Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3073 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħgħ — Rapport "The right to work"

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1964?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-membri li jagħmlu parti mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ huma dawn: President: Lorraine Napier (Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista) Viċi-President: Anthony Cremona (Studenti Demokristjani Maltin) Segretarja Ġenerali : Claudette Azzopardi (Kerygma Żgħażagħ) Segretarja Internazzjonali: Ruth Bajada (Għaqda tal-Malti Universita') Teżorier: Andre' Chetcuti (Kunsill Studenti tal- Junior College) Youth Services Secretary: David Muscat (Nixxiegħa Kulturali) Youth Studies Secretary: Maronia Scerri (Għaqda Studenti tal-Liġi) Corporate Andrea Gera de Petri (Studenti Demokristjani Relations: Maltin) Projects Secretaries: Maria Cassar (Żgħażagħ Ħaddiema Nsara) Kevin Cutajar (Kunsill Studenti Universitarji) Mario Sacco (CMTU Youths) Dawn il-membri ġew nominati mill-għaqdiet imsemmija pero' fil-Kunsill ma jkunux qegħdin jirrappreżentaw lil dawn l-għaqdiet iżda liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. It-tlett membri li kienu ġew nominati mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ Sport Kultura u Arti jiġifieri Claudette Baldacchino, Brandon Pisani u Godwin Xuereb offrew ir-riżenja tagħhom wara l-bidla fil-Gvern. It-tlett rappreżentanti l-ġodda huma Vicky Spiteri, Alessandro Farrugia u Cedric Farrugia. Il-ħidma li wettaq il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ tinkludi parteċipazzjoni f'diversi seminars u korsijiet dwar fatti u problemi li jolqtu liż-żgħażagħ fil-ħajja tal-lum u tal-ġejjieni u anke dwar ir-rwol tagħhom fis-soċjeta' fil-qasam lokali u internazzjonali. Il-membri tal-kunsill se jkomplu jimpenjaw ruħhom bil-ħidma tagħhom fl-aħjar interess taż-żgħażagħ. Din il-ħidma ser tinkludi konferenzi kemm Malta kif ukoll barra, organizazzjoni ta' Jum iż-Żgħażagħ u Seminar dwar il-Politika Nazzjonali fuq iż-Żgħażagħ. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Rapport bit-titlu "The Right to Work" li ġie ppreżentat fil-laqgħa ġenerali annwali tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.
Leg 9 PQ #3074 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Attivitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2061?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fost l-attivitajiet sportivi li ser jiġu finanzjati mil-line item 4178 tal-Vot tad-Dipartiment ta' l-Isport hemm il-Konferenza Ewropeja ta' l-Isport, Skola Sport, Sport for All u inizjattivi oħra sportivi li jieħu d-Dipartiment matul is-sena. L-organizazzjonijiet li ser jiġu mgħejuna huma l-Kumitat Olimpiku Malti u diversi għaqdiet sportivi. Din l-għajnuna tiġi offruta primarjament għal parteċipazzjoni f'tournaments internazzjonali, organizazzjoni ta' tournaments internazzjanali f'Malta u titjib tal-faċilitajiet. Kull talba tiġi kkunsidrata fuq il-merti tagħha.
Leg 9 PQ #3093 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid ukoll jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Xejn.
Leg 9 PQ #3388 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Grounds tal-football

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn grounds tal-football proprjeta' tal-Gvern f'Malta u f'Għawdex u liema huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal mid-Dipartiment konċernat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #3389 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Clubs tal-football

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-clubs tal-football f'Malta u f'Għawdex li saru proprjetarji ta' grounds tal-football u meta ġew mgħoddija lilhom mill-gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal mid-Dipartiment konċernat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #3390 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Club tal-football tas-St. George's

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-club tal-football tas-St. George's ikollhom ground tal-football tagħhom hekk kif imwiegħed żmien ilu fil-bidu tas-snin disgħin minn Gvern Nazzjonalista?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ground tal-football li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien maħsub li seta' jifforma parti mill-kumpless sportiv li kien hemm propost għall-area tal-Kottonera. Qiegħda ssir evalwazzjoni tal-pjanijiet tal-proposti li saru s'issa.
Leg 9 PQ #3391 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kindergarten - Applikazzjonijiet

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minn ġenituri li matul din is-sena xtaqu jibagħtu lil uliedhom fil-kindergarten, lokalita' b'lokalita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li talbiet minn ġenituri biex idaħħlu lil uliedhom fil-kindergarten kienu kif jidhru fil-listi li ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #3393 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior Lyceum - Studenti

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti f'kull Junior Lyceum, skola skola, sena b'sena minn kemm ilhom li twaqqfu?

Response (GALEA, LOUIS)

Se jibda l-proċess biex tinġabar din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #3439 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Attard — Ground tal-football ta' l-iskola

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitranġa l-ground tal-football ta' l-iskola ta' H'Attard peress li fl-istat li hu ma jistax isir użu minnu la mill-istudenti ta' l-iskola u lanqas mill-club tal-football tar-raħal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hu previst li l-itranġar tal-ground tal-football jinbeda la darba jkun lest ix-xogħol fuq il-bini tas-sala l-ġdida ta' l-iskola għaliex ma jkunx għaqli li jinbeda xogħol fuq il-ground qabel ikunu ħarġu l-inġenji kollha minnu. Sadanittant il-kuntrattur qed jiġi mitlub ineħħi t-terrapien li skava mill-post fejn ser issir is-sala biex parti mill-ispazju ta' dan il-ground ikun jista' jsir użu minnha mill-aktar fis possibbli.
Leg 9 PQ #3452 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari, fejn dan japplika? Għal kull persuna, jista' l-Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?

Response (GALEA, LOUIS)

L-ismijiet tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-Segretarjat Privat fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u tas-Segretarjat Parlamentari ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #2905 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Air-time

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li dehru fil-ġurnali li l-PBS qed tadotta policy li biegħ l-air-time tagħha stess lil bosta individwi u kumpanniji kummerċjali? Jista' l-Ministru jgħid liema programmi qed isiru fuq dawn it-tip ta' ftehim u x'inhuma l-kondizzjonijiet li qed isirulhom sabiex dawn ma jikkompetux mat-taqsima tar-reklami fi ħdan il-PBS stess?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-PBS tbiegħ parti mill-airtime tagħha stess lil diversi individwi u kumpaniji kummerċjali. Programmi li fuqhom sar dan it-tip ta' ftehim huma: Inservik Ġejna Koppji Fiżż Bonġu Sinjura Borġ Basta Mhux Weekend Kraxx Klinika Informat ukoll li ma' kull ftehim kien hemm klawsola li tesiġi li l-individwu jew kumpanija li tkun qed 'tixtri' l-airtime mingħand il-PBS trid iżżomm il-livell tal-prezzijiet skond ir-rate card uffiċjali tal-kumpanija.
Leg 9 PQ #2906 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumpanniji kummerċjali — Produzzjoni ta' programmi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ħlasijiet lil kumpanniji kummerċjali u individwi matul din is-sena għall-produzzjoni ta' programmi għall-istazzjoni nazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt il-Bord il-ġdid tal-PBS sabiex jikkonsidra t-talba tal-Onor. Membru u jagħtini tweġiba biex inkun nista' nwieġeb f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #2907 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Każijiet ta' dixxiplina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti ta' dixxiplina fil-PBS li saru tul l-1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Hemm każ wieħed biss li għadu pendenti.
Leg 9 PQ #3063 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Isports — Doping

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-proċedura eżistenti dwar id-doping tests tinbidel fis-sens li l-għaqdiet sportivi jgħaddu r-riżultati lid-Dipartiment ta' l-Isport? Jaħseb il-Ministru li dan huwa importanti sabiex l-isport f'pajjiżna jibqa', safejn u sakemm hu possibbli, ħieles mit-teħid ta' sustanzi projbiti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li diġa' ttieħdu passi biex il-proċedura eżistenti dwar id-doping tests tinbidel. Fil-fatt l-Assoċjazzjonijiet li ġew mgħejjuna finanzjarjament biex setgħu jsiru doping tests f'dawn l-aħħar sentejn ġew mitluba jibgħatu rapport dwar dawn it-tests.
Leg 9 PQ #3066 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumitat Olimpiku Malti — Għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2411?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għajnuna finanzjarja li ingħata l-Kumitat Olimpiku Malti f'dawn l-aħħar erba' snin kienet hekk: 1995 Għajnuna għall-promozzjoni ta' elite sports Lm25,000 Għajnuna konnessa ma' Small Nations Games Lm20,000 1996 Għajnuna għall-promozzjoni ta' elite sports Lm40,000 Għajnuna għall-Kumitat Olimpiku Malti Lm10,000 1997 Għajnuna għall-Kumitat Olimpiku Malti Lm85,000 Għajnuna konnessa ma' Small Nations Games Lm50,000 1998 Għajnuna bħala bonus għall-atleti Lm10,500 Għajnuna għat-Top Athletes Programme Lm51,500 Għajnuna konnessa ma' Commonwealth Games Lm34,500 Hu maħsub li din is-sena l-għajnuna lill-Kumitat Olimpiku Malti tammonta għal Lm110,000.
Leg 9 PQ #3067 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfal li jiġu abbużati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1838, jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex xi kummenti u pariri mill-organizzazzjonijiet li semma fir-risposta? Jekk le, meta għandu jirċevihom u jekk iva, meta hemm il-ħsieb li d-dokument jibda jiġi attwat? Jekk id-dokument huwa wieħed finali, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Irċevejt kummenti u pariri mill-Ministeru tal-Politika Soċjali illi qed jiġu kkonsidrati. Sadattant saru laqgħat fi ħdan il-Ministeru u beda jitħejja abbozz ta' pjan ta' azzjoni li fih għad iridu jiġu nvoluti dawk kollha konċernati, inkluż l-MUT, qabel ma l-proċeduri proposti jidħlu fis-seħħ. Għaldaqstant id-dokument għadu mhux finali.
Leg 9 PQ #3068 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sport — Kunsill Malti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatar il-Kunsill Malti għall-Isport?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsill Malti għall-Isport se jinħatar li ġejjieni qrib. Fil-fatt id-diversi Assoċjazzjonijiet li għandhom dritt ikollhom rappreżentant ġew mitluba jinfurmawna bl-isem tal-persuna ikkonċernata. Kif nirċievu l-ismijiet kollha jinħatar il-Bord.
Leg 9 PQ #3088 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fil-Pixxina Nazzjonali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Xejn.
Leg 9 PQ #3090 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartiment tal-Mużewijiet? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Xejn.
Leg 9 PQ #3091 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fil-PBS? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Xejn.