Persuni neqsin mis-smiegħ — Karta' ta' l-identita' speċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt il-persuni nieqsa mis-smiegħ li ma għandhomx jew għandhom karta ta' identita' speċjali jibbenefikawx minn xi sussidju għall-apparat tat-telefon speċjali?
Kemm fil-fatt huma l-persuni f'pajjiżna li jbatu minn nuqqas ta' smiegħ li huma ntitolati għal dan il-benefiċċju u benefiċċji oħra? Kemm-il talba ta' din ix-xorta ġiet rifjutata matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, u x'kienu r-raġunijiet li ġew rifjutati dawn it-talbiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Persuni neqsin mis-smigħ huma intitolati għal sussidju għall-apparat speċjali magħruf bħala 'textelefon' minħabba li telefonata b'dan l-apparat tieħu ħin aktar minn telefonata normali. Dan is-sussidju jingħata mill-Maltacom.
Fil-preżent hemm 412 irreġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' li għandhom xi forma ta' nuqqas ta' smigħ.
9.12.98
B'riferenza għall-mistoqsijiet preċedenti tiegħi, jista' s-Segretarjat għall-Kura ta' l-Anzjani jerġa' jinsisti mal-Bord ta' l-Ismijiet tat-Toroq biex it-triq tar-Residenza San Vinċenz de Paule tinbidel u ma tibqax Triq l-Imgieret iżda ssir Triq San Vinċenz de Paule?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-Segretarjat għall-Kura ta' l-Anzjani fil-passat kien diġi esprima x-xewqa tiegħu biex it-Triq l-Imgieret tiġi tissejjaħ Triq San Vinċenz de Paule, iżda kien hemm oġġezzjoni mill-Bord ta' l-Ismijiiet tat-Toroq minħabba li diġa hemm xi triq oħra msemmija hekk. Għalkemm is-Segretarjat għadu ta' l-istess fehma, ikun tajjeb jekk il-Kunsill Lokali ta' Ħal-Luqa jinsisti ma' dan il-Bord biex dan iseħħ.
9.12.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġgħu joħorġu sejħa għal offerti biex residenti jibnu garages fi plots vojta (għal garages) li hemm f'Binja San Martin, Ġebel San Martin, Żejtun?
Kemm fadal plots għal garages vojta s'issa?
Meta ħarġet l-aħħar sejħa għall-offerti u meta qalgħet?
Għalkemm ħarġet u kemm fil-fatt applikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar ma toħroġx sejħiet għall-offerti biex residenti jibnu 'garages'.
9.12.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Awtorita' tad-Djar tibda taċċetta applikazzjonijiet mingħand single mothers ta' eta' anqas minn 18-il sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar ser tistudja x'possibilita' hemm li dan is-suġġeriment jiġi attwat.
9.12.98
Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar — Slum clearance
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fondi substandard bl-indirizz 152 sa 154 Triq Sant'Ursola, il-Belt humiex inklużi fil-programm ta' slum clearance tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar? Jekk le, għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif aktarx jaf l-Onor. Interpellant dan il-bini kien tkejjel ftit tas-snin ilu biex ikun inkluż fil-programm tas-'Slum Clearance'. Biss, wara d-diffikultajiet li nqalgħu ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq il-permess tal-bini bejn Triq Sant'Ursula u Triq il-Bjar, kien ġie deċiż li l-proġett jiġi abbandunat.
9.12.98
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1982, meta tabib jinforma lil xi uffiċjal għoli ta' l-Isptar ta' San Vinċenz bħalma għamilt jien dwar il-każ ta' tibdil fiċ-ċirkostanzi ta' l-anzjana konċernata, jista' l-Ministru jgħid x'passi mbagħad ittieħdu, u x'passi ttieħdu f'dan il-każ partikolari?
Interventi bħal dawn allura isiru għal xejn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Naħseb li l-Onor. Interpellant japprezza li żgur ma jistgħux jiġu sodisfatti f'daqqa il-każi kollha li d-diversi tobba kemm il-darba jintervjenu mall-uffiċjali għolja ta' San Vinċenz de Paule dwar urġenza ta' ċerti każi biex jiġu ammessi fir-Residenza.
9.12.98
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1309?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li n-numru ta' persuni b'diżabilita' li gawdew mis-servizz tal-'Home Help' matul l-1996, 1997 u sa Settembru 1998 kien madwar 77.
9.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk il-familji li se jibbenefikaw mill-iskema taċ-children's allowance li talludi għal allowance għal dawk li għandhom ħamest itfal taħt is-16-il sena u d-dħul tagħhom huwa mhux aktar minn Lm13,000?
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ għall-akkomodazzjoni alternattiva għall-persuna li isimha qed jintbagħat separatament bil-File Number H70/84 u li qed jgħix f'akkomodazzjoni perikoluża?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
9.12.98
Ministeru tal-Politika Soċjali — Aġenziji tar-reklamar
Question
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikaseru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista': a) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; b) jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; c) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; d) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; e) jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; f) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; g) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; h) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?
Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill-istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad flokhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
7.12.98
Jista' l-Ministru jgħid fejn hu ppjanat li jinbnew appartamenti ġodda fil-Belt u fil-Furjana fiż-żmien li ġej? F'liema każijiet diġa' hemm approvazzjoni mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Inxtrat proprjeta' mingħand il-privat f'dawn iż-żewġ lokalitajiet bil-għan ta' restawr jew slum clearance (għal skop residenzjali) mill-Awtorita' tad-Djar f'dawn l-aħħar snin? Jekk fl-affermattiv, fejn u kemm swiet u meta hu maħsub li jinbdew dawn ix-xogħlijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti ppjanati għal Belt huma tlieta:
St Ursola Street/Old Wells Street 24 units
91, Merchants Street 4 units
140, Merchants Street 6 units
Il-progetti għal Furjana huma tnejn:
Argotti Street/Lion Street 11 units
20 - 24, Capuchins Street 4 units
Il-ħames proġetti huma kollha koperti bil-permessi tal-bini ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Il-proprjeta' hija kollha esproprijata mill-privat bl-eċċezzjoni ta' 140, Merchants Street, li hija proprjeta' ta' l-Uffiċċju Konġunt.
7.12.98
Riferibbilment għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1998 sat-30 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2315 qegħda tinġabar mid-diversi dipartimenti u risposta tingħata la tinġabar l-informazzjoni kollha.
7.12.98
Jaf il-Ministru li l-maisonettes tas-sular t'isfel mibnija riċentement mill-Awtorita' tad-Djar u li għadhom ma ġewx allokati li jinsabu fi Triq il-Fraxxnu, San Ġiljan jinsabu bl-aperturi miftuħin u konsegwenza ta' hekk qed jintużaw għall-abbuż mid-droga? Jista' l-Ministru jieħu azzjoni mmedjata biex dan l-abbuż jiġi mwaqqaf?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-present baqgħa 'maisonette' wieħed vojt f'dan il-proġett. Dan ser jerġa jinħareġ għall-allokazzjoni mall-ħarġa li tmiss.
Ser jittieħdu l-passi neċessarji biex dan l-inkonvenjent indikat ma jibqax isir.
7.12.98
Jista' l-Ministru jara li l-koppja anzjana li toqgħod fl-indirizz li qed jintbagħat separatament tiġi kkonsidrati biex tmur tgħix fid-dar ta' l-anzjani fl-Imtarfa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li ma ngħatax l-isem tal-persuna, mhux possibbli li tingħata risposta għax ma tistax tiġi identifikata fir-rekords tad-Dipartiment.
7.12.98
Billi l-Ministru riċentement qal li l-gvern kien qed jikkonsidra jinvolvi l-privat għal skop ta' social housing, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-gvern jixtri djar diġa' mibnija li huma vojta mingħand il-privat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar qed tipprepara skema ġdida għax-xiri ta' postijiet vojta tal-privat.
7.12.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, hijiex se tibbenefika mill-miżura li kien ħa Gvern Laburista dwar pensjonijiet tas-servizzi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma l-Onor. Membru illi l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-fomm dwar ir-rata tal-Pensjoni tas-Sigurta' Soċjali li qed tirċievi u r-reviżjoni tagħha bl-emendi dwar pensjonijiet tas-Servizz.
Jien infurmat ukoll li issa l-istess persuna ser tiġi nfurmata bil-miktub dwar dan.
7.12.98
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għal akkomodazzjoni tas-sinjura, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
7.12.98