Legislature:
Category:
Reset
Active:

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kuntratti

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, mid-dipartimenti u mill-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006? Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, etc. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi )matul l-istess snin u perijodi? Kemm tħallsu kull individwu u/jew ente li rċeviet xogħol bħal dan mill-ministeru, dipartiment jew ente li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-istess perijodi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Equipment Mediku

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' equipment mediku li jrid jiġi trasferit mill-isptar San Luqa għall-isptar Mater Dei?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddej eżerċizju biex jiġi identifikat u bar-coded apparat mediku li jista' jiġi trasferit mill-Isptar Mater Dei. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kanmra l-lista ta' l-apparat fid-Dipartimenti fejn diġa' sar l-eżerċizju. L-eżerċizju ser isir ukoll fis-swali kollha, l-Cath Lab u CICU.

SVPR — Fatima Ward

Question

B'riferenza għal Fatima Ward f'St. Vincent de Paule, jista' il-Ministru jispjega għalfejn f'din is-sala li suppost hija sala fejn jinżammu rġiel biss, ir-residenti rġiel ġew marsusin ħamsa f'kull kamra (meta suppost ikunu erba' f'kull kamra) sabiex tiġi żvojtata kamra sħiħa? Barra minn hekk, din il-kamra ġiet assenjata lil residenti nisa u qed jinħolqu diversi problemi ta' natura imbarazzanti bejn l-istess residenti ta' sess oppost.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlett ikmamar fis-swali ta' l-irġiel fil-Blokk Padre Pio, jiġifieri kamra fis-sala Loreto, kamra fis-sala Lourdes u kamra fis-sala Fatima, kellhom jospitaw tnax -il residenta mara flok irġiel. It-tnax -il raġel l-oħra tqassmu bejn tnax -il kamra minn erba' u għoxrin. Dan ifisser li erba' kmamar biss minn tmienja kull sular kellhom jospitaw raġel ieħor żejjed biex ġew b'ħames sodod. Dan sar għal żmien temporanju peress li kien hemm bżonn titbattal sala tan-nisa biex jibda xogħol ta' kostruzzjoni fuq blokk tan-nisa magħruf bħala l-Blokk il-Ġdid. Sal-llum, tnejn minn dawk it-tlett ikmamar li ttieħdu biex ospitaw lir-residenti nisa, reġgħu ingħataw lura lir-residenti rġiel wara li nstabet allokazzjoni alternattiva għal seba' residenti nisa ġo swali tan-nisa. Bħalissa fadal biss ħames residenti nisa fil-blokk Padre Pio, propju fis-sala Fatima. It-tnax residenti nisa ttieħdu fis-swali ta' rġiel fl-aħħar ta' Awissu. Illum l-ewwel ta' Novembru, diġa' ħarġu seba' mit-tnax -il mara. Dan il-proċess ser jibqa' sejjer hekk sakemm jinħarġu l-ħames nisa li fadal u l-kamra tingħata lura biex terġa' tospita lir-residenti rġiel.

Sptar — Persuni b'xorb żejjed

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni l-isptar din is-sena minħabba xorb ta' alkaħol żejjed? X'eta' kellhom u kemm minn dawn kienu barranin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn tagħrif miġbur permezz tal-Hospital Activity Analysis (HAA) jirriżulta li bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena ġew ammessi 68 każ minħabba f'xorb eċċessiv fl-Isptar San Luqa. Minn dawn 9 kienu barranin. Il-każijiet jitqassmu fi tliet kategoriji: Kategorija A: Sindromu ta' dipendenza fuq l-alkoħol, jew stat ta' withdrawal state minħabba li min ikun dipendenti fuq l-alkoħol ikun waqqaf jew naqqas l-ammonti li s-soltu jixrob, jew dawk li jabbużaw mill-alkoħol (ICD-10codes F10.2, F10.3, F10.1 u F10.9) Kategorija B: Intossikazzjoni ikkawżata mill-alkoħol iżda l-persuna ma kenitx dipendenti fuq l-alkoħol (ICD-10 code F10.0) Kategorija C: Mard tal-fwied attribbwit għall-alkoħol (ICD-10 code K70) Importanti li wieħed igħid li dawn il-figuri li ġejjin ma jinkludux dawk il-pazjenti li jiġu inviżtati fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma jjidħlux bħala pazjenti fis-swali ta' l-isptar. L-etajiet għal pazjenti f'kull kategorija jidhru hawn taħt: Jannar sa Awissu 2006 Numru ta' Pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar San Luqa Eta' Kategorija A Kategorija B Kategorija C <15 - 1 - 15-24 1 7 - 25-34 1 3 - 35-44 8 1 3 45-54 9 2 6 55-64 3 - 11 65-74 5 - 3 75-84 - 1 2 Unspecified - 1 - Total 27 16 25

Sptar — Każi ta' Tehid ta' Droga

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm iddaħħlu nies l-isptar minħabba problemi relatati mat-tehid ta' droga din is-sena? X'eta' kellhom u x'tip ta' droga kienet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn tagħrif miġbura permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis in-numru ta' nies li ddaħħlu fl-Isptar San Luqa bħala pazjenti minħabba problemi relatati nat-teħid ta' droga bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena huma kif ġej: Nota: Il-problemi relatati mat-teħid ta' droga jinkludu dawn il-kategoriji: Kategorija A: Avvelenament minn drogi narkotiċi, sustanzi psychodysleptics (hallucinogens), fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat. (ICD-10 code Y12) N.B. Dawk il-każi fejn id-droga li kkawżat l-avvelenament ma gietx speċifikata m'humiex inklużi f'din il-kategorija. Kategorija B: Problemi mentali jew/u ta' mġieba minħabba l-użu jew l-abbuż ta' opioids, cannabinoids, sedativi u ipnotiċi, kokaina, hallucinogens u stimulanti oħra (ICD-10 codes: F11-F16) Importanti li wieħed igħid li dawn il-figuri li ġejjin ma jinkludux dawk il-pazjenti li jiġu inviżtati fid-Dipatiment ta' l-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali ta' l-isptar. Kategorija A (Jannar-Awissu 2006) Eta' Numru ta' nies li ddaħħlu l-isptar 15-24 5 25-34 3 Total 8 F'dawn it-8 każijiet il-kawża ta' avvelenament kienu narkotiċi jew sustanzi psychodysleptics (hallucinogens) Kategorija B (Jannar u Awissu 2006) Kien hemm 2 każi li ddaħħlu l-isptar minħabba problemi mentali jew/u ta' mġieba minħabba l-użu jew abbuż ta opioids, cannaboids, sedativi u ipnotiċi, kokaina, hallucinogens u stimulanti oħra. Dawn kellhom eta' bejn 25-34 sena u bejn 45-54 sena.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2006? X'kienet ir-raġuni ta' kull safra, minn min kienet komposta u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Karozzi Mikrijin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru tiegħi hawn 8 karozzi mikrija. Hemm 3 fil-Ministeru, 2 fis-Segretarjat għall-Kura ta' l-Anzjani, 2 fid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u waħda fid-Dipartiment tal-Kura Primarja. Is-sena l-oħra dawn il-kirjiet swew Lm17,276.32. Il-fuel bill tagħhom sewa Lm3,260.65. Barra minhekk, isiru xi kirjiet okkazjonalment u għal ħinijiet limitati mill-Awtorita' dwar il-Mediċini għall-iskop ta' spezzjonijiet. Peress li hemm allegazzjonijiet dwar kirja/kirjiet f'isem l-Awtorita' li ma kienux awtoriżżati, għaddejja investigazzjoni mill-Pulizija, instigata mill-Ministeru.

Mard tal-kanċer

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' cancers ġodda din is-sena u x'tip kienu? Kemm kellhom eta' dawn milquta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' każijiet tal-kanċer irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer għall-2005 huwa ta' 1703 u fl-2004 huwa ta' 1716. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' każijiet irreġistrati għal għaxar tipi ta' kanċer l-iżjed komuni.

Sptar San Luqa — In-patient population

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-average in-patient population ta' l-isptar San Luqa kull ġimgħa għal din is-sena u f'liema dipartimenti kienu rikoverati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella li ġiet miġbura mill-Hospital In-Patient Activity Reports li joħorġu ta' kull xahar fl-isptar San Luqa u li huma ibbażati fuq l-informazzjoni li tiġi rreġistrata fis-swali fuq l-Admissions, Discharges & Transfers module tal-Patient Administration System.

Kura medika

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm pazjenti siefru barra minn Malta għall-kura medika matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża għal kull sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej: Sena Numru ta' Pazjenti Spiża 2001 245 Lm475,329 2002 230 Lm388,993 2003 240 Lm429,584 2004 235 Lm469,933 2005 255 Lm409,963 2006 234 Lm423,649 up to 24.10.06

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kumpanniji ta' reklamar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kumpanniji ta' reklamar mill-ministeru u dipartimenti tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid liema kienu l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża nvoluta f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-flus li ntefqu f'kumpaniji ta' reklamar matul is-sena 2006 (s'issa) huwa kif ġej: Paza Ltd Lm12,179.20 Bus Ads Ltd Lm5,935.73 Media Link Lm4,858.86 PBS Lm708 Sound Vision Lm1,078.87 Where's Everybody Lm1,385.50 Standard Publications Lm2,476.09 Executive Services Lm1,074.98 Student Demokristjani Maltin Lm150 Lighthouse Communication Ltd Lm531 Sandbox Creations (Etienne Licari) Lm600 Business Marketing Services Lm120 Catherine Mifsud Lm150 Watermelon Media Communications Lm200 Union Press Lm3,339.96 Special Delivery Lm120 Newsworks Lm1,289.38 Media Centre Lm501.36 Ability Public Lm1,416 WM & C Ltd Lm412.40 Marsaxlokk Club Lm98 Peace Band Club Lm110 Malta Business Directory Lm283.20 Għaqda tan-Nar (Għargħur) Lm53 Police Headquarters Lm200.60 Medical Union of Students Lm47.20

Tobba — Sick leave

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ħadu sick leave it-tobba din is-sena u xi grad għandhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġejja: JIEM House Officers 417 Sn House Officers 624 General Practitioners 515 Medical Officers 207 Sn Medical Officers 32 Principal Medical Officers 7 Registrars 161 Sn Registrars 171 Consultants 96

Operazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imħassra jew posposti operazzjonijiet din is-sena u għaliex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għal perjodu ta' bejn Jannar u Awissu 2006 skond is-Surgical Operations Register, ta' l-Isptar San Luqa, kien hemm 36 intervent li ġew reġistrati bħala posposti jew ikkanċellati minħabba raġunijiet mediċi ( bħal Low PO2, sudden Medical problem, arrhythmias, etc) meta l-pazjent kien fis-sala operatorja. Minn dawn 12 kienu endoscopic interventions. Erba' listi ta' operazzjonijiet ġew posposti minħabba trapjanti ta' organi. Dawn ġraw f'ġurnata f'Awissu (11 -il pazjent) u jumejn fi Frar (8 pazjenti).

Mediċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-qagħda eżatta dwar ir-reġistrazzjoni tal-mediċini llum? X'passi ħa biex ħafna mediċini li nqatgħu jerġgħu jiġu mportati bħal qabel u x'passi ttieħdu biex il-prezz jonqos?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reġistrazzjonijiet ċentrali ta' prodotti mediċinali ikopru wkoll lill-Malta. Malta qegħda tissieħeb fis-sistema ta' għarfien reċiproku bħala Stat Konċernat kull meta l-applikanti jinkludu lil Malta f'din il-proċedura. Barra minn hekk qegħdin ukoll fis-seħħ is-istemi ta' importazzjoni parallela u ta' awtoriżżazzjoni skond l-Artiklu 126a tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001Dwar il-kodiċi tal-Kommunita' relatata ma prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem, u emendi oħra li ġew wara. Ir-reġistrazzjoni tal-prodotti li kienu fuq il-lista ta' deroga u li applikaw għall-reġistrazzjoni qegħda fl-aħħar fażi tagħha u għandha sa l-aħħar ta' din is-sena biex tiġi kompluta. Il-proviżżjonijiet li tagħti l-liġi Ewropeja biex prodotti mediċinali li m'humiex reġistrati u liema huma essenzjali jkunu jistgħu jiġu awtoriżżati, qegħdin jiġu applikati b'mod komprensiv. Dawn il-miżuri qed jiġu applikati biex jiżdied in-numru ta' prodotti li jistgħu jitpoġġew fuq is-suq, partikolarment dawk il-prodotti li kienu fuq is-suq u li ma ġewx irreġistrati sa issa u anke tiżdied il-kompetizzjoni. Barra minn hekk qegħda tiġi introdotta sistema biex il-prezz massimu li jingħata lill-prodott mediċinali qabel dan jitpoġġa għall-ewwel darba fuq is-suq jiġi iffissat.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Karozzi Mikrija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Hospitality

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 maqsuma skond dipartimenti jew enti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.

Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista' il-Ministru jgħid skond liema kriterju staff Għawdxi li jaħdem l-isptar Malta jiġi trasferit għall-isptar ta' Għawdex? Teżisti xi lista ta' staff li jmisshom jiġu trasferiti lejn Għawdex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fid-Diviżjoni tas-Saħħa jeżistu listi ta' staff li jmisshom jiġu trasferiti lejn Għawdex. Il-kriterju li jintuża huwa li l-Għawdxin jidħlu fil-lista skond id-data tal-ħatra fil-grad partikulari u skond l-Ordni ta' Mertu li jiġu fil-Bord ta' l-Għażla ta' l-imsemmi grad.