Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3730 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema nieqsa u f'liema suġġetti: fi skejjel sekondarji; f'junior lyceums; fi trade schools; f'opportunity centres; u fi skejjel post-sekondarji? Kemm hemm studenti milquta f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għalliema nieqsa fi skejjel Sekondarji, Junior Lyceum, Trade Schools u Opportunity Centre hemm kif se nsemmi: SUĠĠETT SKOLA GĦALLIEMA/ KLASSIJIET LEZZJONIJIET MILQUTA * Computer Mtarfa BSS 12 lezzjoni 12 Physics Marsa BSS 16 lezzjoni 6 Physics Umberto 32 lezzjoni 10 Calosso BTS Biology Mrieħel GJL 16 lezzjoni 4 Geography B'Bajda GJL 16 lezzjoni 13 Social Studies Sandhurst GJL 16 lezzjoni 18 Social Studies Gżira BSS Għalliem wieħed 15 PSE Marsa BSS Għalliem wieħed 11 Music Marsa BSS 8 lezzjonijiet 5 Art School of 6 lezzjonijiet 6 Building Art B'Bajda GJL Għalliem wieħed 9 Home Economics Ħamrun GS 8 lezzjonijiet 4 Religion Naxxar BTS Għalliem wieħed 11 French Corradino BJL Għalliem wieħed 5 * Kull klassi għandha tittieħed li hi magħmula minn "average" ta' 25 student. Fis-Settur Post-Sekondarju, hemm dawn l-għalliema nieqsa: NUMRU TA' SUĠĠETT STUDENTI GĦALLIEMA NIEQSA MILQUTA 1 Organisation and 24 Application of IT 1 Programming 24 1 Workshop Software 20 1 Applications Software 20 1 Information Technology 24 1 Systems Design & Fault 23 Finding 1 Implementing Engineering 48 Design 1 Refrigeration & Air 32 Conditioning 1 Industrial Management 32 1 Computer Studies 150

Birgu — Auberge d'Angleterre

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra jekk ġewwa l-Auberge d'Angleterre fil-Birgu hemmx numru ta' kotba li m'humiex in espożizzjoni għax għad ma marx impjegat tal-libreriji sabiex jikkatagolahom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ġewwa l-Librerija tal-Birgu bħalissa m'hemmx kotba li m'humiex in espożizzjoni minħabba katalogar. Dan ix-xogħol isir fil-Librerija Ċentrali tal-Floriana minħabba raġunijiet ta' uniformita' li jitlob il-Katalogar.

Libreriji pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm libreriji pubbliċi ġewwa Malta u Għawdex u jekk hemmx ħsieb li jinfetħu oħrajn speċjalment f'postijiet ġodda bħal, per eżempju, Pembroke?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji Nazzjonali insibu dawn il-libreriji pubbliċi:- a) Il-Librerija Pubblika Ċentrali tal-Floriana u l-Gozo Lending Library ta' Victoria Għawdex. b) Sitt (6) Libreriji Reġjonali li huma dawk tal-Mosta, Paola, Qormi, Rabat, Vittoriosa u Luqa. c) Tliet (3) Libreriji fl-isptarijiet Żammit Clapp, St Vincent de Paule u l-Isptar Ġenerali t'Għawdex. d) Ħamsin (50) Libreriji Fergħat f'ħamsin lokalita', differenti imxerrdin ma' Malta u Għawdex. Huwa l-ħsieb tad-Dipartiment li fil-ġejjieni jestendi dan is-servizz f'lokalitajiet oħra li żviluppaw fl-aħħar snin, biex il-poplu kollu Malti u Għawdxi jkollu aċċess għas-servizz mogħti. Żgur li l-inħawi ta' Pembroke jibbenefikaw minn din l-espansjoni. Qed isiru wkoll diskussjonijiet mad-Dipartiment responsabbli mill-Kunsilli Lokali dwar tmexxija aktar effettiva ta' diversi libreriji lokali.

Kalkara — Knisja tas-Salvatur - Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra jekk sarx studju jew rapport min-naħa tal-kultura rigward l-ispejjeż involuti fir-restawr tal-Knisja tas-Salvatur ġewwa l-Kalkara?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif meħtieġ għadu ma wasallix, ser ikolli nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #3887 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior College — Staff akkademiku

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi sabiex l-istaff akkademiku tal-Junior College jiġi provdut b'works resources adegwati u jiġi deċiż li dawn il-flus ma joħorġux min-nefqa rikorrenti li għandu l-Junior College u li mhux biżżejjed biex ikopri t-tmexxija tal-kulleġġ?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed nikkunsidra kif l-aħjar għandha tinstab soluzzjoni. Nistqarr li fiċ-ċirkostanzi preżenti ma jidhirx daqstant faċli li nsib rimedju malajr. Apparti dan qed nikkonsidra qafas differenti ta' kif jiġu finanzjati l-ispejjeż u l-inizjattivi ta' l-Universita' li tinkludi l-Junior College.
Leg 9 PQ #4035 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk komplewx id-diskussjonijiet bejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-Planning Authority dwar il-premises tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ f'St. Francis Revelin? Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb tal-Gvern li jħalli l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ fil-premises ta' St. Francis Revelin jew li jsib alternattiva oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li saru xi diskussjonijiet informali bejn is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u ċ-Chairman u s-Segretarju ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Qabel ma jinstabu premises alternattivi li jkunu sodisfaċenti għall-partijiet involuti, mhux ser tittieħed deċiżjoni dwar ir-rilokazzjoni tagħhom.
Leg 9 PQ #4036 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Studenti Universitarji — Stipendji

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu d-diskussjonijiet bejn il-gvern u l-Kunsill Studenti Universitarji dwar l-istipendji wara l-istħarriġ li sar mill-istess studenti? X'inhuma l-proposti magħmulin lill-Gvern? Il-gvern beħsiebu jaddottahom kollha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kummissjoni Students Stipend Scheme Commission kellha diskussjonijiet mar-rappreżentanti ta' l-istudenti ta' l-Universita', jiġifieri l-Kunsill Studenti Universitarji (KSU), u dawn ukoll ippreżentaw rapport tagħhom b'ġabra ta' "working documents" li ġew studjati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni qegħda fl-istadju ta' deliberazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kollha biex tkun tista' tħejji r-rapport tagħha.
Leg 9 PQ #4085 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li jiswew il-ħsarat li hemm fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq?

Response (GALEA, LOUIS)

Naħseb li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-ħsarat li hemm fil-madum tal-pixxina. Infurmat li din il-ħsara ġiet irranġata mill-kuntrattur oriġinali u għadu ma sar ebda ħlas għaliex għad trid issir evalwazzjoni tar-responsabbilta' għall-ħsarat wara li jiġi mistħarreġ ir-rapport mibgħut mill-konsulenti maħtura għal dan il-għan.
Leg 9 PQ #4133 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Cottonera Community Development Programme

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux jiffunzjona l-Cottonera Community Development Programme?

Response (GALEA, LOUIS)

Mill-informazzjoni li għandi jidher illi x'laħaq sar is-sena li għaddiet kienet Action Plan. Ma jidhirx illi l-programm kien beda jiffunzjona u jwettaq l-għanijiet tiegħu. Inħoss li jkun xieraq li qabel ma l-inizjattivi imsemmija fl-Action Plan jitwettqu, il-Ministeri konċernati jerġgħu jgħatu ħarsa lejn l-istrateġija u l-implikazzjonijiet tagħha.
Leg 9 PQ #4135 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Suġġetti mgħallma

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-suġġetti obbligatorji li għandhom jiġu mgħallma fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex? Jista' jgħid ukoll jekk dawn japplikawx anke għal skejjel privati u tal-Knisja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li suġġetti obbligatorji fl-iskejjel ta' l-Istat huma dawn: Primarji Reliġjon* Studju Soċjali Edukazzjoni Fiżika Malti Ingliż Matematika Xjenza Integrata Mużika Art/Craft/NC *L-istudenti jistgħu ma jattendux il-lezzjonijiet tar-Reliġjon għal-raġunijiet ta' kuxjenza. Sekondarji Reliġjon Studju Soċjali Edukazzjoni Fiżika Malti Ingliż Matematika Lingwa Barranija Ġografija Storja Arti/Letteratura/Mużika PSE IT Xjenza Intergrata - Forms I & II Fiżika - Forms III,IV & V L-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti ġeneralment jimxu mal-porvvedimenti li hemm fil-Kurrikulu Nazzjonali apparenti għas-settur tagħhom.
Leg 9 PQ #4171 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Kawża

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-kawża bejn id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u l-individwu li qed irabbi ż-żwiemel fuq art tal-gvern li xi snin ilu kien ħa u bena l-istalel għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kawża tal-pulizija kontra individwu li qed iżomm żwiemel fuq art tal-Gvern għadha quddiem il-Qorti tal-Maġistrati.
Leg 9 PQ #4176 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Tlielaq taż-żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess sabiex ikun jista' jsir logħob fuq t-tlielaq taż-żwiemel fil-Malta Racing Club?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, ser ikolli nwieġeb f'xi Seduta oħra.

Biblijoteka Nazzjonali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm, u kemm hemm impjegati jaħdmu u f'liema gradi, ġewwa l-Biblijoteka Nazzjonali l-Belt fi Pjazza Reġina tul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-31 ta' Diċembru tas-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 ġewwa l-Biblioteka Nazzjonali, fi Pjazza Reġina, l-Belt, kien hemm dawn l-impjegati: 1995 - 39 ħaddiem 1996 - 38 ħaddiem 1997 - 31 ħaddiem 1998 - 34 ħaddiem Dawn il-ħaddiema kienu mqassmin f'dawn il-gradi: GRAD 1995 1996 1997 1998 Director 1 1 - 1 Administrative Officer 1 1 1 1 Assistant Librarian - 2 2 2 Research Officer 3 - - - Library Officer - - - 1 Library Assistant 1 3 4 3 Casual Library Officer 1 1 1 1 Library Attendant 2 2 1 2 Bookbinder 3 3 3 3 Photographer 3 3 3 3 Principal 1 1 1 1 Executive Officer 1 1 1 1 Clerk 2 4 3 6 Teacher 2 1 1 - Senior Messenger 1 1 - - Senior Tradesman - 1 1 1 Messenger 4 3 3 3 Assistant Technical Officer 2 2 1 1 Senior Operative 1 1 1 1 Stone Carrier 1 1 1 1 General Hand 3 2 1 1 Group 'C' 1 - - - Postman 1 1 - - Security Officer 1 1 1 - AWTS Scheme 'A' 2 2 1 1 Technical Officer 1 - - - Peress li l-informazzjoni mogħtija hija bbażata fuq il-jum partikulari tal-31 ta' Diċembru tas-snin imsemmija, wieħed għandu jqis li n-numru ta' ħaddiema u l-gradi mniżżla, setgħu varjaw bi ftit matul ix-xhur tas-snin in kwestjoni minħabba ċaqlieq, irtirar u ingaġġ ta' ħaddiema li jseħħ matul tnax-il xahar.

Biblijoteka Nazzjonali — Tiswija ta' kotba

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba ġew imsewwija u restawrati fil-Biblijoteka Nazzjonali, il-Belt fi Pjazza Reġina, matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-Taqsima Book Restoration Laboratory (B.R.L.) tad-Dipartiment tal-Librerija u Arkivji Nazzjonali, sewwiet u rrestawrat dawn il-kotba u manuskritti: Sena Kotba Manuskritti 1995 25 25 1996 17 8 1997 30 18 1998 35 24
Leg 9 PQ #3723 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Sekondarja ta' B'Kara - Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex studenti fil-Form I ta' l-iskola sekondarja tas-subien ġewwa Birkirkara qed jibqgħu bla lezzjonijiet ta' l-Ingliż u l-PSE? Meta se jintbagħtu għalliema jgħallmu dawn is-suġġetti biex l-istudenti ma jibqgħux jaqgħu lura f'dawn is-suġġetti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Sekondarja tas-subien Birkirkara fil-Form I ma jirriżultax li hemm nuqqas ta' għalliema ta' l-Ingliż jew tal-PSE. Din il-klassi għandha l-għalliema tas-suġġetti kollha.
Leg 9 PQ #3726 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna se tingħata lil persuna li isimha qed jintbagħat separatament, peress li għandu diffikultajiet serji biex jitgħallem u għadu sal-lum ftit li xejn jaf jikteb u jaqra? Jistgħu jsiru t-testijiet meħtieġa biex ikun magħruf x'għajnuna jista' jingħata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna indikata ser isirulha t-testijiet meħtieġa fil-Unit inkarigat mid-Dyslexia (Special Learning Difficulties Unit) fi Frar 1999.
Leg 9 PQ #3912 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Racing Club — Poteri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'poteri għandu l-Gvern fuq il-Marsa Racing Club?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija numru 3911, inżid ngħid li l-post li fih isiru t-tiġrijiet taż-żwiemel huwa propjeta' tal-Gvern u hemm materji ta' ordni pubbliku li huma responsabbilita' tal-Gvern, fosthom dawk regolati bl-Ordinanza dwar Imħatri f'Tiġrijiet (Kap 78) Fil-fehma tiegħi l-Gvern m'għandux ikollu x'jaqsam ma' l-organizazzjoni tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Jifdallu l-obbligu li jara li l-liġijiet tal-pajjiż jiġu osservati. Fil-fatt qed nikkonsidra li inniedi proċess li jista' jwassal għal konsiderazzjoni xierqa ta' użu ħafna aħjar u aktar fl-interess pubbliku, ta' l-arja kollha tal-Marsa Sports facilities.
Leg 9 PQ #3972 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — GWU

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar għaxar snin kienx hemm każi fejn segretarju ġenerali tal-GWU mar jara l-aħbarijiet tal-PBS/Xandir Malta qabel dawn ġew imxandra? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, meta u min kienet il-persuna? Possibbli li l-Ministru jżomm quddiem għajnejh l-istrajk ġenerali tal-GWU dwar il-VAT, waqt li qed jagħti din ir-risposta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jirriżultax li fl-aħħar għaxar snin kien hemm każi fejn Segretarju Ġenerali tal-GWU mar jara l-Aħbarijiet tal-PBS/Xandir Malta qabel ma xxandru. Dan jgħodd ukoll għall-każ speċifiku msemmi mill-Onor. Interpellant. Napprezza jekk l-Onor. Membru jtarrafli l-bażi tal-Mistoqsija tiegħu biex nara jeħtieġx aktar verifika.
Leg 9 PQ #3995 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ta' Snajja

Question

Peress li ż-żewġ mistoqsijiet tiegħi numri 3641 u 3918 ma ġewx imwieġba, jista' l-Ministru jgħid kemm fallew studenti mill-iskola tas-Snajja' f'Ta' Bighi f'din is-sena skolastika li bdiet minn Settembru 1998 s'issa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm tlettax-il student li jfallu l-iskola spiss mingħajr ċertifikat tal-mard u 34 student li jfallu l-iskola spiss b'ċertifikat tal-mard.
Leg 9 PQ #3996 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kindergarten assistants

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3862 imwieġba fil-25 ta' Jannar, 1999 jista' l-Ministru jagħti tagħrif għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma ġietx imsejħa għal interview? X'kienu r-raġunijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Għadni qed nistenna t-tagħrif meħtieġ biex inkun nista' nwieġeb f'xi Seduta oħra.