Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Enterprise — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda mal-Malta Enterprise matul is-sena 2006? X'inhu l-grad u kif saret is-sejħa għall-ingaġġ? Kemm applikaw f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ impjegati ġodda mal-Malta Enterprise matul is-sena 2006 kien ta’ 14. Il-gradi kienu hekk: Chief Executive Officer 1 Managers 9 Executives 4 Ghall-post vakanti fil-Malta Enterprise, is-sejħa l-ewwel tinħareġ internament, jekk hadd ma japplika jew jiġi mgħażul, is-sejħa toħroġ bħala ċirkulari ta’ l-MPO. F’każ illi lanqas b’ċirkulari ma’ jinstab ħadd, il-Malta Enterprise titlob l-ETC tibgħat lista tan-nies li qegħdin jirreġistraw u li jistgħu jkunu addattati għall post vakant. Jekk ma jinstab ħadd mill-listi tal-ETC il-post vakant jiġi reklamat fil-gazzetti lokali. In-numru ta’ applikazzjonijiet li rċeviet il-Malta Enterprise huwa kif jidher hawn taht: Għall-post ta’ CEO l-Malta Enterprise irċeviet 16-il applikazzjoni għall-post ta’ Managers kienu ivarjaw bejn 11 sa 55 għall-post ta’ Executives kien hemm bejn 11 sa 58.

Malta Enterprise — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija bħalissa mill-Malta Enterprise? X'tip ta' karozzi huma u kemm hi l-ispiża f'kull każ u x'użu qed isir minnha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Malta Enterprise għandha żewġ karozzi Renault Megane Classic mikrija fuq bażi ta' kirja fit-tul prezz ta' Lm173/kull xahar/kull karozza. Il-karozzi jintużaw għad-delegazzjonijiet.

Għawdex — Inċentivi għall-industrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru u l-valur ta' l-għotjiet ta' inċentivi għall-industrija f'Għawdex taħt il-Business Promotion Act li huma approvati mill-Malta Enterprise u għadhom ma tħallsux? Għal liema snin huma u kemm hu l-ammont għal kull sena? Meta saru t-talbiet mill-industrijalisti u meta ġew approvati mill-Malta Enterprise? Meta mistennija li jitħallsu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Enterprise — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali tal-Malta Enterprise li għandhom dritt għall-użu ta' karozza? X'tip ta' karozza tintuża f'kull każ u hijiex proprjeta' tal-Malta Enterprise jew kif qed tintuża?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li ħadd m’għandu d-dritt juża l-karozzi tal-Malta Enterprise imma hemm karrozzi li jistgħu jiġu wżati skond l-esiġenza tax-xogħol. Għad-delegazzjonijiet jintużaw 2 Renault Megane Classic – Kirja fit-tul ‘Run About’ u biex inwasslu 1 Toyota Tercel and 1 Skoda Felicia – Proprjeta’ in-nies tagħna ghal meetings tal-Malta Enterprise. Biex inġorru l-affarijiet minn 1 Van – Propjeta tal–Malta Enterprise Uffiċċju ghall-ieħor etc.

Malta Industrial Parks — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali tal-Malta Industrial Parks li għandhom dritt għall-użu ta' karozza? X'tip ta' karozza tintuża f'kull każ u hijiex proprjeta' tal-Malta Industrial Parks jew kif qed tintuża?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dawn li gejjin huma l-ufficjali fil-MIP li għandhom dritt għall-użu ta’ karozza: L-Property Administrator – Ford Focus S/W – Mikrija – Tintuża biex jmur fil-fabbriki tal-industrial estates ta’ Malta u Għawdex L-Chief Officer Estates Management & Compliance – Peugeot 307 – Mikrija - Tintuża biex jmur fil-fabbriki tal-industrial estates ta’ Malta u Għawdex L-Perit – Fiat Punto – Mikrija – Jmur fuq sites jew fabbriki biex jara x-xogħol ta’ kostruzzjoni fl-industrial estates ta’ Malta u Għawdex L-Engineer – Fiat Punto – Mikrija – Jmur fil-fabbriki fl-industrial estates ta’ Malta u Għawdex biex jara x-xogħol li hemm bżonn isir jew qed isir Żewg Peugeots 206 u Fiat Punto , mikrija u jintużaw mill-impjegati tal-Malta Industrial Parks Limited, bħal Draughtspersons, Site Supervisors, Quantity Surveyors, Property Inspectors u Support Assistant (Messaġġier) biex immorru fil-fabbriki tal-industrial estates ta’ Malta u Għawdex u jsir l-qadi tal-Malta Industrial Parks Limited. L-Executive Deputy Chairman juża Renault Laguna – Proprjeta’ tal-Malta Industrial Parks Limited biex imur għal-meetings u jżur fabbriki fl-industrial estates ta’ Malta u Għawdex

Allokazzjoni ta' fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm imprendituri li ngħataw letter of intent għall-allokazzjoni ta' fabbrika u għadhom qed jistennew? Kemm hi l-aktar waħda antika u jista' jagħti d-dati meta ngħataw? X'inhu l-ħsieb tal-gvern dwar dawn il-letters of intent u l-istennija ta' dawn l-imprendituri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-imprendituri li ngħataw letter of Intent u għandhom ma ngħatawx fabbrika jew art huma 15. Ma dawn hemm 13 il-kumpanija li għandhom fabbrika identifikata u qed isir ix-xogħol ta’ manutenzjoni fuqhom. L-aktar waħda antika ħarget f’Diċembru 2001. Id- dati huma hekk sena 2001 (1), sena 2002 (2), sena 2003 (3), sena 2004 (1), sena 2005 (1), sena 2006 (7) Il – ħsieb tal-Gvern huwa li jerġa jirrevedi l-vjabilita’ ta’ dawk il-proġetti li lhom approvati ammont ta’ żmien barra li daħħal policy illi "letter of intent" tibqa valida għal sena biss.

Malta Enterprise — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-impjegati tal-Malta Enterprise skond il-grad?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-lista ta’ l-impjegati tal-Malta Enterprise skond il-grad hija kif ġej: Chief Executive Officer 1 Chief Officers 3 Heads 17 Managers 29 Senior Executives 10 Executives 23 Executive Support Officers 15 Support Officers 6 Housekeeper 1 Total 105

Mtarfa — Arbli tad-dawl fil-bypass

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19734, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta bdietx bl-ippjanar tas-sistema ta' l-arbli tad-dawl li se jdawwlu l-bypass l-ġdida ta' l-Imtarfa u dan għaliex jidher li x-xogħol dalwaqt jitlesta fuq il-bini tat-triq u s-servizzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-responsabbilta’ ta’ l-Street Lighting fit-triq imsemmija hija ta’ l-ADT. L-Enemalta m’għandha l-ebda talba għal dan ix-xoghol minn għandhom.

Kumpanniji megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħaddmu nies illum il-kumpanniji li kienu megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise sena b'sena mill-1999 sa l-2005 biex iwaqqfu impriża f'Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 23495.

Ħaż-Żabbar — Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex diversi toroq fil-lokal ta' Haż-Żabbar, bħal Triq A. Caligari, n-naħa tax-Xgħajra u l-inħawi ta' madwar, qed iġarrbu qtugħ tal-provvista tad-dawl bosta drabi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninab infurmat li fix-xahar ta’ Frar kien hemm erbgħa interruzzjonijiet fl-inħawi ta’ Ħaż-Żabbar. Dawn kienu minħabba ħsarat fuq is-sistema ta’ ‘High Voltage’. Tlieta minn dawn il-ħsarat ġew ikkawżati minn ħsarat fuq il-linji waqt li r-raba’ waħda kienet kaġun ta’ ħsara fuq cable ta’ taħt l-art.

Ħal-Luqa — Żbroff ta' drenaġġ

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24034, jista' l-Ministru jgħid x'permessi qed jiġu mitluba mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma peress li din il-problema ilha sejra snin twal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tistenna l-permessi mill-ADT biex tkun tista’ tibda x-xogħol.

Qasam Industrijali tar-Ricasoli — Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk il-fabbriki li kienu fil-qasam industrijali ta' Ricasoli u ġew allokati fabbrika oħra? Fejn ingħataw? X'kien id-daqs li kellhom f'metri kwadri u x'daqs għandhom illum? Jista' jgħid kemm ġiet tiswa l-ispiża, għal kull każ, sabiex mir-Ricasoli marru għall-fabbrika l-ġdida? Liema huma dawk li għadhom jistennew li jingħataw post alternattiv?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Tħaffir ta' mina

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23859 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid għal xiex se tintuża l-mina li tħaffret minn Wied iż-Żiju l/o Sant'Antnin sal-power station ta' Delimara? Meta beda x-xogħol ta' tħaffir tal-mina li mill-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant Antnin Wied il-Għajn twassal għal power station ta' Delimara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-mina ser tintuża biex jgħaddu cables ta’ l-elettriku b’vultaġġ għoli mill-Power Station ta’ Delimara għaċ-ċentru l-ġdid ta’ distribuzzjoni li hemm ġewwa Wied il-Għajn. Ix-xogħolijiet tat-tħaffir tal-mina beda f’Ottubru 2003. M’hemm l-ebda konnessjoni ma’ l-impjant tar-riċiklaġġ.

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 23839 u 23966 u jgħid f'liema stadju waslet it-tender CT 360/2WS "Malta South Sewage Transmission Infrastructure"?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li t-tender ingħata u l-kuntratt ġie iffirmat. Qed issiru l-preparamenti neċċessarji mill-kuntrattur sabiex malli jinħareġ il-permess tal-MEPA jinbdew ix-xogħolijiet.

Distributuri tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-distributuri tal-gass fuq il-Belt Valletta jingħataw allowance minħabba turġien filwaqt li distributuri f'postijiet oħra fejn ukoll huma karatterizzati minn turġien ma jingħatawx? X'possibilita' hemm li din id-diskriminazzjoni titneħħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-allegata diskriminazzjoni saret mill-Gvern Laburista f'Novembru 1996. Biex titneħħa din id-diskriminazzjoni jagħmel aktar sens ekonomiku li titneħħa din l-allowance.

Żurrieq — Sqaq li jagħti għal Valletta Road - lampa

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux possibbli ssir lampa fi sqaq ġewwa ż-Żurrieq u dan in vista tal-fatt li diġa' saret talba mill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali huma responsabbli li jsiru lampi ġodda fejn hemm bżonn fil-lokalita' tagħhom. L-Enemalta ma' rċeviet l-ebda talba biex issir lampa ġdida f'din it-triq imsemmija.