi tal-Wardija, ż-Żebbiegħ, il-Bidnija u l-Manikata ma ġewx rijabilitati ħitan tas-sejjieħ fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #28912 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartimenti tas-Sajd u ta' l-Akwakultura

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm il-siegħa overtime saret fid-Dipartimenti tas-Sajd u ta' l-Akwakultura bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Minn għand dan l-overtime, kemm tħallas kull individwu sa issa u kemm baqalulhom jitħallsu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fid-Dipartiment tas-Sajd saru 2,302.12 sigħat u f'ta' l-Akwakultura saru 4,284.56 siegħa sahra bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena. Is-sahra fit-Taqsima tas-Sajd saret minn seba' impjegati u kienet tammonta għal Lm9,123.63. Dik fit-Taqsima ta' l-Akwakultura saret minn 17-il impjegat u kienet tammonta għal Lm12,374.28. Ma fadal l-ebda sahra x'titħallas.
Leg 9 PQ #28913 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Farm Esperimentali

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm il-siegħa overtime saret fil-farm Esperimentali bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Minn għand dan l-overtime, kemm tħallas kull individwu sa issa u kemm baqalulhom jitħallsu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li fil-Farm Sperimentali saru 2,453 siegħa sahra bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena għal ammont totali ta’ Lm5,045.20. Din is-sahra nħadmet minn 16-il ħaddiem. Ma fadal l-ebda sahra x’titħallas.