Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm scientific personnel jaħdmu fid-dipartiment tas-saħħa li qegħdin; fuq maternity leave; fuq paternity leave; fuq l-option ta' leave għal erba snin; fuq leave with pay għal skop ta' studju u f'kull każ kemm ilhom bil-leave with pay; fuq leave without pay għal skop ta' studju - f'kull każ kemm ilhom bil-leave without pay; fuq leave with jew without pay biex jagħmlu xogħol missjunarju u f'kull każ kemm ilhom bil-leave; fuq scholarship barra minn Malta u f'kull każ kemm hu twil il-perijodu ta' l-ischolarship u għal liema studju?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm infermiera u qwiebel fid-dipartiment tas-saħħa li qegħdin; fuq maternity leave; fuq paternity leave; fuq l-option ta' leave għal erba snin; fuq leave with pay għal skop ta' studju u f'kull każ kemm ilhom bil-leave with pay; fuq leave without pay għal skop ta' studju - f'kull każ kemm ilhom bil-leave without pay; fuq leave with jew without pay biex jagħmlu xogħol missjunarju u f'kull każ kemm ilhom bil-leave; fuq scholarship barra minn Malta u f'kull każ kemm hu twil il-perijodu ta' l-ischolarship u għal liema studju?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux ċentri tad-dialisi privati hawn Malta? Min imexxihom? Min jaċċerta li jitmexxew skond ir-regoli internazzjonali? Min jagħmel dawn il-kontrolli? Min jagħmel dawn il-kontrolli għandu interessi f'dawn iċ-ċentri hu stess?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-uniku Ċentru tad-dialisi privat hawn Malta huwa Renal Care Centre Ltd., Pieta`.
Dan jitmexxa u huwa liċenzjat fuq is-Sur Carmel Mifsud. L-operat ta` dan iċ-Ċentru jaqa` taħt ir-Regolamenti dwar Liċenzji għal Kliniċi Mediċi Privati (Kap 31). Il-Kliniċi Privati huma suġġetti għal spezzjonijiet regolari minn grupp ta` persuni li huma awtorizzati mill-Ministru tas-Saħħa. Infurmat li ħadd minn dawn il-persuni ma għandu interess dirett f'din il-klinika.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern iddeċidiex li jġib u jagħti b'xejn jew ta' lanqas b'mod issusidjat il-kura gleevec kontra l-marda qerrieda tal-Chronic Myeloid Leukemia?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-talba għall-mediċina imatinib (Gleevec) għat-trattament tal-Chronic Myeloid Leukaemia għadha qeda tiġi kkunsidrata mid-Dipartiment tas-Saħħa.
B'riferenza għall-sejħa għall-vakanzi ta' kok mad-diviżjoni tas-saħħa li ħarġet xhur ilu jista' l-Ministru jgħid jekk sarux l-interviews u jekk dan il-post inteliex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li intervisti ta' l-applikanti għall-mili ta' vakanzi ta' kok fid-Diviżjoni tas-Saħħa ser isiru fi ftit jiem oħra.
Jaqbel il-Ministru li wasal il-waqt li jingħalaq l-inċineratur li hemm fl-Isptar San Luqa? Meta ilu jiġi mwiegħed li dan l-inċineratur ser jingħalaq minħabba l-ħsara li qed ikollu fuq l-ambjent u fuq is-saħħa taċ-ċittadini ta' l-inħawi, ma jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li jsir studju serju fuq l-effetti li dan qed ikollu fuq is-saħħa tar-residenti tal-lokal, u li malli jsir dan l-istudju jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mhux biss il-Ministru jaqbel imma jixtieq jinforma lill-Onor Interpellant li l-aġġudikazjoni tat-tender għall-"non-burn technology" minflok l-inċineratur preżenti waslet fl-aħħar fażijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-gvern biex xtara l-bini li kien intenzjonat għall-Maria Buġeja cash for cancer foundation? Jista' jgħid kemm kien hemm dejn fuq dan il-bini? Jista' jispjega għal xiex ser jiġi wżat dan il-bini?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-snin 2001 u 2002 s'issa xi spezzjonijiet saru mill-istrutturi rilevanti dwar il-livell ta' radjazzjoni elettro-manjetika tal-mobile phone base stations imwaħħla fuq bjut ġewwa l-Imġarr, Malta? Kemm saru minn dawn l-ispezzjonijiet? X'irriżulta minnhom? Meta saru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 33060, jista' l-Ministru jikkonsidra mill-ġdid it-tweġiba li ta peress li jidher li saret l-applikazzjoni lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar sabiex il-health centre ta' Ħal Qormi jiġi konvertit f'dar għall-anzjani?
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq fuq safar bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-aħħar ta' Settembru 2001 fil-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabbilita tiegħek? Kemm min dan l-infieq kien fuq safar relatat mal-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bejn l-ewwel ta' Jannar 2001 u l-aħħar ta' Settembru 2001, fil-Ministeru tas-Saħħa u l-entitajiet li jaqgħu taħtu intefqu lm70,882.
Minn dan l-ammont, Lm16,096 intefqu f'safar relatat ma' l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir sabiex tiġi rimedjata l-backlog ta' appuntamenti pendenti li għandhom iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin fl-isptarijiet ta' l-istat f'Malta u Għawdex
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Mistoqsija hija ftit jew wisq ġenerika. Jekk l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema Dipartiment jew Dipartimenti qiegħed jalludi, nkun nista` nagħti d-dettalji mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'fibrosing alveolitits f'pajjiżna?
Peress li qed jiġi ssuġġerit lilhom lung transplant li barra minn pajjiżna hija operazzjoni għolja wisq minħabba t-trasport bl-ajru bl-użu ta' ajruplan-ambulanza jista' jiġi kkunsidrat li operazzjoni simili ssir f'pajjiżna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma teżistix informazzjoni preċiża dwar kemm għandna persuni fil-pajjiż li jsofru minn fibrosing alveolitis.
Sa llum m'hux possibbli li dawn it-trapjanti jsiru f'pajjiżna għal ħafna raġunijiet, fosthom l-availability ta donaturi.
Tajjeb li nżommu saqajna ma' l-art u nkomplu ninvestu u niżviluppaw f'servizzi tas-saħħa li l-effikaċja klinika tagħhom tkun ippruvata u li allura joffru valur miżjud f'saħħa u kwalita' ta' ħajja aħjar liċ-ċittadini tagħna.
Jista' l-Ministru jgħid possibli jittieħdu passi biex terġa issir l-extension tat-telefon mill-isptar San Luqa għall-isptar Monte Karmeli billi din l-extension tenħħiet ftit ilu u ma reġgħetx saret?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-extension qatt ma tneħħiet.
Infurmat li arranġamenti diġa' saru mall-Maltacom biex il-ħsarat jiġu rranġati iżda ftit taż-żmien irid jgħaddi peress li jridu jinġiebu xi "spare parts" minn barra.
Jista' l-Ministru jgħid possibli tiġi iċċekjata l-extension tat-telefon bejn l-isptar San Luqa ma' l-isptar Boffa għax din qed tkun bil-ħsara ta' spiss?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li arranġamenti diġa' saru mall-Maltacom biex il-ħsarat jiġu rranġati iżda ftit taż-żmien irid jgħaddi peress li jridu jinġiebu xi "spare parts" minn barra.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid meta bejn wieħed u ieħor se toħroġ sejħa għal SRNs speċjalment in vista ta' persuni li minn ENs għamlu l-conversion course biex jilħqu staff nurses?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li s-sejħa għal applikazzjonijiet għall-postijiet ta' Staff Nurse fid-Diviżjoni tas-Saħħa għandha tiġi ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' testijiet tad-demm, stress ECG, u ex-ray li saru matul ix-xahar ta' Jannar 2002?
X'kienet is-sitwazzjoni għall-istess xahar għas-snin 2001, 2000, u 1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għad baqa nies fl-out-patients ta' SLH li kienu ġew affettwati mill-istrajk tat-tobba u li għad iridu jiġu mogħtija appuntament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li ma għadx baqa' nies fl-out-patients ta' l-iSptar San Luqa li ġew milquta mill-istrajk tat-tobba u li għadhom mingħajr appuntament.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-health centre ta' Ħal Qormi hux fir-responsabilita tal-ministeru tas-saħħa?
Jekk fl-affermattiv, kif jistgħu żewġ persuni japplikaw lill-awtorita' ta' l-ippjanar sabiex jikkonvertu dan iċ-ċentru f'dar għall-anzjani mingħajr ma jinfurmaw lill-ministeru tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi tifforma parti mid-Dipartiment tal-Kura Primarja li taqa' taħt il-Ministeru tas-Saħħa.
Bħalma diġa' għidna fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33060, aħna qatt ma applikajna jew ġejna nfurmati biex ic-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi jiġi kkonvertit jew jinbidel f'dar ta' l-anzjani kif allegat fil-Mistoqsija 33060.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm-il darba kien hemm spezzjonijiet minn spetturi tas-saħħa fil-fabbrika li tipproduċi l-ħalib u prodotti relatati? X'irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet? Saru xi lmenti dwar ħmieġ misjub fil-yoghurt? Fil-każ li iva, x'passi ttieħdu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li saru ħdax (11)-il spezzjoni minn uffiċċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fil-fabbrika indikata matul din is-sena.
Infurmat ukoll li ma jirriżultax li kien hemm ilmenti dwar ħmieġ fil-yoghurt, kif allegat.