Ministeru tal-Affarijiet Barranin — persons of trust - persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħadd mill-persuni ingaġġati bħala persons of trustma jagħmel xogħol bit-telework.
Fil-każ ta’ Wikileaks (Snowden), jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi dokumenti li jinvolvu lill-gżejjer Maltin?
Response (VELLA, GEORGE)
Fil-Wikileakshuwa fatt magħruf li hemm ħafna dokumenti dwar Malta. Rigward Snowden u dak li hu allegat li żvela, s'issa ma jidhirx li hemm xi materjal li jirrigwarda lil Malta.
Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru tiegħu fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — xogħol mogħti lil individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li ngħataw lill-individwu u/jew kumpanija li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu u entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid jekk f’kull każ, ix-xogħol ingħatax b’direct order jew wara li saret sejħa għall-offerti? Jista’ jgħid f’kull każ kemm kienet l-ispiża? F’kull każ, min awtorizza li jsir il-ħlas? F’kull każ fiex kien jikkonsisti x-xogħol?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Ministeu ma tax xogħlijiet lill-persuna/kumpanija msemmija matul iż-żmien indikat mill-Onor Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?
Response (VELLA, GEORGE)
Ta' min jinnota illi l-kumpannija msemmija ma ngħatatx xogħol ta' Konsulenza minn naħa ta' dan il-Ministeru pero' nstabu records ta' pagamenti lil Dr Peter Borg Costanzi li huwa sieħeb f'din il-kumpannija, kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — ingaġġ ta’ konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?
Response (VELLA, GEORGE)
Fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin hemm ingaġġati tmien konsulenti (li ħamsa minnhom kienu ngaġġati mill-amministrazzjoni preċedenti).
Mid-9 ta' Marzu 2013 'l hawn tħallsu bejniethom €83,401.25 .
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – spejjeż ta’ Media Events
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajietu jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum ġie organizzat event wieħed fejn ġew ippreżentati l-Prinċipji Gwida tal-Politika Barranija ta' Malta, l-istruttura l-ġdida tal-Ministeru u r-rapport tal-Board of Review dwar ir-Rapreżentanzi Maltin barra minn Malta.
L-ispiża totali kienet ta' €197.66, magħmulha minn €55 għall-istampar ta' 1,000 ktejjeb fl-istamperija tal-Gvern u €142.66 għall-kiri ta' PA System mingħand Studio 7 wara li ntalbu l-quotations.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — konferenzi u laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-konferenzi u laqgħat li attenda barra minn Malta f’dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi attendejt dawn il-konferenzi u laqgħat :
Pajjiż
Skop taż-żjara
Marzu
Dublin, Irlanda
GYMNICH
April
Mawritanja
5 + 5 Dialogue Foreign Ministerial meeting
Lussemburgu
Pariġi (mal-Prim Ministru)
FAC
Taħdidiet Bilaterali
Mejju
Belġju
FAC
Ġunju
Spanja
Libja (mal-Prim Ministru)
Santa Sede (mal-Prim Ministru)
Taħdidiet Bilaterali
Taħdidiet Bilaterali
Taħdidiet Bilaterali
Baħrejn
EU-GCC Joint Council and Ministerial meeting
Lulju
Belġju
FAC
Settembru
Ukraina
Litwanja
Taħdidiet Bilaterali
GYMNICH
Belġju
High Level Conference on Somalia
New York
UN General Assembly
inklużi -
diversi laqgħat bilaterali
laqgħat mas-Segretarju Ġenerali tal-
Gulf Co-operation Council
Uniting for Consensus (Security Council Reform)
Special event
dwar il-
Millenium Development Goals
Laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-
Commonwealth
Alliance of Civilisations
Transatlantic Dinner mas-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-indirizz tal-uffiċċju li minnu qed taħdem l-envoy speċjali tal-Gvern il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kemm f'Malta kif ukoll fil-pajjiżi barranin li fihom taħdem għall-Gvern Malti bħal dak taċ-Ċina?
Response (VELLA, GEORGE)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm nefqu flus f'kampanji ta' riklamar u sponsorships fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju, kif ukoll mezzi stampati lokali, l-uffiċċju tiegħu, tas-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f'dawn l-aħħar sitt xhur, maqsuma skont l-istazzjon jew mezz stampat, kemm tal-istat u kif ukoll privati/politiċi?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f'dawn l-aħħar sitt xhur il-Ministeru m'għamilx kampanji ta' riklamar u sponsorships
fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju jew stampa lokali, politiċi jew privati.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid b’mod separat kemm kienet in-nefqa sħiħa għal kull safra (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru ta’ qablu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari fl-2012? Jista’ jgħid min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh, fejn kienet id-destinazzjoni u x’kienet ir-raġuni ta’ kull safra? Jista’ jgħid jekk għal kull safra l-biljetti inxtrawx mingħand l-Air Malta jew jekk hux mingħand il-privat? F’każ li nxtraw mill-privat jista’ jgħid minn fejn inxtraw u jagħti r-raġuni għaliex?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-ambaxxaturi li se jinbidlilhom il-posting fejn huma bħalissa u fejn se jintbagħtu?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill Onor Membru illi l-Ambaxxaturi li ġew infurmati li se jinbidel il-posting tagħhom għall-Ambaxxata oħra huma:
Isem
Mill-Ambaxxata
Fejn Intbgħatu
Pierre Clive Agius
Pariġi
Warsaw
Carmel Inguanez
Ruma
Tunis
Vanessa Frazier
Brussel
Ruma
Raymond Sarsero
Moska
Ministeru għal Affarijiet Barranin
Theresa Cutajar
New Delhi
Ministeru għal Affarijiet Barranin
Charles Sultana
Kuwait
Ministeru għal Affarijiet Barranin
Joseph Cole
Washington
Ministeru għal Affarijiet Barranin
Stephen Borg
Rijadh
Ministeru għal Affarijiet Barranin
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma d-diplomatiċi /jew staff fil-Korp Diplomatiku u/jew ambaxxati li se jinbidlilhom il-posting, fejn huma bħalissa u fejn se jintbagħtu?
Response (VELLA, GEORGE)
L-Uffiċċjali tal-Klassi Diplomatika tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin li inbidlilhom il-posting mill-Ambaxxata fejn kienu u ntbagħtu f’Ambaxxata oħra huma s-segwenti:
Isem
Mill-Ambaxxata
Fejn intbagħtu
Ambaxxata ta’ Malta / Tmiem ta’ kariga / Ministeru għall-Affarijiet Barranin
Hanan El Khatib
Londra
Madrid
Albert Grech
Beijing
Cairo
Melvyn Mangion
Dublin
Dipartiment tal-Pulizija
Carmel Mifsud
Melbourne
Antoinette Cutajar
Madrid
Ministeru għall-Affarijiet Barranin
Patrick Mifsud
Brussels (PREU)
Ministeru għall-Affarijiet Barranin
Rigward l-Ambaxxaturi li ser jinbidlilhom il-posting, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 3903.
Ministeru għall-Affarijiet Barrini — Servizzi klerikali minn kuntratturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti maħruġa bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħu għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Membru illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ħareġ żewġ kuntratti ta’ servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana bejn Jannar 2012 u 8 ta’ Marzu 2013.
Iż-żewġ kumpanniji ġew mitluba jħallsu lill-iskrivana r-rata ta’ Skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ skrivan).
Wieħed miż-żewġ kuntratti kien effettiv mis-27 t’Awwissu 2012 u ġie estiż darbtejn, għal perjodi ta’ tliet xhur, sal-31ta’ Mejju 2013.
It-tieni kuntratt kien effettiv mill-14 ta’ Novembru 2012 u għadu effettiv sallum.
Ir-rata’ ta’ kull siegħa li tħallset lill-kuntratturi hija ta’ €8.90 (mingħajr VAT) u €9.44 (VAT inkluża) rispettivament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ambaxxaturi li s’issa ġew infurmati li mhux se jibqgħu ambaxxaturi? Min huma, u min se jieħu posthom?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Membru illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin informa lill-Ambaxxaturi imsemmija li kienet ser tintemm il-ħatra tagħhom.
Qieghed nuri wkoll l-ismijiet tal-Ambaxxaturi l-ġodda li ġew appuntati fl-Ambaxxati u r-Rappreżentanza Permanenti rispettivi.
Isem
Grad
Missjoni barra l-pajjiż
Ambaxxatur Ġdid
Joseph Cassar
Ambaxxatur
Beijing
Clifford Borg Marks
Karl Xuereb
Ambaxxatur
Berlin
Albert Friggieri
Colin Scicluna
Ambaxxatur
Vienna
Keith Azzopardi
Joseph Licari
Ambaxxatur
Kunsill tal-Ewropa Strasbourg
Joseph A Filletti
Walter Balzan
Ambaxxatur
Ateni
Charles Stafrace
Raymond Sarsero
Ambaxxatur
Moska
Charles Brincat
Francis Tabone
Kummissarju Għoli
Canberra
Charles Muscat
Tanya Vella
Ambaxxatur
Madrid
Mark Micallef
Vicky Anne Cremona
Ambaxxatur
Tunis
Carmel Inguanez
Joseph Zammit Tabona
Kummissarju Għoli
Londra
Norman Hamilton
Godwin Montanaro
Ambaxxatur
Warsaw
Pierre Clive Agius
Theresa Cutajar
Kummissarju Għoli
New Delhi
John Aquilina
Victor Camilleri
Ambaxxatur
Tripoli
Emanuel Galea
Charles Sultana
Ambaxxatur
Kuwait
Patrick Cole
Joseph Cole
Ambaxxatur
Washington
Marisa Micallef
Stephen Borg
Ambaxxatur
Riyadh
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?
Response (VELLA, GEORGE)
Bejn id-9 ta' Marzu w id-data tal-lum, saru sitt laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea (Marzu, April, Mejju, Gunju, Lulju w Awwissu). Dik ta' Awwissu kienet Sessjoni Straordinarja tal-Kunsill, li ma kinitx oriġinarjament prevista iżda tlaqqgħet minħabba żviluppi li kienu qed jiġru ġewwa l-Eġittu.
Minn dawn il-laqgħat, ma stajtx nattendi il-Kunsilli tal-Affarijiet Barranin ta' Marzu u Ġunju w is-Sessjoni Straordinarja f'Awwissu.
Fir-rigward tal-Kunsill ta' Marzu, kienet attendiet ir-Rappreżentanta Permanenti tagħna għall-Unjoni Ewropea minħabba l-fatt li l-Kabinet kien għadu ma ġiex iffurmat. F'Ġunju, ma stajtx nattendi minħabba l-fatt li kont parti mid-delegazzjoni tal-Prim Ministru waqt żjara uffiċjali lejn il-Vatikan, li ħabtet mad-dati tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin. Ir-Rappreżentanta Permanenti attendiet għal dan il-Kunsill minfloki.
Fir-rigward tas-Sessjoni Straordinarja f'Awissu, (kif kont iċċarajt fi stqarrija għall-istampa ppublikata fid-29 ta' Awwissu 2013,) jiena kont imsiefer fuq vakanza privata meta kienet imsejħa l-laqgħa. Ippruvajt nagħmel kull arranġament għat-titjira sabiex inkun nista' nattendi iżda minkejja kull sforz ma setgħax jinstab mezz kif dan ikun possibbli.
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill li kienu se jiġu adottati kienu qrib ħafna fis-sustanza lejn il-posizzjoni tal-Gvern Malti, hekk kif espressa ftit ta' ġranet qabel fi stqarrija għall-istampa. Ir-Rappreżentanta Permanenti għalhekk ġiet mitluba tattendi għal dil il-laqgħa f'ismi.
Ta' min wieħed jinnota li jiena bqajt f'kuntatt kontinwu mar-Rappreżentanta Permanenti matul il-laqgħa biex tingħata direzzjoni kif u meta meħtieġa.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — impjegati li qed isegwu kors l-Università
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-università u/jew kors online ma' università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?
Response (VELLA, GEORGE)
Fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin hemm tliet impjegati li qed jagħmlu kors l-Università.
Id-dettalji li qed jintalbu mill-Onorevoli Interpellant huma :
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — konsulenzi minn individwi jew kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lil individwi u/jew kumpaniji mill-2004 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (VELLA, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u, għaldaqstant, tingħata tweġiba f'seduta oħra.