Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4267 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-vot u kemm kienet in-nefqa tal-gvern f'manutenzjoni ta' skejjel bejn l-1987 u l-1998? Kemm hija n-nefqa vvotata għal din is-sena u f'liema skejjel se jsir ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #4270 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Intervisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Janna,r 1999 kemm kienu d-drabi li ġew intervistati mill-PBS kull ministru u segretarju parlamentari? Kemm kienu d-drabi li ġew intervistati mill-PBS kull deputat Laburista? Kemm kienu l-protesti li rċieva l-PBS mingħand il-Partit Laburista u mingħand il-Partit Nazzjonalista?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-perjodu msemmi saru 113 intervista ma' Ministri u Segretarji Parlamentari, filwaqt li kien hemm 9 intervisti ma' Membri Parlamentari ta' l-Oppożizzjoni. Fl-istess perjodu, kien hemm tliet protesti mill-Parti Nazzjonalista u tnax mill-Partit Laburista. Il-pożizzjoni tal-PBS hi li fejn jidħlu ġrajjiet ta' kuljum, huma l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari tal-gvern tal-ġurnata li jkollhom it-tagħrif meħtieġ xi jwasslu lill-pubbliku dwar proġetti u żviluppi ġodda fil-pajjiż. B'danakollu, fuq materji li jikkonċernaw policy jew kontroversja, ċ-Ċentru ta' l-Aħbarijiet jesiġi li jkollu l-fehmiet tal-partijiet kollha. Tajjeb jingħad ukoll li n-numru ta' protesti li jsiru mill-partiti politiċi mhux bilfors jirrifletti l-għadd ta' każijiet milqugħa mill-Awtorita' tax-Xandir.

Inkwatru ta' Caravaggio — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba huwiex minnu li x-xogħol ta' restawr li kien qiegħed isir Firenze fuq l-inkwadru tal-Caravaggio tlestiex u f'Marzu ta' din is-sena jistax jinġieb lura Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Nixtieq inżid mat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 1317 u 1635, li kif kont għidt, l-operazzjoni tar-restawr fiżiku tal-pittura "Il-Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann" tal-Caravaggio ġiet terminata fl-aħħar ta' Jannar 1999. Skond il-parotocollo d'intesa iffirmat mal-Comune di Firenze f'Ġunju 1996, il-pittura għandha terġa'tiġi eżebita f'Palazzo Vecchio, Firenze wara r-restawr. Qed nistennew l-awtoritajiet tal-Comune ta' din il-belt biex jgħarrfuna bid-dati ta' din il-wirja, ħalli wara jsiru l-arranġamenti kollha neċessarji biex il-pittura tal-Caravaggio tinġieb lura Malta.
Leg 9 PQ #4508 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bini storiku — Restawr

Question

Peress li mhux se jsir restawr tal-bini storiku fl-Imdina u r-Rabat, Malta, jista' l-Ministru jara li jsir almenu l-istudju xjentifiku neċessarju dwar ix-xogħlijiet meħtieġa? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GALEA, LOUIS)

Jiena mgħarraf illi sar studju preliminari mil-Kunsill Lokali ta' l-Imdina u l-Works Division dwar il-materja indikata fil-mistoqsija.
Leg 9 PQ #3489 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema tal-PE

Question

Nirriferi l-Ministru għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2527, jista' l-Ministru jelenka f'liema skejjel tal-Knisja u dawk privati qegħdin jaħdmu għalliema barranin ta' l-edukazzjoni fiżika? Ta' liema nazzjonalita' huma? Dawn għandhom permess jaħdmu Malta għaliex miżżewġin Maltin jew għandhom xi permess speċjali tax-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Għalliema barranin ta' l-Edukazzjoni Fiżika li qegħdin jaħdmu fl-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti Privati huma hekk: SKEJJEL TAL-KNISJA NAZZJONALITA' St Joseph Sliema 1 Bulgara St Aloysius College 1 Bosnjan Dawn it-tnejn huma għalliema barranin u għandhom permess speċjali biex jaħdmu Malta. SKEJJEL INDIPENDENTI NAZZJONALITA' Verdala International 1 Awstraljana St Martin's College 1 Jugoslav St Edwards 1 Bulgaru Tnejn minn dawn għandhom permess speċjali u l-ieħor barrani miżżewweġ Maltija.
Leg 9 PQ #3490 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Statali - Tuck shops

Question

Wara li l-Ministru qal fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2763 li fl-10 ta' Diċembru, 1998 id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kiteb lid-Dipartiment tas-Saħħa biex isiru spezzjonijiet fit-tuck shops ta' l-iskejjel, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi spezzjonijiet u f'liema skejjel? Instabu xi nuqqasijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn is-17 u l-24 ta' Diċembru 1998 saru spezzjonijiet minn Spetturi Sanitarji fit-'Tuck Shops' kollha minbarra dawk fl-Iskejjel Sekondarji tas-subien "Dun Karm Psaila" Ħaż-Żebbuġ u "Ġuże' Galea" Ħal Qormi, peress li nstabu magħluqa għall-btajjel tal-Milied. In-nuqqasijiet misjuba huma msemmija fir-rapport li ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-Dipartiment tas-Saħħa ntalab għal darb'oħra jagħmel spezzjonijiet fiż-żewġ skejjel fuq imsemmija, matul Jannar 1999.
Leg 9 PQ #4261 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-ministeru tiegħu bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999; f'riċevimenti, f'safar, f'petrol u diesel u f'pagi għall-impjegati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nefqa tal-flus mill-Ministeru bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta'Jannar, 1999 f'dak li hu riċevimenti, ma ntefaq xejn. F'dak li hu safar, is-somma laħqet għal Lm1,773.48,0. In-nefqa mill-Ministeru f'dak li hu petrol u diesel fl-istess perjodu jammonta għal Lm2,206.17,5 filwaqt li pagi għall-impjegati tħallset is-somma ta' Lm132,006.03,0.
Leg 9 PQ #4265 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba, mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999, ġurnalisti tal-PBS siefru fuq attivitajiet tal-gvern? Jista' jgħid liema kienu dawn l-attivitajiet u kemm kienu l-ispejjeż għall-PBS? Jista' jgħid min kienu l-ġurnalisti li rrappreżentaw lill-PBS f'dawn l-attivitajiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-perjodu msemmi kien hemm attivita' waħda tal-Gvern li għaliha ċ-Ċentru ta' l-Aħbarijiet tal-PBS bagħat ġurnalista - it-taħditiet tal-Prim Ministru f'Helsinki u f'Dublin bejn il-25 u t-28 ta' Jannar. Il-ġurnalista li ngħata dan l-inkarigu kien is-Sur Ivan Camilleri u l-ispiża totali kienet ta' Lm480.00.
Leg 9 PQ #4531 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Verdala — Ilmenti

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-għalliema tal-Junior Lyceum ta' Verdala, Bormla ressqu diversi lmenti dwar nuqqasijiet li hemm fl-istess skola? Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-talbiet tal-għalliema u meta jew jekk hux se jintlaqgħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ilmenti li qed jagħmlu l-għalliema ta' l-iskola G. Despott J.L. Verdala se jiġu diskussi ma' l-istess staff mill-awtoritajiet tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #4532 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola ta' Verdala — Nuqqasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fl-iskola tal-Junior Lyceum ta' Verdala hemm nuqqas ta' siġġijiet, imwejjed u bins fil-klassijiet? Jista' jgħid ukoll jekk hux minnu li hemm ħafna neon tubes maqtugħa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhuwiex minnu li fl-iskola tal-Junior Lyceum tal-Verdala hemm nuqqas ta' siġġijiet, imwejjed u bins fil-klassijiet. Kif, m'huwiex minnu li hemm ħafna neon tubes maqtugħa, għalkemm huwa fatt li hemm xi ftit min dawn in-neon tubes li m'humiex qed jiffunzjonaw. Qed jittieħdu l-passi sabiex dawn in-neon tubes jiġu mibdula b'oħrajn ġodda.
Leg 9 PQ #4533 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Vittoriosa Stars FC — Bini ta' dressing rooms

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tintlaqa' it-talba kemm tal-Kunsill Lokali Birgu kif ukoll tal-Vittoriosa Stars F.C. sabiex jinbnew xi dressing rooms fil-ground tal-Fortini?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif kont diġa' għedt fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 699 il-Club tal-Vittoriosa Stars kien ġie mitlub jissottometti pjanti tax-xogħol propost. Dan l-aħħar is-Segretarju Parlamentari kellu laqgħa fuq il-post ma' uffiċjali tal-Club u rappreżentanti tal-Kunsill Lokali. Il-Club reġa' impenja ruħu li jibgħat dawn il-pjanti. Wara tkun tista' tittieħed deċiżjoni dwar x'tip ta' għajnuna tista' tingħata mill-Gvern.
Leg 9 PQ #4567 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa — Kamra fil-korsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jkun l-użu tal-kamra li tinsab fil-korsa tal-Marsa, li tagħti għal Racecourse Street, Marsa, quddiem London Yard, li kienet qed tinbena b'mod illegali u li dwarha nħareġ enforcement notice mill-Planning Authority (ECF 23/99)?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq din il-kamra ġie miżmum. Dettalji jingħataw meta dwar l-użu tagħha jinħareġ il-permess meħtieġ mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #4578 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Għamara

Question

B'riferenza għall-perjodu l-1 ta' Novembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil minn intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu w kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #4611 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Institute for Health Care — Infermiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm enrolled nurses u staff nurses li qed jaħdmu fulltime u part-time fl-Institute of Health Care? Kemm minnhom f'kull każ qed jagħmlu xogħol akkademiku jew inkella xogħol mhux akkademiku? Kemm minnhom jaħdmu fuq bażi ta' shift? Hemm impjegati oħra li jaħdmu fuq bażi ta' shift?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #4618 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Millenju — Ċelebrazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jintnefqu flus fuq iċ-ċelebrazzjonijiet tal-millenju tul din is-sena finanzjarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-kumitat konċernat beda x-xogħol tiegħu ftit ġimgħat ilu u għadu fil-fażi li jfasslu pjan dettaljat ta' ċelebrazzjonijiet u ta' l-ispiża li tista' tkun meħtieġa.
Leg 9 PQ #3326 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Kartolini tal-Milied

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata ta' kemm laħqet l-ispiża għall-istampar jew xiri ta' kartolini għall-Milied 1998 u kemm ġiet tiswa l-ispiża postali konnessa ma' dawn il-kartolini, kemm mill-Ministeru, kemm mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment, kemm mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, u kemm mis-Segretarju Perlamentari fi ħdan il-Ministeru? Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew stampati l-imsemmija kartolini? Jista' jgħid lil min intbagħtu?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel — Studenti/għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-Latin fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 in-numru ta' studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-Latin hu kif se nsemmi: Sena Skola Nru ta' Nru ta' Skolastika Għalliema Studenti 1994/95 Corradino BJL 1* 2 Handaq BJL 1* 2 Verdala BJL 1* 1 1995/96 NIL NIL NIL 1996/97 Victoria Gozo BJL 1 1 Victoria Gozo GJL 1 1 1997/98 Victoria Gozo BJL 1 1 1998/99 NIL NIL NIL * L-istess għalliem fit-tliet skejjel.

Skejjel — Skola ta' l-Artijiet - Korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm korsijiet għaddejjin ġewwa l-Iskola ta' l-Arti ġewwa Old Bakery Street, Valletta? Kemm hemm studenti jattendu dawn preżentement?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-Iskola ta' l-Arti, ta' Triq l-Ifran, Valletta, għas-sena akkademika 1998-1999 ġew organizzati dawn il-korsijiet: Kors Nru ta' studenti Foundation Course: Class 1 30 Class 2 30 Class 3 30 Advanced Level Class 12 Diploma Course: First Year 18 Second Year 13 Third Year 12 Gold & Silversmithing 12 Three Dimensional Class (Sculpture) 20 Wood & Stone Carving 18 History of Art 30 Post-Diploma Course 08 Art Appreciation 22 TOTAL 225 Barra dan l-Iskola qed tintuża fil-għodu għal dawn il-korsijiet imnedija mill-Adult & Evening Courses Section tad-Dipartiment: Drawing & Painting 19 Flower Arranging 19

Pinto Wharf — Restawr tal-Kappella

Question

Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li ssir il-manutenzjoni neċessarja lill-bieb u l-intern tal-Kappella tal-Ħarba lejn l-Eġittu f'Pinto Wharf li kienet ġiet restawrata minn Gvern Nazzjonalista preċedenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser ngħaddi l-proposta ta' l-Onor. Membru lid-Dipartiment konċernat.

Kappella ta' Santa Lucija — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li ssir il-manutenzjoni neċessarja lill-Kappella ta' Sant Luċija li qiegħda fit-triq minn ħdejn tal-Barrani għar-raħal tal-Gudja billi din tinstab fi stat ta' kważi abbandun totali?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt aktar tagħrif dwar dan is-suġġett.