Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa jaħdmu l-wardens f'kull triq f'San Ġwann? Kemm inħarġu tickets f'kull triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Kunsilli Lokali ghandhom id-delega biex jamministraw huma l-infurzar fil-lokalitajiet taghhom. Nitlob ghalhekk lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Kunsill Lokali relevanti.
Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Impjegati Ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?
X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpllant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar, ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Billi aktar minn 200,000 att nutarili ma ġewx depożitati u għalhekk mhux spezzjonati mill-qorti tar-reviżjoni sas-sena li għaddiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn ġew depożitati wara l-aħħar emenda li saret għal notarial professions and notarial achives act 1999?
Response (GATT, AUSTIN)
Billi l-Atti Notarili jigu depozitati man-Nutar tal-Gvern li, skond id-dispozizzjonijiet tal -Att IX tal-2000 b'effett mill-21 ta' Marzu 2000, jaqa' taht id-dekasteru tal-Ministeru tal-Intern, qed jigi ssuggerit li din il-mistoqsija tigi ndirizzata lilu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-reġistrar tal-Qorti jaċċettax ħlasijiet ta' multi, ħlasijiet ta' rikorsi, eċċ b'cheque u/jew credit card?
Response (GATT, AUSTIN)
Hlasijiet b'cekk fil-Qrati jigu accettati. Hlasijiet bi credit card s'issa ghadhom qatt ma gew effettwati . Pero' f'dan ir-rigward tista' ssir referenza ghat-twegiba li nghatat ghall-mistoqsija numru 2346 moghtija fid-9 ta' Dicembru 1998 (Seduta numru 25).
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm kienu dawk li għamlu użu minn kull kunsill lokali fuq l-aċċess tal-one stop shop?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-kuncett tal-'one stop shop' hu relatt ma' diversi servizzi li qed jinghataw mill-Kunsilli Lokali. Ghaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Interpellanti biex tispecifika liema servizz qed talludi ghalih sabiex tkun tista' tinghata risposta preciza.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kunsilliera rriżenjaw matul din is-sena? Mil-liema lokalita' kienu?
Response (GATT, AUSTIN)
Matul din is-sena irrizenjaw tmien (8) kunsillieri - wiehed minn kull lokalita` imsemmija hawn taht:
Bormla, Fgura, Isla, Xaghra, Xewkija, Zebbug , Zebbug (Ghawdex) u Msida.
Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet qegħdin jinżammu jekk hemm, fil-każ tal-bomb hoaxes kontinwi li qegħdin isiru fil-bini tal-Qrati tal-Ġustizzja u li qegħdin kważi kuljum iħarbtu x-xogħol u l-kawżi minħabba l-ordnijiet ta' evakwazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta li nghatat ghall-mistoqsija parlamentari nru 18480 f' seduta 356 .
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ċitazzjonijiet quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili mill-1-10-99 sa l-1-11-99 u mill-1-10-2000 sa l-1-11-2000?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar, ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk permezz ta' tracking systems, l-awtoritajiet ikunu jafu fejn qegħdin il-gwardjani lokali f'kull ħin?
Billi dawn il-gwardjani jġorru tagħmir elettroniku waqt xogħolhom, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' studju sar biex jiżguraw illi dan it-tgħamir ma jgħamilx ħsara?
Response (GATT, AUSTIN)
Nikkonferma li l-Kunsilli Lokali jistghu jaraw fejn qeghdin il-gwardjani lokali permezz ta' l-apparat li jintlibes u jigi operat mill-istess gwardjani lokali.
Jien ghandi konferma mill-kuntrattur tas-sistema li wara li kien sar studju, jirrizulta li l-energija totali emessa mill-apparat li jilbes il-gwardjan lokali, hija ferm inqas minn dik stabbilita internazzjonalment bhala perikoluza u ghad-dannu tas-sahha tal-bniedem. Dan minhabba li t-trasmissjonijiet illi jsiru mill-apparat huma ta' durata ta' millezmi ta' sekonda kull ftit minuti.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol tal-paving ġewwa Triq Sidtna tal-Anġli, Ħaż-Żebbuġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsill Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda l-embellishment project fTal-Blat, Housing Estate, Qormi (non-council task)?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuggerrixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsilli tal-lokalita billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli ghalkemm fil-mistoqsija qed jinghad li dan il-progett huwa `non-council task`.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l-embellishment ġewwa Triq il-Knisja, Ħaż-Żebbuġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet,esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha , fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ġust li numru sostanzjali ta' ċittadini qed jirċievu ċitazzjonijiet mingħand il-local wardens bil-posta meta ħafna drabi l-anqas biss ikunu jafu bihom? Jaf li qed ikun hemm każi fejn min jirċievi ċ-ċitazzjoni mhux dejjem ikun il-persuna li forsi setgħet għamlet ir-reat?
Jaħsibx li din hi sistema li trid titranġa?
Response (GATT, AUSTIN)
In-notifika bil-posta tintuza biss meta l-kontravenzjoni ssir waqt li l-karozza tkun mixja (ez. uzu ta` mobile phone waqt sewqan) u ila tintuza sistema simili snin twal qable ma dahlu l-gwardjani lokali.
Jista' l-Ministru jgħid issa li għadda ċertu żmien mindu daħlu l-gwardjani lokal, sarx xi studju kif dan is-servizz qed jolqot il-finanzi tal-kunsilli lokali?
Jirriżulta li dan is-servizz huwa sostenibbli? X'servizzi kellhom inaqqsu jew jaqtgħu l-kunsilli lokali wara li tgħabbew bl-ispiża tal-gwardjani lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li wara sejha ghall-offerti gie appuntat awditur biex jaghmel interim audit gheluq is-sitt xhur mill-ghoti tad-delega tal-infurzar tal-ligijiet lil ghaxar gruppi tal-Kunsilli Lokali.