Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birgu — Palazz ta'l-Isqof

Question

Jista'l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra jekk sarx studju jew rapport rigward l-użu kulturali għal pubbliku tal-Palazz ta'l-Isqof ġewwa l-Birgu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat lil ma sar ebda studju jew rapport rigward l-użu kulturali għall-pubbliku tal-Palazz ta' l-Isqof ġewwa l-Birgu.
Leg 9 PQ #3464 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Bordijiet governattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena? Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel? Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju? Il-Ministru għandu l-ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi? Jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li t-tagħrif mitlub jiġi kompilat.
Leg 9 PQ #2969 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet nazzjonali sportivi

Question

B'riferenza għas-sitwazzjoni ta' dilettanti u żgħażagħ taħt it-18-il sena membri ta' dawn l-għaqdiet nazzjonali sportivi ta' l-isparar fuq il-plattini u s-sewqan fl-avvenimenti sportivi tal-muturi u karozzi offroad sabiex dawn ikunu jistgħu jitħarrġu f'dawn id-dixxiplini sportivi ħalli jgħollu l-livell tat-teknika sportiva ndividwali tagħhom, u t-tweġiba preċedenti tal-Ministru, ċioe' li se jistħarreġ x'inhi s-sitwazzjoni ta' pajjiżi oħra, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-iżvilupp tal-verifiki li għamel s'issa?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma stajtx insib mil-liema tweġiba preċedenti jirriżulta li se jiġi mistħarreġ x'inhi s-sitwazzjoni ta' pajjiżi oħra f'dak li għandu x'jaqsam ma' għaqdiet nazzjonali sportivi ta' l-isparar fuq il-plattini u s-sewqan fl-avvenimenti sportivi tal-muturi u karozzi off-road.
Leg 9 PQ #2971 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Palazz tal-President — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sehem qed ikollhom l-awtoritajiet tal-Mużewijiet fis-sorvelja tax-xogħol li qed isir fuq il-fresco tal-Paladini fil-Palazz fejn jiltaqa' il-Parlament? X'xogħol sar s'issa? Xi jmiss isir? X'sigurta' qed ikun hemm fejn qed isir ix-xogħol? Ta min hi r-responsabbilta' tal-post waqt li qed isir ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kappella antika tal-Palazz, mibnija mill-Gran Mastru Verdalle - illum magħrufa bħala l-kappella tal-Paladini minħabba l-affreski li għamel fiha dan l-artist, u li kienu gravament iddanneġġati bil-bombardamenti ta' żmien il-gwerra 1940 - 1945 - ilhom fil-ħsieb ta' l-awtoritajiet tal-Mużew minn wara l-gwerra. Fil-fatt, fl-1971 saret investigazzjoni mill-Istituto Centrale del Restauro ta' Ruma. Sar ukoll rapport minn Paolo Mora. Fl-1981 saret investigazzjoni u rapport ieħor minn personnel imqabbad mill-ICROM. Pero' minħabba li l-operazzjoni kienet tirrikjedi grad għoli ta' expertise, kif ukoll ta' equipe li jaħdmu flimkien - li kollox naturalment jirrikjedi finanzjament sostanzjali - dawn iż-żewġ attentati ta' restawr qatt ma mxew il-quddiem iktar mill-istadju ta' l-investigazzjoni preliminari. Fl-1997, il-ko-ordinatur tal-Valletta Rehabilitation Project għamel kuntratt ma' rappreżentant għoli tal-Getty Foundation li wrew interess li jiffinanzjaw proġett ta' restawr artistiku f'Malta. Lura f'Malta, il-ko-ordinatur tal-VRP ikkuntattja lill-Kuratur tal-Mużew ta' l-Arti li mill-ewwel irrakkomanda l-Kappella antika tal-Palazz u l-affreski ta' l-Assedju ta' Matteo Perez d'Aleccio. F'Mejju 1997, wasal Malta Dr Giora Solar (Director - Special Project) tal-Getty Foundation Institute li spezzjona ż-żewġ proġetti proposti. F'Novembru 1997, ġew Malta l-istaff tekniku li eżaminaw mill-viċin iż-żewġ ċikli ta' affreski u għamlu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom. Il-Getty Foundation għażlet li tiffinanzja l-proġett tal-Kappella tal-Paladini, u għal din l-operazzjoni ġie kkummisjonat il-Laboratorju tar-Restawr tal-famuż Courtauld Institute f'Londra. Il-proġett ser jitwettaq f'serje ta' kampanji ta' 3 jew 4 ġimgħat għat-tlitt snin li ġejjin, jew aktar skond kif ix-xogħol ikun meħtieġ. Matul l-ewwel fażi ta' din l-operazzjoni, teknikament komplessa ħafna - l-ewwel waħda mid-19 ta' Novembru 1998 sat-18 ta' Diċembru 1998, u l-oħra li ser issir mill-25 ta' Jannar 1999 sad-19 ta' Frar 1999 - hu ppjanat li jsir id-dokumentazzjoni preliminari dwar l-istat fiżiku ta' l-affresk. Rappreżentant tal-Mużew ta' l-Arti ħa parti f'dawn l-indaġini u nżammet ko-ordinazzjoni sħiħa bejn il-VRP, il-Mużew ta' l-Arti, u t-tim mill-Courtauld Institute. Fi Frar 1999, hu ppjanat li ssir konsultazzjoni sħiħa bejn dawn il-partijiet, ibbażata fuq dawn l-indaġini biex jiġu deċiżi d-dettalji tekniċi ta' l-intervent restorattiv. Għal dawn l-operazzjonijiet intalbet Security Clearance kemm mill-uffiċċju ta' l-ispeaker u mill-uffiċċju tal-President. L-Onor. Interpellant bla dubju jifhem li l-iskop ta' din l-operazzjoni kollha hija li tirrijabilita u ssalva ambjent ieħor ta' karattru storiku u artistiku eċċezzjonali fil-Palazz tal-Gran Mastri, li liu mitluq u ddegratat għal dawn l-aħħar mitejn sena.
Leg 9 PQ #3076 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Swimming Promotion Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju għas-set-up ġdid tas-Swimming Promotion Unit?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif ma laħaqx wasalli nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #3077 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ — Rappreżentanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx appuntati t-tlett rappreżentanti ġodda tal-gvern fil-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ? Jekk iva, min huma? Jekk le, meta hemm il-ħsieb li jiġu appuntati?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tlett rappreżentanti tal-Gvern fuq il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ huma Cedric Farrugia, Alessandro Farrugia u Vicky Spiteri.
Leg 9 PQ #3078 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet sportivi

Question

B'riferenza għall-aħħar parti tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 380, jista' l-Ministru jgħid min kienu s-16-il għaqda li bbenefikaw minn għotjiet u kemm ħadu kull wieħed? Tista' l-informazzjoni mitluba tingħata separata skond meta dawn l-għotjiet kienu approvati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għaqdiet imsemmija fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 380 li bbenefikaw minn għotjiet u li kienu approvati qabel il-5 ta' Settembru huma: Sta Luċia Football Club Lm5,200 Għaqda għat-Trobbija tal-Ħut Lm 500 Malta Triathlon Association Lm1,200 B'Kara St Joseph Sports Club Lm1,800 Sliema Wanderers Football Club Lm1.000 Naxxar Local Council Lm3,000 Malta Darts Association Lm 700 Msida St Joseph Lm 600 Valleta United Waterpolo Club Lm 500 Għaqda Żgħażagħ Pawlisti Lm1,000 Alex Borg Lm 500 L-għaqdiet l-oħra li ħadu għajnuna huma: Malta Netball Association Lm2,000 Billiards/Snooker Association Lm1,500 Malta Amateur Athletic Association Lm 40 Mellieħa Athletic Club Lm 500 Malta Amateur Wrestling Association Lm 800 L-għotjiet lil dawn l-għaqdiet kienu approvati wara l-ħatra tas-Segretarju Parlamentari J. Mugliett.
Leg 9 PQ #3079 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettaq il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ minn Settembru, 1998 sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ kellu tlett laqgħat mas-Segretarju Parlamentari li matulhom ġiet diskussa l-ħidma tal-Kunsill. Din il-ħidma kienet tinkludi: * Organizazzjoni tal-Kampanja Donazzjoni b'Differenza * Għajnuna fl-organizazzjoni tal-Premju Żgħażugħ tas-Sena mnedija mill-Fondazzjoni OASI * Ħruġ ta' stqarrija dwar il-mewt tal-vittmi tad-droga waqt rave parties. Il-KNZ kien ukoll rappreżentat fid- diskussjonijiet li saru mis-Sotto Kumitat Parlamentari għall- Affarijiet Soċjali u ġiet ippreżentata wkoll paper. * Intlaqgħu emendi minn diversi għaqdiet u qed isir xogħol flimkien mad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport bi preparazzjoni għall-Konferenza Nazzjonali dwar il-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ f'Marzu 1999 * Ġie ppreżentat studju dwar iż-Żgħażagħ u l-Qgħad bit-titlu "Id-Dritt tax-Xogħol" waqt l-Assemblea Ġenerali Annwali li għaliha attenda wkoll is-Segretarju Parlamentari * F'Ottubru, l-KNZ organizza l-Evaluation Meeting tal- Mediterranean Youth Forum * Rappreżentanta tal-Kunsill attendiet laqgħa li saret fit- Turkija fejn tat presentations dwar il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, il-Mediterranean Youth Forum u l-Euro-Med Youth Action Programme * Parteċipazzjoni f'laqgħa li saret Barcellona li matulha saret preżentazzjoni dwar il-European Voluntary Services * F'Ottubru il-KNZ organizza wkoll is-Southern Yuth Councils' Meeting f'Malta * Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ innomina lill-ex President għall-elezzjonijiet tal-European Youth Forum u dan ġie elett bħala Bureau Member fi ħdan l-istess għaqda.

Informazzjoni u teknoloġija — Kumitat

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li jiġi mwaqqaf u stabilit kumitat ġdid ad hoc sabiex jara l-istrateġija nazzjonali tal-gvern preżenti rigward l-informazzjoni u t-teknoloġija?

Response (GALEA, LOUIS)

Bħalissa qed jiġu evalwati l-irwol u l-ħidma tal-kummissjoni Nazzjonali dwar it-Teknoloġija ta' l-Informatika biex imbagħad ikunu jistgħu jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet f'dan ir-rigward.

Libreriji Pubbliċi — Kotba bit-Taljan

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba bil-lingwa Taljana inxtraw tul dawn l-aħħar ħames snin għal libreriji pubbliċi u jekk kemm-il darba wħud minnhom tqassmux ġewwa l-librerija ta'l-Auberge D'Angleterre ġewwa l-Birgu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'dawn l-aħħar ħames snin inxtraw mit-Taqsima tal-Libreriji Pubbliċi tad-Dipartiemnt tal-Libreriji u Arkivji Nazzjonali, 1126 ktieb bl-ilsien Taljan. Minn dan in-numru, 22 tqassmu lil-librerija ta' l-Auberge D'Angleterre ġewwa l-Birgu.

Libreriji pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li jsiru libreriji pubbliċi ġewwa l-Kalkara, Xgħajra, Fgura u l-bliet ta' Senglea u Bormla billi l-preżenza ta' librerija pubblika ġewwa l-Birgu jidher li nrexxiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji Nazzjonali jinsab għaddej b'ħidma biex ikattar it-tixrid ta' l-aċċessibilita' għall-libreriji mal-gżejjer Maltin permezz ta' koperazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji u l-Kunsilli Lokali. Dan il-proġett ġie varat permezz ta' ftehim mal-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ u hu ttamat li jinkseb suċċess biex Kunsilli Lokali oħra, fosthom dawk tal-lokalitajiet imsemmija mill-Onor. Membru, jidħlu huma wkoll għal din is-sħubija.

Palazz de La Salle — Restawr

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 961 rigward restawr ta' Palazzo de La Salle fejn hemm l-Malta Society of Arts, Manufactures and Commerce l-Belt,jista'l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ġiex ippreżentat rapport fuq l-istat ta' l-istess u x'inhuwa l-ħsieb tal-futur ta'l-istess?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif ma laħaqx wasalli nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #3394 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tal-Knisja

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma li tħallset lill-Knisja għall-iskejjel tagħha, sena b'sena, mis-sena 1992 sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-somma li tħallset lill-Knisja għall-Iskejjel tagħha, sena b'sena, mis-sena 1992 sal-lum kienet hekk: SENA AMMONT 1992 Lm3,273,961 1993 Lm4,604,000 1994 Lm4,696,736 1995 Lm5,200,000 1996 Lm6,322,405 1997 Lm7,909,000 1998 Lm6,853,747
Leg 9 PQ #3395 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus, sena b'sena, minn 1987 sal-lum għall-maintenance ta'l-iskejjel tal-gvern kollha, primarji, sekondarji, tekniċi eċċ separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #3641 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tas-Snajja'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel kklassifikati tas-snajja' (Tal-Gvern)? Fejn jinsabu dawn l-iskejjel? X'inhuma s-snajja' f'kull skola u kemm jattendu studenti? X'inhi l-eta' ta' dawn it-tfal?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #3033 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santa Luċija — Xogħlijiet fil-ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema fażi wasal ix-xogħol fuq il-ground tal-football ta' Santa Luċija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol fil-ground tal-football ta' Santa Luċija kien ippjanat li jsir mill-Klabb tal-Football tal-lokal. Il-Klabb kien ingħata s-somma ta' Lm5,200 li ġiet approvata fil-31 ta' Awissu 1998 bħala għajnuna biex isir ix-xogħol meħtieġ. Ser inkompli nsegwi l-kwestjoni.
Leg 9 PQ #3069 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet taż-żgħażagħ — Talbiet għall-għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2277?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li daħlu 35 talba għall-għajnuna għal iniżjattivi minn Ghaqdiet ta' Żgħażagħ. Dawn it-talbiet jaqgħu kollha taħt l-Item 4185 - Programmes and Initiatives. L-għaqdiet li applikaw huma: Uffiċċju Parrokkjali Bormla Grupp Żgħażagħ Vittoriosani Members in Christian Rights Organisation Juventutis Domus Sacra Familia Third World Group Seminarju tal-Qalb ta' Ġesu' Għaqda Voluntiera Sta Venera Malta Canoe Club Mosta Youth Centre MUSEUM Subien Żebbuġ Tony Lawrence Dance School Moviment Era Ġdida AIESEC Malta University Sports Club Żebbuġ Vikings Football Club Tonio Bonello Malta Shotokan Karate Int. Federation Żgħażagħ Azzjoni Kattolika Għaqda Korali u Orkestrali M. Bambina Għaqda tal-Konsumaturi ECO Żgħażagħ għal Dinja Magħquda Miriam Cauchi Kumpanija Teatrali Talent Żebbuġi SACES Antonio Depasquale Youth Centre B'Bugia San Ġwann Scout Group Dingli Parish Drama Circle AEGEE Valletta Inizjamed Malta Girl Guides Association Klabb Letterarju tal-Junior College Don Bosco Youth Centre Savio Vocational Club Ma naħsibx li huwa etikament korrett li tixxandar informazzjoni dwar il-proġett jew l-attivita' ta' dawn l-għaqdiet u kemm hi s-somma li ġiet mitluba minn kull għaqda. Id-deċiżjoni dwar kif jingħataw dawn il-fondi tittieħed minn Board Dipartimentali li jiġi maħtur għal dan il-għan u li fuqu jkun hemm ukoll rappreżentant tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.
Leg 9 PQ #3070 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2276?

Response (GALEA, LOUIS)

Jien u s-Segretarju Parlamentari kellna diversi laqgħat ma' għaqdiet sportivi, taż-żgħażagħ u volontarji. L-għan prinċipali ta' dawn il-laqgħat kien lijkomplu jissaħħu r-rapporti eżistenti bejn dawn l-Assoċjazzjonijiet u l-Gvern f'kull qasam.
Leg 9 PQ #3071 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Vot Kapitali Numru 13

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2092, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-commitments li diġa' jeżistu u liema huma dawk il-proġetti kapitali l-oħra li qed ikunu ppjanati?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 2412.
Leg 9 PQ #3072 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Żgħażagħ — Attivitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentri numru 2060?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena s-Sezzjoni Żgħażagħ tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport se torganizza skambju ma' Ċipru u madwar erba' skambji ma' l-Italja. Dawn l-iskambji huma regolati bi Protokolli mal-pajjiżi rispettivi. Intlaħaq ukoll qbil biex isiru żewġ skambji mal-Ġermanja, u wieħed ma' l-Ingilterra, Slovakia, Turkija u t-Tunisija rispettivament. Se jiġu ffinanzjati numru kbir ta' attivitajiet fosthom il-ħarġiet kulturali, għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet taż-żgħażagħ, il-Youth Specialisation Studies Scheme, ħlasijiet ta' membership għal Istituzzjonijiet Internazzjonali, kif ukoll exhibitions, pubblikazzjonijiet, seminars u konferenzi.