Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26928 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Skejjel/Istituzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret VAT minn fuq l-iskejjel u/jew istituzzjonijiet edukattivi din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

“Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond l-Att tal-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud, il-provvista ta’ edukazzjoni minn skejjel jew istituzzjonijiet kif indikat fl-istess Att hija eżenti u għaldaqstant ma tinġabar ebda VAT minn dawn l-organizzazzjonijiet fuq din il-provvista”.
Leg 9 PQ #26950 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Retainers

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26604?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lil Onorevoli Interpellant li gighed impoggi fuq il-mejda tal-kamra twegiba ghal-mistoqsija parlamentari numru 26950.
Leg 9 PQ #26943 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Complaince — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tax compliance unit għamlitx u/jew qiegħda tagħmel użu mis-servizzi ta' xi konsulenzi? Jekk iva, min huma l-konsulenti? X'inhuma l-assignments tagħhom u kemm qed jitħallsu tas-servizzi tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onor. Membru li bhal issa it-Tax Compliance Unit qed taghmel uzu minn-Servizz ta’ konsulenza mill- Malta University Services bhala assistenza fl-ezercizzju tal-benchmarks. L-ispiza mistennija li tilhaq is-somma ta’ Lm943.
Leg 9 PQ #26944 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

TCU

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija li jitħabbru l-benchmarks tat-TCU? Jista' jgħid kemm hi twila l-lista ta' setturi ta' operaturi ekonomiċi li hemm involuti f'dan l-eżerċizzju?

Response (DALLI, JOHN)

Kif ghidt qabel, l-informazjoni mitluba tinghata meta jkun il-waqt
Leg 9 PQ #26946 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid is-selection board attwali għall-għażla ta' l-ingaġġ ta' nies ġodda fit-tax compliance unit minn min huwa kompost? Il-membri ta' dan il-bord ġew nominati mit-TCU innifsu jew mill-ministeru tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lil-Onor. Membru li is-selection Board attwali ghall-ghazla ta’ l-ingagg ta’ nies godda fit-Tax Compliance Unit huwa kompost minn ufficcjali pubblici li gew nominati mill-Public Service Commission. Il-membri tas-selection Board huma: Chairman - Paul J Barbara Kap tat-TCU Membri Oliver Vassallo Direttur Operations VAT Anthony Vella Direttur Operations Inland Revenue Dept. Joseph Church Direttur Corporate Services, Health Ministry
Leg 9 PQ #26955 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tal-Finanzi

Medical Board

Question

Jista' l-Ministru jara il-għala dawk il-ħaddiema tat-Tarzna li spiċċaw bl-early retirement scheme wara li għaddew medical board jingħataw l-increments u iż-żidiet għall-għoli tal-ħajja għas-sena 2001 peress li għadhom ma rċevewhomx mentri dawk tas-sena 2000 kienu diġa rċevewhom?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex jaghmel il mistoqsija lil Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #26598 Sitting 565 2001-06-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Container Scanner

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani meta se tibda topera l-container scanner fid-Dipartiment tad-Dwana? Kemm tħarrġu uffiċjali u personnel tad-dwana sabiex iħaddmu din is-sistema ġdid biex ikun ikkontrollat il-kuntrabandu fil-gżejjer tagħna?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għadhom qed isiru l-arranġamenti meħtieġa biex il-container scanner, li se jingħata mill-Gvern Amerikan, jinġieb Malta u jitqiegħed fis-sit magħżul u biex jingħata t-taħriġ neċessarju lill-uffiċjali tad-Dwana li ser iħaddmu dan l-apparat.
Leg 9 PQ #26600 Sitting 565 2001-06-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' kuntrabandu li interċettat id-Dwana f'Malta u Għawdex matul l-ewel 6 xhur ta' din is-sena? X'każijiet kienu w x'passi ttieħdu u kemm tressqu persuni l-Qorti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub qed nagħtih hawn taħt: a. Numru ta' każijiet (mill-1 ta' Jannar 2001 sal-21 Ġunju 2001) - 27 b. Il-każijiet kienu konnessi ma' kuntrabandu ta': Droga, 'mobile phones', prodotti kosmetiċi, kullani tal-korall, għasafar u annimali ħajjin, għasafar u annimali bbalzmati, 'smart cards', artikoli tal-fidda, sigaretti, sigari u tabakk fost affarijiet oħra. c. X'passi ttieħdu: Inħarġet Nota ta' Qbid (fejn kien il-każ); uħud mill-persuni allegatament għadhom qegħdin jiġu nvestigati, u, persuna ddeċidiet li tissetilja l-każ tagħha amministrattivament (taħt Sezzjoni 63A tal-Ordinanza tad-Dwana, Kap 37 tal-Liġijiet ta' Malta). d. Numru ta' persuni li tressqu 'l Qorti - 20 e. Numru ta' persuni li ssetiljaw il-każ barra 'l Qorti - 1 f. Numru ta' persuni li għadhom qegħdin jiġu nvestigati - 12
Leg 9 PQ #26800 Sitting 565 2001-06-27 Oral · Interim From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Allowance

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26419 dwar kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi minn skala 5 il fuq kif wkoll konsulenti mal-Gvern illi mill-ewwel ta' Jannar 2001 ġew mogħtija jew żieda f'xi allowance jew xi allowance ġdid kompletament u x'pozizzjoni qed jokkupaw dawn l-uffiċjali. Jista' jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma dawn l-uffċijali? Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffiċjal? X'inhija r-raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata għal kull uffiċjali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26683 Sitting 564 2001-06-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26567 tistgħax tgħid kemm-il VAT affetwat kull skola?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onorevoli Interpellant missu jaf li ma nistax ngħati nformazzjoni fuq taxpayers partikulari.
Leg 9 PQ #26693 Sitting 564 2001-06-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Sinking Funds

Question

Jista' l-Ministru jgħati dettalji dwar il-provvediment għall sinking funds (contribution to sinking funds) li hemm fil-public finance figures għall Jannar-Mejju li għadhom kif ġew ippublikati?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #26635 Sitting 562 2001-06-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Donazzjonijiet

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25333, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn l-għoti ta' donazzjonijiet jekk sar, sar b'ġustizzja, b'fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu; u (3) biex il-Kamra tkun assigurta li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti dwar infiq pubbliku b'mod trasparenti peress li l-poplu għandu dritt ikun jaf? (PQ waslet 14/5/2001)

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli membru għat-tweġiba li tajtu għal-mistoqsija numru 25814. Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huma differenti l-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Leg 9 PQ #26625 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Sigurta' Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-ħlas lura ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali li tħallsu żejda fl-1999 u 2000 f'isem il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? X'qed iżomm milli jsir dan il-ħlas?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni, issa ngħata l-informazzjoni meħtieġa mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali biex ikun jista' jibda jħallas ir-refunds dovuti. Rigward il-każ imsemmi fil-mistoqsija parlamentari, l-persuna kkonċernata għanda tikkontatja lis-Sezzjoni tas-Sigurta' Soċjali fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni fi Blokk 3 biex tingħata t-tagħrif meħtieġ.
Leg 9 PQ #26567 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret VAT mis-settur edukattiv s'issa? Jista' jagħti breakdown skola skola kemm inġabret?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sal-1 ta’ Jannar 2001, il-provvista ta’ edukazzjoni minn skejjel taħt l-Att ta’ l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud kienet eżenti bi kreditu. Mill-1 ta’ Jannar 2001, din il-provvista saret eżenti mingħajr kreditu permezz ta’ l-Avviż Legali 274 ta’ l-2000.
Leg 9 PQ #25814 Sitting 555 2001-06-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Reklami

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari rnu. 25315, jista' l-Ministru jgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: 1) tikkonċerna nfieq pubbliku? 2) biex il-kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn ir-reklami u l-infieq imsemmi qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuz u mingħajr favoritiżmu? u 3) biex il-kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Peress li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuż, fin-nuqqas ta' l-informazzjoni mitluba ma jkunx jqiegħed jonqos milli jgħati informazzjoni importanti dwar infieq pubbliku b'mod trasparenti li l-poplu għandu dritt ikun jaf?

Response (DALLI, JOHN)

Infakkar lill-Onorevoli membri li biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata dwar kull reklam li sar f'dawn l-aħħar tlett snin minn kull dipartiment u kull entita' oħra li jaqgħu taht id-dekasteru tiegħi - kif qiegħed jitlob li jsir - ikun jeħtieġ l-użu ta' riżorsi umani li wkoll jinvolvi nfieq pubbliku. Jien miniex soddisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-mistoqsija Numru 25315 tiġġustifika li jien nordna li din għandha tinġabar. Jekk, iżda, l-onorevoli interpellant għandu xi provi ta' każi partikulari fejn il-proċeduri ma sarux "b'trasparenza, mingħajr ħabi, bla bżonn u bla abbuż u mingħajr favoritiżmu" jgħidhomli u jien nara li jittieħdu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #26500 Sitting 555 2001-06-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatizzazzjoni tal-Lottu

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk fil-proċess li għaddej dwar il-privatizzazzjoni tal-lottu, saritx xi forma ta' konsultazzjoni mar-riċevituri tal-lottu? Jista' wkoll jinforma lill-Kamra x'sejjer ikun l-effett tal-privatizzazzjoni fuq ħafna każini tal-banda tal-lottu, u jekk hux qed jittieħdu passi biex il-kummissjoni li jirċievu dawn il-każini tibqa bla mittiefsa fil-ġejjieni? Saru xi forma ta' kuntratti bejn il-Ministeru tal-Finanzi u l-Għaqda Każini tal-Banda dwar din il-materja ta' importanza vitali? Jafx l-Onorevoli illi jekk tintilef il-kummissjoni minn dawn il-każini, din tista' tkun daqqa mortali għalihom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li saret konsultazzjoni mar-riċevituri tal-lottu. Rigward l-effett tal-privatizzazzjoni fuq ħafna każini tal-banda tal-lottu, r-Request for Proposals for a National Lottery Licence jgħid dan li ġej: Applicants are encouraged to propose arrangements relating to the continued enjoyment by concessionaries of the benefit which they presently enjoy in terms of the relevant laws. Qegħdin nistennew il-proposti biex imbagħad fuqhom nieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija l-effetti qegħdin jiġu meħudin inkunsiderazzjoni.
Leg 9 PQ #26448 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jara li l-VAT dovuta fuq oġġetti li jimportaw passiġġieri li jaslu fl-ajruport ta' Malta, wara l-ħinijiet normali tal-uffiċċju, tkun tista' titħallas dak in-nhar; peress li waqt li f'dawn il-ħinijiet ikum hemm uffiċċjal tad-dwana li jitħallas it-taxxa dovuta lid-Dwana, minn naħa l-oħra mhux qed ikun hemm uffiċċjal tal-VAT u l-oġġetti qed jitħallex l-ajruport sa ma titħallas il-VAT, b'inkonvenjenza għal-pubbliku?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jidher illi l-mistoqsija tirreferi għal dawk il-passiġġieri/importaturi li jġibu magħhom oġġetti fi kwantitajiet kummerċjali u li għar-raġunijiet tagħhom ma jimpurtawhomx bl-airfreight. Il-proċedura hija illi l-merkanzija fid-diversi bagolli ta' dawn l-impurtaturi tkun eżaminata fl-uffiċċju tad-Dwana ta' l-Arrivals biex wara li jitħallas dak li jkun dovut tiġi rilaxxata. Dan isir matul il-ħinijet tal-ġurnata ta' l-uffiċċju. Tajjeb forsi jingħad li f'dawn il-każi diġa dawn l-impurtaturi qed jingħataw ċertu faċilita' fuq min jimpurta bl-airfreight għaliex mhux qed jintbagħtu l-Airfreight Section biex jagħmlu u jipproċessaw id-dokumenti hemm u wara jkollhom imorru lura għall-eżami tal-merkanzija u r-rilaxx fl-Arrivals.
Leg 9 PQ #26492 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri u x'policy se jaddotta l-Gvern rigward il-prezz tal-ħxejjex lokali ġaladarba pajjiżna jsir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #26493 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna l-kamra b'dak li qed isir bejn l-imsieħba soċjali rigward il-futur tal-pensjonijiet f'pajjiżna? JIsta' jgħid jekk l-MFSC hijiex qed tikkordina mal-Għaqdiet tal-konsumatur rigward il-bejgħ ta' Life Policies u Pension Schemes Privati

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sa fejn għandu x'jaqsam l-MFSC, iċ-Ċentru wasal biex jiffinalizza abbozz dwar ir-Retirement Investment Funds, li huma aktar indirizati lejn kumpanniji u entitajiet simili, milli lejn individwi. L-MFSC torganizza diversi seminars u attivitajiet oħra pubbliċi, li jkunu miftuha għal kulħadd u li jservu bħala okkazzjoni ta' konsultazzjoni mal-partijiet kollha interessati li jipparteċipaw.
Leg 9 PQ #25564 Sitting 553 2001-06-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mall-Ministeru w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonjiet għal dawn l-imjiegi? Jekk jirrizulta li ġew impjegati mingħajr ma' ħarġu applikazjonijiet, jista' jgħid kemm dawn l-impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji intużaw biex jingħataw l-imsemmi impjieg? Jista' jgħid f'kull każ x'inhu s-salarju u x'inhuma l-kundizzjonijiet

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-mejda tal-kamra tabella bit-tagħrif mitlub dwar impjegati ġodda fl-entitajiet tad-dekasteru tiegħi. Għar-rigward ta' impjegati ġodda fis-Servizz Pubbliku, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija mill-Prim Ministru għall-mistoqsija numru 25568.