Legislature:
Category:
Reset
Active:

Deheb depożitat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm deheb depożitat bħala rahan fil-Monte di Pieta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sat-30 t’April 2007 kien hemm 8,285 polza tad-deheb iddepożitati l-Monte di Pietà b’kapital ta’ Lm353,892 misluf fuqhom.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Salarji u benefiċċji oħra

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Malta and Europe Hotels

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni tal-Kontrollur tas-Soċjeta' Malta and Europe Hotels Ltd. (MEH), proprjetarja ta' l-ex Grand Hotel Excelsior fil-Furjana, liema soċjeta': . ilha f'idejn il-Kontrollur għal dawn l-aħħar 33 sena, minn wara l-għeluq tal-BICAL; . fl-4 ta' Diċembru 1998 (disa' snin ilu) ħallset lill-BICAL is-somma ta' Lm1,580,000 għas-saldu tad-dejn oriġinali ta' madwar nofs miljun Lira Maltin u għalhekk l-iskop ta' Kontrollur spiċċa dakinhar. X'kien qed jikkontrolla għal dawn l-aħħar disa' snin il-Kontrollur, u fl-interess u a spejjeż ta' min? X'inhi r-raġuni li l-istess Soċjeta' MEH għadha ma ġietx likwidata, wara disa' snin mill-ħatra ta' likwidatur, u dan mingħajr ma ntemmet il-ħatra ta' Kontrollur? Jista' l-Prim Ministru jiffissa terminu għal-likwidazzjoni? Jaf il-Prim Ministru li azzjonista maġġoritarju tas-Soċjeta' MEH, il-familja ta' l-Avukat Taljan Michele Martone li llum għandu 83 sena, kitbet lill-Onor. Franco Frattini, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell, fejn talbu jintervjeni biex tinstab soluzzjoni ekwa għal dan il-każ li ilu jkaxkar 33 sena? (Ara s-sit ta' l-internet www.marteitaliano.com.mt) Jidhirlu l-Prim Ministru li din il-Kamra għandha taħtar kummissjoni parlamentari biex tinvestiga u tipproponi miżuri xierqa u ġusti li jwasslu biex issir ġustizzja ma' l-azzjonisti tas-Soċjeta' MEH, kif ukoll biex nilqgħu għall-ħsara li qed issir fl-Ewropa għall-kredibilita' ta' Malta bħala ċentru serju ta' investiment barrani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Proġetti finanzjarji

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26698 u 26868 jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus fuq kull proġett sal-lum? Meta hi l-aħħar data li fiha jistgħu jiġu sottomessi kontijiet għal xogħlijiet pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Kumpanniji ta' konsulenza — Xogħol

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema xogħol fil-Ministeru tal-Finanzi ġie kuntrattat lil kumpanniji ta' konsulenza u kumpanniji ta' l-awditjar u jekk inħarġux tenders għal dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Prodotti u Servizzi — Prezzijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlametnari 26823 billi jgħid jgħid jekk minn wara Awissu 2006 'il hawn kienx hemm xi tibdil fil-kampjuni tal-prezzijiet ta' prodotti u servizz li nġabru mill-NSO? Jekk iva liema prodotti u servizzi kienu affetwati u kif ġew mibdula? Jista' jgħid jekk minn Awissu 2006 sal-lum inbidlux xi prattiċi fil-ġbir tal-prezzijiet biex tiġi mkejla r-rata ta' inflazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Ħajt tas-sejjiegħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jara għalfejn dak li ntalab f'mistoqsija parlamentari 24951 cioe għalfejn twaqqa' ħajt tas-sejjieħ f'proprjeta' privata minn Skanska fl-Isptar l-ġdid u jara li jerġa' jinbena kif kien, għadu ma seħħx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

OPM — Dħul

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 1998 sas-sena 2005 kemm kien id-dħul medju (mean) iddikjarat u l-varjazzjoni (variance) għal dawn l-income bracketsli jidhru hawn taħt għal kull tip ta' persuni mpjegati kemm single kif ukoll miżżewġin (employed, self-employed, u pensjonanti)? Jista' jgħid ukoll kemm kienu d-deductions/allowances għal kull kategorija u għal kull tip? Income group: Lm0 - Lm4000 Lm4000 - Lm5000 Lm5000 - Lm6000 Lm6000 - Lm7000 Lm7000 - Lm8000 Lm9000 - Lm10000 Lm10000 - Lm12000 Lm12000 - Lm14000 Lm14000 u aktar.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

OPM — Ħaddiema li għalqu l-61 sena

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, qed inpoġġi fuq il-Mejdda tal-Kamra, tabella bl-informazzjoni mitluba. Fl-entitajiet tal-Ministeru tal-Finanzi hemm persuna waħda li ngħatat estensjoni ta’ l-impjieg wara li għalqet il-61 sena. Din il-persuna taħdem mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u għandha 65 sena. L-estensjoni ngħatat sa tmiem il-proċess ta’ migrazzjoni minn San Luqa minħabba l-esperjenza vasta li għandha fuq il-proġett u fis-Saħħa u Sigurtà.

Forzi Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mill-aktar fis possibbli mistoqsija parlamentari 24747 cioe' peress li jirriżulta li hemm xi numru sostanzjali ta' suldati li mhux si jilħqu jagħlqu l-25 sena servizz, meta tidħol fis-seħħ il-klawsola ta' l-irtirar tal-55 sena, jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li jippermetti li dawn is-suldati jibqgħu jservu sakemm jagħlqu l-25 sena servizz jew inkella sal-61 sena biex b'hekk ikunu jistgħu jgawdu l-pensjoni sħiħa tas-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24747.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Xogħol sub contracting

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Meta kuntratt ikun jipprovdi li kuntrattur jista’ jagħti xogħol ta’ subcontracting, allura l-Ministeru jew dipartiment konċernat mhux bil-fors ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għar-raġuni li d-dritt tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt. Jekk l-Onorevoli Interpellant irid informazzjoni fuq xi każ partikolari u/jew qed jirreferi għal l-għoti ta’ kuntratti pjuttost mis-subcontracting, allura huwa mitlub jiċċara u jerġa’ jissottometti mistoqsija parlamentari oħra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct Orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Tender ta' l-IT

Question

Wara li ġie sospiż it-tender ta' l-IT tal-Isptar Mater Dei, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw PCs u affarijiet oħrajn relatati mal-informatika li oriġinarjmanet kellhom jkunu koperti mit-tender u jekk dawn inxtrawx b'direct order? Min għand min inxtraw u kemm ġew jiswew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Għawdex — Investimetn barrani

Question

B'riferenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 23867 u 24451 dwar investiment dirett barrani f'Għawdex, jista' l-prim Ministru jagħtini t-tagħrif mitlub sentejn sentejn, jiġifieri għall-1999 u 2000 flimkien, 2001 u 2002 flimkien, 2003 u 2004 flimkien u 2005 u 2006 flimkien biex hekk titħares il-kunfidenzjalita'? Jekk lanqas hekk ma titħares il-kunfidenzjalita' jista' jekk jogħġbu jagħtini t-tagħrif mitlub tliet snin tliet snin flimkien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Għawdxin jaħdmu f"Malta

Question

Jista' l-prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fis-settur pubbliku f"Malta? Ma' liema dipartiment, korporazzjoni, aġenzija kumpannija, eċċ. qegħdin jaħdmu? X'inhu l-grad tagħhom? X'kumpens għandhom, skond fejn jaħdmu, biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali li għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Membri li jokkupaw kariga fil-PN

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

OPM — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fir-rigward tal-Ministeri l-oħra nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Sistemi ta' enerġija elettrika

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkunu bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Forzi Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 26366 u 26491 u jgħid mill-1 ta' Jannar sal-20 ta' Mejju, 2007 kemm ħarġu sejħiet għall-offerti mill-Armata? Kemm tefgħu l-offerti, x'kienet kull offerta u min kienu f'kull każ? Min rebaħ dawn l-offerti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar u l-20 ta’ Mejju 2007 l-Armata ħarġet sittax-il sejħa għall-offerti. Dettalji rigward l-offerti msemmija qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.