Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jiġbed l-attenzjoni tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex l-uffiċjal inkarigat ikellem lill-għalliema, li isimha qed jintbagħat separatament, biex waqt il-lezzjonijiet tagħha ma tagħmilx rimarki partiġjani anti-laburisti ma' l-istudenti tagħha għax żgur mhux mod kif nedukaw lill-istudenti tagħna f'kuxjenza politika sana?
Response (GALEA, LOUIS)
Naqbel li rimarki politikament partiġjani minn għalliema waqt il-qadi ta' dmirijiethom fit-tagħlim ta' kwalunkwe suġġett imorru kontra l-proċess edukattiv u huma ta' eżempju ħażin għall-istudenti.
Fil-każ imqanqal mill-Onor. Membru, l-għalliema konċernata tiċħad kategorikament li hi tagħmel rimarki partiġjani anti-laburisti ma' l-istudenti tagħha. Din l-għalliema tgħallem l-Istudji Soċjali li fih tiġi diskussa l-politika iżda mhux b'mod partiġjan.
Wieħed irid jikkonsidra wkoll kif l-istudenti jipperċepixxu l-kontenut oġġettiv tal-lezzjonijiet qabel wieħed jasal għal ċertu konklużjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, fil-Marsa Racing Club u jekk huwiex qed jitħallas? Jekk qed jitħallas, kemm u ta' xiex?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-persuna msemmija tirrapreżenta lid-Dipartiment ta' l-Isport fuq il-Kumitat imsemmi.
Tajjeb jiġi ċċarat li l-Gvern ma joħroġ ebda fondi pubbliċi għall-ispejjeż rikorrenti ta' l-organizazzjoni tat-tiġrijiet taż-żwiemel u m'hemm ebda ħsieb li jsir xi kontribut din is-sena għal dawn l-ispejjeż. Għaldaqstant kwalsiasi ħlas li jsir lil kull min jista' jiġi mqabbad jagħti xi servizz in konnessjoni ma' l-amministrazzjoni ta' dawn it-tiġrijiet isir minn fondi li ma jaqgħux fl-Estimi approvati minn dan il-Parlament.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li minn dawk kollha li applikaw bħala judges fil-Marsa Racing Club, wieħed biss ma ġiex aċċettat? X'kienet ir-raġuni? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' dawk kollha li applikaw bħala judges u lista ta' dawk li ġew magħżula? Min ħa ħsieb li jagħmel l-għażla u fuq liema bażi saret din l-għażla?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li ma saret ebda sejħa għall-applikazzjonijiet għall-judges fil-Marsa Racing Club. Il-judges baqgħu l-istess li kienu qabel ħlief għal tnejn li kienu reġgħu daħlu bħala judges fl-1997 wara li kienu tneħħew għal snin twal, u issa ma ġewx konfermati.
Ta' min jgħid li minbarra li jridu jkunu jafu sew ir-regolamenti tat-tiġrija, il-judges irid ikollhom fiduċja sħiħa tal-Kumitat Eżekuttiv, li huwa responsabbli mit-tmexxija tal-Club.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed titħallas il-PRO tal-Marsa Racing Club u jekk hux qed tieħu xi allowances oħra? Kemm huma dawn l-allowances u ta' xiex qed teħodhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi għat-tieni parti tat-tweġiba għall-Mistoqsija numru 3150.
Dipartiment tal-Kultura/Mużewijiet — Skilled workers
Question
Jista'l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kien hemm skilled workers jaħdmu ġewwa d-Dipartiment tal-Kultura u Mużewijiet u ta'liema grad u sengħa huma fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għal dak li jirrigwarda d-Dipartiment tal-Kultura l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru hija kif se nsemmi:
1995 1996 1997 1998
Technical Officer 1 1 1 1
Ass. Technical Officer 3 3 3 3
Senior Tradesman 4 4 4 4
Industrial Group II (men) 19 19 19 19
(women) 2 2 2 2
Industrial Group III 8 8 8 8
Industrial Group IV 3 3 3 3
Gardener 1 1 1 1
Timekeeper 1 1 1 1
Il-lista ta' ħaddiema "Skilled Workers" li kienu/għadhom jaħdmu ġewwa d-Dipartiment tal-Mużewijiet fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998, skond il-grad u sengħa ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid u jinforma l-Kamra f'liema stadju ta' restawr u konservazzjoni wasal l-proġett marbut ma' Banjijiet Rumani li jinsabu fin-niżla lejn Għajn Tuffieħa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa ma hemm għaddej ebda proġett kapitali għall-iżvilupp tal-Bajnijiet Rumani f'Għajn Tuffieħa. Dan hu minħabba li d-Dipartiment tal-Mużewijiet għandu f'idejh numru ta' proġetti oħrajn li qed jimpenjaw ir-riżorsi umani u finanzjarji għal din is-sena.
Minkejja dan, id-Dipartiment qed jieħu passi biex jikkonserva l-fdalijiet ta' mportanza arkeoloġika li jinsabu fuq is-sit.
Jista' l-Ministru jinkariga kumitat ad hoc sabiex jistudja l-possibbilta' li l-Knisja tal-Ħniena ġewwa r-raħal tal-Qrendi tiġi restawrata u sussegwentement miftuħa għall-pubbliku u t-turisti billi hija ta' wirt storiku kbir?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Ministru talab lill-awtoritajiet responsabbli minnn dan il-wirt sabiex jikkonsidraw il-proposta ta' l-Onor. Membru u jagħmlu r-rakkommandazzjonijiet meħtieġa.
Peress li fi stadju ta' kumitat waqt id-diskussjoni tal-liġi tal-VAT il-Ministru tal-Finanzi qal li bid-dħul ta' din it-taxxa se jonqsu sostanzjalment l-ispejjeż ta' l-iskejjel privati, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħjiel li dan se jwassal biex jonqsu l-miżati li jiċċarġjaw dawn l-iskejjel lill-istudenti li jattendu fihom?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-'component' ewlieni ta' l-ispejjeż rikurrenti ta' l-iskejjel huma l-pagi u s-salarji ta' l-impjegati, u mhux previst li l-pagi u s-salarji jonqsu, ma jirriżultalix li xi skola privata ser tnaqqas il-miżati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex ir-rapport mitlub dwar il-ħsarat li ġraw fit-tempju ta' Ħaġar Qim dan l-aħħar?
Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-rapport dwar jil-ħsarat li ġraw fit-tempju ta' Ħaġar Qim dan l-aħħar issa tlesta.
Minn dan ir-rapport, wieħed għandu jifhem li waqt li l-parti mġarrfa tista' tiġi rrestawrata, xorta waħda għad hemm periklu serju li jiġru krolli oħrajn f'setturi oħra tat-tempji megalitiċi, kemm il-darba ma jsirux interventi serji u fil-futur qrib.
Informat ukoll li l-UNESCO diġa' approvat li jingħataw $72,000 mill-fond ta' emerġenza għal siti ta' patrimonju dinji.
Kopji ta' dawn id-dokumenti ser jipoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk l-iskejjel f'Malta u Għawdex li jestendu servizz tal-faċilitajiet ta' l-iskola wara l-ħin skolastiku?
X'għajnuna jitolbu dawn l-iskejjel lid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni sabiex jibqgħu jestendu dan is-servizz għall-komunitajiet u l-għaqdiet rispettivi?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' għaqdiet volontarji, MGO, eċċ li ressqu t-talba tagħhom lid-dipartimenti konċernati li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni li ma ġewx aċċettati?
X'kienu r-raġunijiet u min kienu l-għaqdiet li ma ġewx mogħtija l-għajnuna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kien hemm 12-il għaqda volontarja taż-żgħażagħ li ressqu talba għall-għajnuna lid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport għall-perjodu bejn Jannar u Ġunju 1999 taħt il-Youth Support Programme u li ma ġewx aċċettati. Informat li r-raġuni prinċipali li ma ġewx aċċettati hija li dawn it-talbiet kienu ta' natura sportiva, kulturali jew kapitali. Kien hemm għaqda minnhom li ġiet mitluba tapplika permezz ta' l-organizazzjoni li tagħmel parti minnha.
L-għaqdiet kienu dawn:
Juventutis Domus Sacra Familia
Għaqda Voluntieri Santa Venera
MUSEUM Subien Żebbuġ
Tony Lawrence Dance School
Malta University Sports Club
Żebbuġ Vikings Football Club
Malta Shotokan Karate International Federation
Għaqda Korali u Orkestrali M. Bambina
Għaqda tal-Konsumaturi
Miriam Cauchi
Kumpanija Teatrali Talent Żebbuġi
Inizjamed.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi dejn ġdid mill-kunsill preżenti tal-Marsa Racing Club? Fiex jikkonsisti u kemm hu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm hu d-dejn globali tal-Marsa Racing Club, inkluż il-kera b'lura, it-taxxa u l-VAT?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kumitat tal-Marsa Racing Club ma għamel ebda dejn ġdid. Id-dejn globali tal-Club fil-31 ta' Diċembru 1998 kien jammonta għal Lm317,489 meta paragunat mal-Lm375,668 li kien hemm fit-30 ta' Ġunju, 1998.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu arretrati sal-lum lill-kredituri tal-Marsa Racing Club u min kienu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-arretrati li tħallsu lill-kredituri tal-Marsa Racing Club bejn Settembru 1998 u Diċembru 1998 kienu dawn:
Polidano Group - Lm22,440
Ramel u Żrar - Lm 1,000
CRS Construction - Lm 2,000
Mike Service Station - Lm 1,600
Bonello George - Lm 500
Data Tote - Lm 3,978
U.E.T. - Lm 984
Oxford House - Lm 1,012
Mechanical Fluid - Lm 792
Larcom & Mitchel - Lm 403
Drivers' dues - Lm 4,000
TOTAL - Lm38,709
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema full-time mal-Marsa Racing Club mhux qed jiġu stmati kollha xorta, speċjalment fl-overtime ta' meta jkun hemm it-tiġrijiet? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema full-time u x'inhu x-xogħol tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ħaddiema full time tal-Marsa Racing Club baqgħu jiġu mħallsa bl-istess mod li kienu jitħallsu sas-sena l-oħra jiġifieri meta l-Club kien immexxi mill-Kumitat maħtur mill-Amministrazzjoni Laburista.
In-numru ta' ħaddiema full time huwa 6. Ħamsa minnhom huma labourers u wieħed jagħmel xogħol fl-uffiċċju.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jagħmilx sens li membri tal-kunsill tal-Marsa Racing Club, u li huma owners ukoll, jagħmluha ta' starters u judges fit-tiġrijiet fejn f'ċerti każi kien hemm jieħdu sehem żwiemel tagħhom stess jew ta' sħabhom fil-kunsill?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kumitat tal-Marsa Racing Club kellu jieħu miżuri dixxiplinarji kontra l-judges/starters fuq nuqqasijiet gravi relatati max-xogħol tagħhom. Għalhekk, għal dik l-okkażjoni partikolari, biex ma jieqafx il-programm tat-tiġrijiet, il-Kumitat għażel li jaħdem b'nies li huma membri/sidien. It-tiġrijiet kienu saru skond il-programm u ma kien hemm ebda oġġezzjoni fuqhom la mill-membri u s-sidien u lanqas mill-pubbliku jew mill-istampa.
Mhiex l-intenzjoni tal-membri tal-Kumitat li jmexxu t-tiġrijiet huma, imma lanqas se jitwaqqfu t-tiġrijiet jew jitħalla li jiġu ripetuti żbalji mill-judges/starters mingħajr ma jittieħdu l-passi meħtieġa.