Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — spezzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol fl-2013, 2014 u 2015 u f’liema setturi saru?

Response (DALLI, HELENA)

L-OHSA organiżżat is-segwenti spezzjonijiet tul il-perjodu msemmi: Protezzjoni kontra radjazzjoniMagni, apparat, impjanti u stallazzjonijietKostruzzjoniMixxellanji 20131084911890207 2014884431974191 2015625271259291 In-numru ta’ spezzjonijiet għandu jiġi kkunsidrat fil-kuntest ta’ sistemi u proċessi oħra li tuża l-OHSA biex tkun assigurata l-konformità mal-liġi. Eżempju wieħed ta’ dawn is-sistemi jikkonċerna l-iskrutinju ta’ magni, apparat u nġenji mill-OHSA. Fil-perjodu msemmi, kienu eżaminati s-segwenti ċerifikati, li ħafna drabi, eliminaw il-ħtieġa ta’ spezzjoni. Ċertifikati ta' magni, apparat u nġenji skrutiniżżati 2013 6168 2014 5734 2015 6038

Fondi li ngħataw lis-settur tal-volontarjat

Question

Tista’ l-Ministru tindika l-ammont ta’ fondi li ngħataw lis-settur tal-volontarjat fl-2013, 2014 u 2015 sabiex isiru proġetti u n-numru ta’ għaqdiet li bbenefikaw? X’tip ta’ progetti saru permezz ta’ dawn il-fondi?

Response (DALLI, HELENA)

Tabella 1 – Small Initiatives Support Scheme (SIS) Sena 2013 2014 2015 Ammont €61,461.00 €59,836.50 €71,494.88 Numru ta’ Għaqdiet Volontarji li bbenefikaw 22 20 25 Il-proġetti li saru permezz ta’ dawn il-fondi kienu jindirizzaw oqsma diversi kif indikat hawn taħt: Kampanji Informattivi 23 proġett Arti w Kultura 18-il proġett Attivitajiet u Konferenzi 8 proġetti Taħriġ 10 proġetti Websites ġodda 4 proġetti Ambjent Proġett wieħed Saħħa 3 proġetti Tabella 2 – NGO Co-Financing Fund Sena 2013 2014 2015 Ammont €187,508 €168,912 €67,779.74 Numru ta’ Għaqdiet Volontarji li bbenefikaw 25 NGO’s (31 projects) 18 NGO’s (25 projects) 13 NGO’s (15 projects) F’dawn l aħħar tlett snin taħt il-fond ta’ co-finanzjament għal għaqdiet mhux governativi, dan il-Ministeru provda assitenza finanzjarja lil 71 proġett li kienu amministrati mill-istess ghaqdiet. Dawn il-progetti kienu jindirizzaw oqsma varji, bħal ricerka, aċċesibilta għal nies f’difikulta u taħriġ varju. Dan il-finanzjament għandu l-għan ewlieni biex ipoġġi għaqdiet mhux governativi, f pożizzjoni aħjar biex iwettqu il-proġetti tagħhom u jkunu mħeġġin biex ikomplu jagħmlu użu minn fondi Ewropej. Tabella 3 – Civil Society Funds Sena 2013 2014 2015 Ammont €314,404.29 €349,843.62 €415,065,80 Numru ta’ Għaqdiet Volontarji li bbenefikaw 31 39 48 Fl-istess zmien, 118-il għaqda mhux governattiva ingħataw assistenza finanzjarja bħala inċentiv biex ikomplu fl-impenn u fil-parteċipazzjoni tagħhom f’ambitu Ewropew b’ affilijazzjoni mal-ghaqdiet ekwivalenti tagħhom madwar l-Ewropa. Dan l-incentiv finanzjajrju jippermettilhom ukoll li jkunu parteċipi f’laqgħat u konferenzi barra minn Malta li jgħinhom izommu ruħhom aġġornati fil-qasam tagħhom. Tabella 4 – NGO Funds Sena 2013 2014 2015 Ammont €1,432,000.00 €1,780,000.00 €1,910,145.00 Numru ta’ Għaqdiet Volontarji li bbenefikaw 24 22 26 Il-proġetti li saru permezz ta’ dawn il-fondi kienu jindirizzaw oqsma diversi kif indikat hawn taħt: Servizzi 22 proġett Struttura proġett wieħed Amministrattiva proġett wieħed Taħriġ 2 proġetti

Skema ta’ xogħol volontarju għaż-żgħażagħ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif marret l-iskema ta’ xogħol volontarju għaż-żgħażagħ, kemm kien in-numru ta’ żgħażagħ li bbenefikaw mill-iskema fl-2015 u kif ser tiżviluppa l-iskema fl-2016?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien ippjanat li fl-ewwel sena din l-iskema tinvolvi 60 żgħażugħ/a sabiex jieħdu din l-esperjenza. In-numru ta’ parteċipanti fil-fatt kien ta’ 72 li ħadmu ma’ 29 għaqda volontarja differenti. Fl-2016 din l-iskem hija ntenzjonata li jkollha l-parteċipazzjoni ta’ ‘l fuq minn 120 żgħażugħ/a. Barra dan, l-iskema ser tagħmel il-pass li jmiss fejn ser toffri l-opportunita liż-żgħażagħ li jagħmlu din l-esperjenza barra minn Malta. L-iskema qed timmira li tassisti 20 żgħażugħ/a sabiex imorru barra minn Malta.

Malta National Laboratory Ltd — proċess ta' likwidazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15030, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-likwidatur konkludix ir-rapport ta’ likwidazzjoni u meta se jitħallsu l-membri li kien hemm fuq il-Bord tal-Malta National Laboratory?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Likwidatur informa lill-Awtorita’ Maltija ghall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) li l-proċess tal-Likwidazzjoni tal-‘Malta National Laboratory’ għandu jiġi konkluż sal-aħħar ta’ dan ix-xahar. Kull ħlas dovut jiġi mħallas wara l-konklużjoni ta’ dan il-proċess.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — nefqa fuq reklamar u informazzjoni

Question

Tista' l-Ministru twiegeb mistoqsija parlamentari 21342 u tgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtha? Tista' tagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Tkabbir ta’ prodotti organiċi

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ bdiewa, raħħala jew produtturi oħra li huma meqjusa li qed ikabbru prodotti organiċi? Kemm minn dawn huma hekk ċertifikati mill-MCCAA? Xi prodotti jkabbru jew jipproduċu u f’kull każ fejn jinsabu?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li r-risposta dwar kemm hu n-numru ta’ bdiewa, raħħala jew produtturi oħra li huma meqjusa li qed ikabbru prodotti organiċi għandha tingħata mid-Dipartiment tal-Agrikutura li huwa l-Awtorita’ Kompetenti għall- biedja organika. Hemm 10 bdiewa li huma ċċertifikati mill-MCCAA. It-tabella hawn taħt turi lista tal-lokalitajiet u dettalji mitluba dwar dawk il-bdiewa ċċertifikati mill-MCCAA: LokalitaProdotti Organici PaolaGħeneb QormiGħeneb għall-inbid TarxienDwieli, ħxejjex tal-ikel, prodotti ortikulturali, frott tal-għadma, zebbuġ Il-Fawwara - Siġġiewizebbuġ MellieħaDwieli, ħxejjex tal-ikel, prodotti ortikulturali, frott tal-għadma, zebbuġ, għalf għall-annimali MellieħaPatata, ħjar, kaboċċi, bettiegħ, basal, b¿ar aħdar, qargħa ħamra, tadam, qargħa bagħli, qamħirrun, brunġiel, ħass, frawli, karrotti, karfus, tursin, pizelli, tin, għeneb, rummien, tut MġarrGħeneb għall-inbid, għeneb tal-mejda, frott tal-għadma, frott taċ-ċitru, rummien, tut, tin, khaki, ¿ebbuġ, ħaxix tal-ikel, ħwawar, ħaxix għall-għalf, bajtar tax-xewk, sagħtar, klin, kappar, ħarrub, QalaZebbuġ tal-mejda, zebbuġ għaz-zejt, legumi, ħwawar, patata MarsaZebbuġ għaz-zejt , zebbuġ tal-mejda DingliZebbuġ għaz-zejt, zebbuġ tal-mejda, ħwawar (klin, sagħtar, rand, salvja - 3 tipi), felfel, rukola, basal, tewm, aloe vera, lumi, ħawħ, bambinella, għajnbaqar, għeneb ghall-inbid Il-lista aġġornata ta’ bdiewa ċ-ċertifikati tinsab fuq il-website tal-MCCAA - http://www.mccaa.org.mt/en/organic-farming

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – għoti ta’ kuntratti lil individwu

Question

Tista’ l-Ministru tagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill -entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ma ntalab jagħmel l-ebda xogħol jew jagħti servizz la mil-Ministeru, u mill-ebda entita’ jew dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħi.

Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — ilmenti

Question

Tista’ l-Ministru tindika kemm daħlu ilmenti lill-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol matul l-2015 u kemm minnhom ġew investigati?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li matul l-2015, l-OHSA rceviet 401 ilment, li minnhom 5 għadhom pendenti (għal raġunijiet mhux taħt il-kontroll tal-OHSA). Il-figuri mogħtija ma jinkludux ilmenti jew rapporti ta’ problemi indikati fuq il-meżżi tal-media, u li l-OHSA ssir konxja tagħhom - dawn il-każijiet kienu investigati kollha.

MCCAA – investigazzjonijiet dwar geo-blocking

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru investigazzjonijiet mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, dwar geo-blocking fejn allura konsumatur ma jkunx jista jixtri prodott ta’ ditta partikolari online li possibilment ikun irħas għax id-ditta jkollha policy li prodott jista’ jinbiegħ biss mill-outlets tagħha f’Malta? X’kien l-eżitu tagħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor interpellant li sal-lum ma sarux investigazzjonijiet direttament fuq geo-blocking kif deskritt fil-Mistqosija Parlamentari. Dan is-suġġett qed jiġi diskuss b’mod attiv mal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, liema Ministeru huwa primarjament responsabbli mid-Digital Single Market Strategy. Dan is-suġġett huwa wieħed prinċipali, flimkien ma suġġetti oħra relatati, li ser jiġu ndirizzati flimkien mall-Membri Stati l-oħra. Fil-fatt, riċentament, kienu għaddejjin diversi konsultazzjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea f’dan ir-rigward, liema konsultazzjonijiet qed nistennew l-eżitu tagħhom.

Kumitat reġjonali għal Għawdex tal-MCESD — laqgħat

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21570, tista’ l-Ministru twieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti u l-attendenza tal-laqgħat tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex tal-MCESD, li nżammu matul is-sena 2014 u din is-sena 2015?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — użu tat-tieni karozza

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Tista’ tgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Tista’ tgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Tista’ tgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Tista’ tgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamlet użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-gvern nazzjonalista ma kellux ministeru tal-libertajiet ċivili, affarijiet tal-konsumatur u djalogu soċjali.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija

Question

Tista’ l-Ministru tagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru, bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (DALLI, HELENA)

Matul is-sentejn u tmien xhur illi għaddew, il-Ministeru uża s-servizzi ta’ din il-kumpanija fi tliet okkażjonijiet fl-2015. F’kull okkażjoni kienu segwiti r-regolamenti tal-procurement tal-gvern u l-ammont totali li intefaq fuq it-tliet okkażjonijiet f’salt kien ta’ €546 (€300, €123 u €123) . L-ebda dipartment ieħor jew entità oħra ma’ użat is-servizzi tal-kumpanija msemmija fil-perjodu li għalih qed tagħmel referenza l-Onor. Interpellanta.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – reklamar fuq media

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallas s’issa f’reklamar (li jinkludu reklami fuq television, radio, gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-Ministeru kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u entità oħra li taqa’ taħtha mill-1 ta’ April 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba l-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur tar-reklami li għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Tista’ tgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew se jitħallsu minn xi fond ieħor? Tista’ tgħid kemm hu l-ammont li tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 21088

Kumitat reġjonali għal Għawdex tal-MCESD — laqgħat

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba ltaqa' l-kumitat reġjonali għal Għawdex tal-MCESD matul is-sena 2014 u din is-sena sal-lum? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti u l-attendenza ta' dawn il-laqgħat li nżammu?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-kumitat reġjonali għal Għawdex tal-MCESD, matul is-sena 2014 u din is-sena sal-lum iltaqa’ għoxrin (20) darba, li fihom kienu diskussi temi varji dwar l-izvilupp ekonomiku u soċjali ta’ Għawdex.

Attivitajiet tal-MEUSAC f'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul l-2014 u l-2015 sal-lum kemm saru attivitajiet tal-MEUSAC f'Għawdex? Liema kienu dawn l-attivitajiet u x' kien l-iskop ta' kull attività? Min kien mistieden għal kull attività u kemm attendew nies għal kull waħda minn dawn l-attivitajiet?

Response (DALLI, HELENA)

2014 Laqgħa ta’ Informazzjoni dwar il-programm ta’ fondi tal-UE, l-Erasmus+ Fit-13 ta’ Frar 2014, il-MEUSAC organizza laqgħa ta’ informazzjoni dwar il-programm ta’ fondi Erasmus+. Waqt din il-laqgħa ngħatat informazzjoni lill-kunsilli lokali, għaqdiet volontarji kif ukoll lill-pubbliku dwar l-opportunitajiet ta’ fondi taħt dan il-programm, fosthom skambji ta’ żgħażagħ u esperjenzi ta’ volontarjat f’pajjiżi oħra. Għal din il-laqgħa attendew 40 persuna. Djalogu Pubbliku - ‘Għawdex fl-Unjoni Ewropea’ Fit-12 ta’ Ġunju 2014, il-MEUSAC organizza Djalogu Pubbliku biex jiġi evalwat il-progress ta’ Malta fil-kuntest tal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020. F’dan id-Djalogu Pubbliku, li għaliha kien misteden il-pubbliku, ġew ittrattati numru ta’ suġġetti li jolqtu lil Għawdex fl-UE fil-kuntest tal-benefiċċji, l-opportunitajiet, l-isfidi u l-prijoritajiet tal-Gvern għal Għawdex u kien hemm attendenza ta’ madwar 60 persuna. Laqgħa ta’ konsultazzjoni: Produzzjoni organika u l-ittikkettjar tal-prodotti Fit-12 ta’ Diċembru 2014, il-MEUSAC organizza din il-laqgħa ta’ konsultazzjoni f’Għawdex sabiex ikun jista’ jiddiskuti x’inhi tagħmel l-UE sabiex ittejjeb il-leġislazzjoni dwar il-produzzjoni organika u għalhekk ġie mistieden is-settur agrikolu u attendew madwar 30 persuna. 2015 Fil-21 ta’ Jannar, ġie inawgurat uffiċċju ġdid tal-MEUSAC f’Għawdex. Il- MEUSAC kien ilu minn Mejju tal-2012 mingħajr rappreżentant / kooridnatur f’Għawdex. Laqgħa ta’ informazzjoni għall-membri tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex Fit-28 ta’ Marzu 2015, il-MEUSAC ipparteċipa f’laqgħa tal-Kunsill Reġjonali għal Għawdex tal-MCESD imsejħa apposta biex uffiċjali tal-MEUSAC ikunu jistgħu jagħmlu preżentazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ fondi għall-organizzazzjonijiet Għawdxin. Għal din il-laqgħa attendew il-membri tal-istess kumitat. Skolasajf f’Għawdex Bejn l-20 ta’ Lulju u t-28 ta’ Awwissu, il-MEUSAC organizza 10 attivitajiet f’Għawdex sabiex jgħin l-istudenti Għawdxin jifhmu aħjar is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp tal-2015 u l-irwol tal-UE f’dan il-qasam: 21 ta’ Lulju – Ta’ Sannat u attendew 21 student; 24 ta’ Lulju – San Lawrenz u attendew 8 studenti; 28 ta’ Lulju – Ix-Xewkija u attendew 15-il student; 31 ta’ Lulju – Ix-Xagħra u attendew 11-il student; 4 ta’ Awwissu – Il-Victoria u attendew 22 student; 11 ta’ Awwissu – In-Nadur u attendew 26 student; 14 ta’ Awwissu – Il-Qala u attendew 9 studenti; 18 ta’ Awwissu – Ta’ Kerċem u attendew 14-il student; 21 ta’ Awwissu – Għajnsielem u attendew 3 studenti 28 ta’ Awwissu – Attività tal-għeluq ta’ Skolasajf fl-Isports Complex u attendew 310 studenti. Laqgħa ta’ Informazzjoni dwar il-programm Interreg Med Fis-17 ta’ Settembru 2015, il-MEUSAC organizza laqgħa ta’ informazzjoni dwar is-sejħiet taħt il-Programm Interreg Med. Għal din il-laqgħa attendew 12-il persuna. L-iskop ta’ din l-attività kien biex tingħata iktar informazzjoni dwar dan il-programm ta’ fondi, ir-regoli tal-eliġibbiltà kif ukoll biex għaqdiet mhux governattivi u kunsilli lokali jkunu mħeġġa biex jużaw is-servizzi tal-MEUSAC meta wieħed ikun irid jissottometti xi proġett iffinanzjat minn fondi Ewropej. Laqgħa ta’ Informazzjoni dwar fondi Ewropej għall-każini tal-baned Fil-21 ta’ Novembru 2015, il-MEUSAC ipparteċipa f’laqgħa ta’ informazzjoni organizzata flimkien mal-Kunsill Malti għall-Volontarjat b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Każini tal-Baned dwar possibiltajiet ta’ fondi għall-każini tal-baned. Il-laqgħa kienet miftuħa wkoll għall-għaqdiet volontarji ohra. Waqt din il-laqgħa ngħatat informazzjoni dwar is-servizzi li joffri l-MEUSAC kif ukoll l-opportunitajiet ta’ fondi Ewropej li hemm għall-każini tal-baned fosthom il-programm Erasmus+ u l-LEADER. 11-il persuna attendiet din il-laqgħa. Laqgħa ta’ informazzjoni fuq il-programm Europe for Citizens Fit- 2 ta’ Diċembru 2015, il-MEUSAC, b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment għall-Gvern Lokali, organizza żewġ laqgħat ta’ informazzjoni għall-kunsilli lokali Għawdxin kif ukoll għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi Għawdxin dwar il-programm Europe for Citizens . Waqt din il-laqgħa ngħatat informazzjoni dwar is-servizzi li joffri l-MEUSAC, l-opportunitajiet taħt dan il-programm bħal ġemellaġġi u proġetti għas-soċjetà civili kif ukoll informazzjoni dwar kif wieħed jissottometti proġett kompettitiv. Għal dawn iż-żewġ laqgħat attendew 40 persuna. Apparti dawn il-laqgħat ta’ informazzjoni, il-kordinatriċi tal-uffiċċju reġjonali tal-MEUSAC f’Għawdex, kellha ’l fuq minn 52 laqgħa ma’ individwi, kunsilli lokali u organizzazzjonijiet oħra dwar is-servizzi li joffri l-MEUSAC kif ukoll dwar opportunitajiet ta’ fondi.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — impjegat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx impjegat fi ħdan il-Ministeru tagħha bħala uffiċjal tal-customer care? Tista’ tgħid meta dan l-individwu spiċċa minn din il-kariga?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta hija fl-affermattiv u l-persuna msemmija kienet impjegata sa Frar 2015.

Moviment ta’ Kana — fondi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Moviment ta’ Kana ngħatax fondi mill-Ministeru tagħha bħala għajnuna biex iwettaq il-ħidma tiegħu fost koppji għarajjes u miżżewġin fl-aħħar sena? Jekk le, hemm xi raġuni għalfejn għajnuna li kienet tingħata lil dan il-Moviment, ma komplietx tingħata?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li għal Moviment ta’ Kana din is-sena kien allokat is-somma ta’ €70,000 mill-Vot tal-NGO Fund taħt dan il-Ministeru bħala għajnuna sabiex iwettaq il-ħidma tiegħu fost koppji għarajjes u miżżewġin. Minn din is-somma il-Moviment ta’ Kana diġa ingħata is-somma ta’ €63,000. Il-bilanċ ta’ €7,000, li jirrapreżentaw l-10%, jingħataw lil Moviment ta’ Kana fl-għeluq tal-proġett hekk kif l-istess organizzazzjoni tissottometti u jkun verifikat ir-rapport finali.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – petrol u diesel — nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li tuża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Tista’ tgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li tuża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnha, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.

Għaqdiet tal-Kaċċaturi u Nassaba — membri reġistrati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm iddikjaraw li kellhom membri reġistrati mal-Kummissarju tal-Volontarjat sal-aħħat return l-erba' għaqdiet tal-Kaċċaturi u Nassaba jiġifieri: (a) il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK); (b) l-Association for Sport Hunting and Trapping; (c) Il-Moviment Kaċċaturi Nassaba Ambjentalisti; u (d) Kaċċaturi San Ubertu?

Response (DALLI, HELENA)

(a) il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK)? Skont l-aħħar prospett li ntbagħat, li jkopri sal-31 ta’ Diċembru 2014, l-FKNK kellhom 10,200 membru (b) l-Association for Sport Hunting and Trapping? Din l-organizzazzjoni ġiet iskritta ma’ l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji fil-15 ta’ Jannar 2014 u s’issa din l-organizzazzjoni ma’ bagħtitx l-prospetti annwali tagħha għalhekk l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji m’għandux informazzjoni dwar in-numru ta’ membri (c) Il-Moviment Kaċċaturi Nassaba Ambjentalisti? L-aħħar informazzjoni li ntbagħtet minn din l-organizzazzjoni joni lill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet rigward membri kienet sal-31 ta’ Diċembru 2013 fejn il-membri kienu jammotaw għall-39. (d) Kaċċaturi San Ubertu Skont l-aħħar prospett annwali, din l-organizzazzjoni kellha 84 membru sal-31 ta’ Jannar 2015.

MCCAA – xiri ta’ proprjetà

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qattx kellha ilmenti minn konsumaturi dwar xiri ta’ proprjetà li wara li ġie ffirmat il-konvenju nstab li ma kienx hemm il-permessi neċessarji tal-bini? X’passi tieħu l-Awtorità jekk jinstab li bejjiegħ ikun qed ibiegħ proprjetà mibnija b’mod irregolari? X’passi tieħu l-Awtorità jekk jinstab li l-bejjiegħ jew aġenzija mqabbda minnu jibqa’ jirreklama l-proprjetà mibnija b’mod irregolari? X’rimedji jieħu l-konsumatur li jispiċċa jidħol fi spejjeż żejda anke jekk ma jixtrix?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qatt ma kellha ilmenti minn konsumaturi dwar xiri ta’ proprjetà li wara li ġie ffirmat il-konvenju nstab li ma kienx hemm il-permessi neċessarji tal-bini. Infurmata wkoll li jekk jirriżulta xi każ bħal, fejn l-ammonti involuti jeċċedu l-ġurisdizzjoni tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi jew fejn il-bejjiegħ hu huwa stess il-konsumatur, il-kwistjoni hija regolata mill-Kodiċi Ċivili u inoltre il-każ jiġi rreferut lill-MEPA l-kwistjoni relattivi għall-permessi tiġi investigata. Meta jinstab il-bejjiegħ li huwa kummerċjant jew aġenzija fl-isem il-kummerċjant jirreklamaw propjeta’ mibnija b’mod irregolari, l-MCCAA tieħu l-passi skont il-provvediment dwar ir-reklamar qarrieq fl-Att Dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur fejn min ikun qed jikser il-liġi jista’ jew l-ksur jirriżulta, jeħel multi bejn €470 u mhux iktar minn €47,000. Meta konsumatur jidħol fi spejjeż anke hekk ma jixtrix, l-Uffiċċju jagħmel medjazzjoni mal-bejjiegħ sabiex il-konsumatur jieħu l-kumpens. Jekk ma tintlahaqx soluzzjoni amikevoli l-konsumatur jista jieħu l-każ quddiem it-Tribunal tal-Konsumatur jista’ jitlob sa €3,500 kumpens u €500 danni morali.