Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #55 Sitting 7 2008-05-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Nies impjegati ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li minn Jannar sa Marzu 2008 gew impjegati zewg impjegati godda fil-grad ta' Principal Agricultural Officer fid-dipartimenti li jaqghu taht il-Ministeru ghal Ghawdex.
Leg 11 PQ #211 Sitting 7 2008-05-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema part-time

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Tista' tagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?.

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma kien hemm l-ebda haddiem part-timer li kien ingaggat mid-dipartmenti li jaqghu taht il-Ministeru ghal Ghawdex sat-8 ta' Marzu 2008 u li kien qieghed jithaddem fuq bazi part-time izda li kien registrat bhala self employed.
Leg 11 PQ #92 Sitting 6 2008-05-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru ta' Għawdex — Membri/Diretturi tal-Bord

Question

Tista' l-Ministru tgħid mill-elezzjoni ġenerali 2008 'l hawn min huma l-membri/diretturi tal-bord/entitajiet kollha li nħatru taħt il-ministeru tiegħha? Kif saret l-għażla? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal xi elezzjoni ġenerali? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal elezzjoni ta' xi kunsill lokali? Min minnhom kien u fil-preżent huwa Membru Parlamentari u min minnhom huwa kunsillier?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'hemmx bordijiet statutorji jew entitajiet fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex.
Leg 11 PQ #147 Sitting 6 2008-05-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Decompression Chamber

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba ntużat s'issa d-decompression chamber f'Għawdex mindu ġiet inawgurata? Tista' tgħid hiex fi stat li tista' taħdem u jekk le meta se tibda taħdem?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li d-decompression chamber fl-Isptar Generali ta' Ghawdex, giet certifikata minn kumpanija indipendenti ta' certifikazzjoni u ghaldaqstant tinsab fi stat li tista' taghti kura. Gew identifikati t-tobba mehtiega u saru l-arrangamenti ghat-tahrig taghhom sabiex ic-chamber tkun tista' toffri s-servizzi taghha ghal nofs ix-xahar id-diehel.
Leg 11 PQ #149 Sitting 6 2008-05-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Vapuri tal-passiġġieri — Irbit

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li se jibda x-xogħol fuq faċilitajiet ġodda biex f'Għawdex ikun hemm fejn jorbtu vapuri tal-passiġġieri? Tista' tgħid fejn se jsiru dawn il-faċilitajiet ġodda?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Awtorita' Marittima Maltija ghamlet appkikazzjoni lill-MEPA biex issir baga fix-Xlendi u li qieghda wkoll tikkunsidra sit iehor ghal dawn il-facilitajiet.
Leg 11 PQ #158 Sitting 6 2008-05-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Decompression Chamber — Tobba

Question

B'riferenza għall-ingaġġ ta' tobba għad-decompression chamber, tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikanti, kemm intgħażlu, min qed jagħti t-taħriġ u kemm se jiġi jiswa dan it-taħriġ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li gew identifikati zewg tobba biex ikunu responsabbli mid-decompression chamberfl-Isptar Generali ta' Ghawdex. Wiehed gie ingaggat wara li harget sejha ghall-applikazzjonijiet ghall-post ta' General Practitioner fl-Isptar Generali ta' Ghawdex li fiha kien hemm applikant wiehed, u l-iehor intghaazel wara sejha interna fost it-tobba li wkoll kien hemm applikant wiehed. It-tahrig qed jinghata mill-European College of Baromedicine lit-tobba, technicians u nurses li ser jahdmu fil-unit u ser jiswa €23,300.
Leg 11 PQ #162 Sitting 6 2008-05-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti t'Għawdex — Fattiga

Question

Tista` l-Ministru tgħid meta ser tiġi ngaġġata fattiga għall-Qorti ta' Għawdex peress li issa s-sitwazzjoni saret insostenibbli?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li qieghdin jittiehdu l-passi mehtiega sabiex il-vaganza ta' fattiga fil-Qorti t'Ghawdex timtela.
Leg 11 PQ #107 Sitting 5 2008-05-19 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Impjant tad-drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta beda jopera l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex? Kemm kienet l-istima tax-xogħlijiet? Kemm fil-fatt ġie jiswa dan l-impjant? X'kien il-volum ta' ilma li ġie ttrattat sal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob l-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Leg 11 PQ #122 Sitting 5 2008-05-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Gozo 1234

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim milħuq ma' l-organizzaturi tal-Gozo1234 kif ukoll tagħti dettalji kollha opportuni dwar l-għażla ta' l-istess organizzaturi u tgħid kemm il-Gvern kellu fondi a disposizzjoni tiegħu għal din l-attivita' u tagħti breakdown ta' kif dawn il-fondi ġew utilizzati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #29333 Sitting 607 2008-01-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Triq San Lawrenz

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28082 dwar it-Triq San Lawrenz, Rabat tista' issa l-Ministru tagħtini t-tagħrif mitlub?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Malli l-informazzjoni kollha tkun migbura, din titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #29334 Sitting 607 2008-01-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Taxxa ta' reġistrazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27562 dwar taxxa ta' reġistrazzjoni, tista' issa l-Ministru tagħtini t-tagħrif mitlub?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba moghtija mill-Prim Ministru ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 28090.
Leg 10 PQ #29329 Sitting 606 2008-01-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħidli fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 'l hawn u fl-aħħar ta' Ġunju 2007 kemm kien hemm ħaddiema li kienu qed jibbenefikaw mid-diversi skemi ta' sussidju mħaddma mill-ministeru tagħha? Tista' jekk jogħġobha tagħtini t-tagħrif mitlub skema skema?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tezisti skema wahda ta' sussidju mhaddma mill-Ministeru ghal Ghawdex u li minnha jibbenefikaw il-haddiema Ghawdxin li jahdmu Malta. L-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella annessa:
Leg 10 PQ #29478 Sitting 606 2008-01-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' l-Ministru tagħti aġġornament ta' x'inhu jiġri fil-biċċerija t'Għawdex u tgħid meta se tibda tiffunzjona?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li bhalissa qeghdin jigu evalwati l-offerti li ntefghu ghal Provvista, Installazzjoni, Ittestjar u Kummissjonar ta' Apparat u Servizzi Ancillari tal-Biccerija u li l-biccerija tibda tiffunzjona skond l-ezitu ta' din l-evalwazzjoni.
Leg 10 PQ #29479 Sitting 606 2008-01-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Skola Ninu Cremona

Question

Tista' l-Ministru telenka x-xogħolijiet li saru s'issa fl-iskola Ninu Cremona kif ukoll tgħid x'fadal isir u meta huwa maħsub li jitlesta x-xogħol? Inoltre tista' tgħid x'miżuri qed jittieħdu biex it-tfal ma jiġux esposti għall-perikli u nkonvenjent waqt li għaddejjin ix-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata mill-FTS li wara li sar l-iskavar ta' l-ewwel fazi, saru l-bazijiet ghall-kolonni tal-Car Park fejn bhalissa qed igi ikkastjat is-saqaf. Ix-xoghol ghadu fil-fazi inizjali tieghu u li jwassalna biex l-iskola tkun lesta fi zmien 3 snin. S'issa ma kellna l-ebda complaint u x-xoghol miexi kif kien ippjanat b'kordinazzjoni mad-direzzjoni ta' l-iskola.
Leg 10 PQ #29480 Sitting 606 2008-01-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ilma tax-xita

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri ħa l-Gvern biex il-kwantita' ta' ilma tax-xita' li kellna f'dawn l-aħħar ġimgħat jiġi stivat u ma jinħeliex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Ministeru ghal Ghawdex ma hax mizuri godda biex il-kwantita' ta' ilma tax-xita' li kellna f'dawn l-ahhar gimghat jigi stivat.
Leg 10 PQ #29323 Sitting 605 2008-01-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat — Triq San Lawrenz

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27559 dwar t-Triq San Lawrenz, Rabat, tista' issa l-Ministru tagħtini t-tagħrif mitlub?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #29324 Sitting 605 2008-01-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Flus imħallsa

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 28099 dwar flus imħallsa, tista' issa tagħtini t-tagħrif mitlub?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar in-nefqa taħt kull item of expenditure għas-sena 2007 sew kapitali kif ukoll rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex. Ma nħossx li għandi nagħti l-informazzjoni l-ohra mitluba.
Leg 10 PQ #29325 Sitting 605 2008-01-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Vot kapitali

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 28094 dwar voti kapitali, tista' issa l-Ministru tagħtini t-tagħrif mitlub?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar il-flus li ntefqu taħt kull item of expenditure tal-Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex matul is-snin 2006 u 2007. Ma nħossx li għandi nagħti l-informazzjoni l-oħra mitluba.
Leg 10 PQ #29314 Sitting 604 2008-01-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Cittadella

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 27553 dwar it-tendergħall-master plan tac-Cittadella, tista' l-Ministru issa tgħidli meta hu mistenni li joħroġ it-tender?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-tender ghall-Masterplan tac-Cittadella giet ippubblikata.