Jista’ il-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm membri tal-korp tal-pulizija li huma sospiżi għaliex qed jistennew proċeduri fil-qorti? X’rank għandhom? X’inhu r-reat? Meta ġie sospiż kull wieħed minnhom? Hemm pulizija li qed jistennew biex jidhru l-qorti fuq xi reat iżda m’humiex sospiżi mix-xogħol? Jista’ jagħti l-istess dettalji mitluba aktar ‘il fuq bid-data ta’ meta sar kull allegat reat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista` il-Ministru jgħid x’sar minnha l-karozza Kia Avella proprjeta` tal-C.C.F.? Jista` jgħid jekk kienetx involuta f’xi inċident nhar l-20 ta’ Awissu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi karozza tal-marka Kia Avella proprjeta` tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi kienet involuta f`inċident tat-traffiku nhar l-20 ta` Awissu 2002.
Minħabba nuqqas ta` spazju fil-garaxx tad-dipartiment, din qegħda tinżamm fejn illum dan id-dipartiment għandu l-Accounts Section ġewwa Kordin.
Jista` il-Ministru jara li jsir il-ħlas tal-kumpens dovut lill-persuna hawn taħt indikata, wara li ttieħdet lilha proprjeta` f’20 Marina Street Senglea?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet qiegħed fil-proċess li jistabbilixxi jekk il-persuna indikata hiex is-sid tal-proprjeta` ta` 20 Marina Street, Senglea sabiex ikun jista` jitħallas il-kumpens dovut.
Jista' il-Ministru jgħid issa li qed tiftaħ regolarment l-għassa tal-pulizija fil-Furjana, jistgħu jsiru arranġamenti sabiex dan is-servizz jibqa' jingħata? Meta hu maħsub li tiġi inawgurata l-għassa tal-pulizija f'Tal-Pieta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi qed isir kull sforz sabiex l-Għassa tal-Furjana tibqa` tinżamm miftuħa regolarment, pero` dan mhux dejjem ikun possibli minħabba il-'commitments' kbar li jiffaċċja l-Korp tal-Pulizija.
Ninsab infurmat ukoll illi l-Korp tal-Pulizija qed jagħmel minn kollox sabiex ikollu għassa tal-Pulizija f`tal-Pieta`. Fil-fatt, il-Kunsill Lokali tal-Pieta` kera post u ser jgħaddi parti minnu lill-Korp tal-Pulizija sabiex tintuża bħala għassa. Minħabba l-fatt li huwa neċessarju li jsiru xi alterazzjonijiet strutturali, diġa` qed tittieħed l-azzjoni neċessarja sabiex jinkisbu l-permessi neċessarji mill-MEPA.
B’riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 35170, jista’ l-Ministru jagħti d-data meta ġara l-każ u d-data meta ġie nformat il-maġistrat li qiegħed imexxi l-inkjesta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-każ ġara fit-28 ta` Ġunju 2002 filwaqt li l-Maġistrat ta` l-għassa kien infurmat fl-istess jum.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Lulju 2002? Jista’ jikklassifika s-serq? Jista’ jgħid kemm ġew solvuti serq matul Lulju 2002?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Lulju 2002 il-każi ta` serq li ġew irrappurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 46 każ ta` serq.
NUMRU TA’ SERQIET LI ĠEW RAPPURTATI:-
Lulju
·
Hold-up
3
·
Pick pocketing
56
·
Sntatch & grab
10
· Serq min dgħajjes
9
· Serq ta’ dgħajjes
7
· Serq ta’ karozzi
41
· Serq min karozzi
247
· Serq min barijiet / lukandi
141
· Serq min fabbriki
6
· Serq min residenzi
68
· Serq min ħwienet
58
· Serq min xtajtiet
153
· Serq ieħor
300
Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Lulju 2002? Jista’ jikklassifika r-reati? Jista’ jgħid kemm ġew solvuti reati matul Lulju 2002?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi it-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Lulju 2002 kien hemm 500 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Awissu 2002? Jista’ jikklassifika s-serq? Jista’ jgħid kemm ġew solvuti serq matul Awissu 2002?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Awissu 2002 il-każi ta` serq li ġew irrappurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 77 każ ta’ serq.
NUMRU TA’ SERQIET LI ĠEW RAPPURTATI:-
Awissu
·
Hold-up
1
·
Pick pocketing
42
·
Sntatch & grab
10
· Serq min dgħajjes
9
· Serq ta’ dgħajjes
7
· Serq ta’ karozzi
55
· Serq min karozzi
251
· Serq min barijiet / lukandi
155
· Serq min fabbriki
5
· Serq min residenzi
63
· Serq min ħwienet
56
· Serq min xtajtiet
132
· Serq ieħor
223
Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Awissu 2002? Jista’ jikklassifika r-reati? Jista’ jgħid kemm ġew solvuti reati matul Awissu 2002?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi it-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Awissu 2002 kien hemm 193 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Jista' il-Ministru jwieġeb parti mill-mistoqsija 35204 li tikkonċerna l-ministeru tiegħek, jista' jgħid kemm telgħet in-nefqa totali - inklużi passaġġi ta' l-ajru - fuq id-delegazzjoni li inti mexxejt fl-Afrika t'isfel in konnessjoni mal-world summit for sustainable development?
Response (BORG, TONIO)
Il-parti tan-nefqa tad-delegazzjoni mħallsa mill-Ministeru għall-Intern u l-Ambjent għal World Summit for Sustainable Development li nżammet fl-Afrika t`Isfel kienet ta` Lm13,997.42. Dan l-ammont ikopri l-ispejjeż taż-żjara tas-Segretarju Parlamentari, is-segretarju privat tiegħu, żewġ uffiċjali tal-ministeru, uffiċjal mill-MEPA, konsulent tal-ministeru, uffiċjal tal-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin u rappreżentant mill-Għaqdiet Mhux Governattivi. L-ispiża tkopri l-passaġġ u l-akkomodazzjoni tar-rappreżentant mill-Għaqdiet Mhux Governattivi. Kull delegazzjoni kienet mitluba li tinkludi tali rappreżentant.
Wara r-rapport li deher fi “The Malta Independent” tal-Ħadd ta’ l-1 ta’ Settembru 2000, dwar tfajla ta’ 13-il sena li nstabet f’nightclub fl-4.30 ta’ filgħodu, jista’ il-Ministru jgħid x’passi ħadu l-pulizija kontra s-sidien fejn instabet u fil-postijiet ta’ divertiment li kienet matul dik il-lejla? Fl-eventwalita’ li r-risposta tkun fin-negattiv, peress li isem omm it-tfajla issemma fir-rapport dan ma kienx aktar faċli għall-pulizija li tieħu passi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma irceviet l-ebda rapport dwar dan il-kaz, u m'ghandha l-ebda informazzjoni sabiex tista' tmexxi investigazzjoni u jittiehdu passi.
Ninsab ukoll infurmat illi l-Pulizija taghmel spezzjonijiet regolari f'postijiet ta' divertiment sabiex tassigura li ma jkunx hemm tfal taht l-eta`.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il persuna nstabet tikkaċċa u tonsob illegalment mill-1 ta’ Jannar, 2002 sal-15 ta’ Settembru, 2002? F’liema inħawi nstabu? X’kienu l-akkużi prinċipali li nġiebu kontra dawn il-persuni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sal-15 ta` Settembru 2002, inqabdu 174 persuna u ittelgħu/ser jittelgħu l-Qorti bi ksur tar-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta` l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta` Speċi Protetti u Riservi Naturali); u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).
Il-lokalitajiet li fihom inqabdu dawn il-persuni huma kif ġej:-
Attard
Iklin
Rabat
B`Buġia
Imġarr
Safi
Baħar iċ-Ċagħaq
Imnajdra
Salina
Bidnija
Imtaħleb
San Ġiljan
Bormla
Kalkara
Siġġiewi
Buskett
Kennedy Grove
Ta` Qali
Ċirkewwa (Fliegu)
Kirkop
Tas-Silġ
Delimara
Luqa
Wardija
Dingli
Madliena
Wied Inċita
Dwejra
Magħtab
Victoria
Fawwara
Manikata
Xagħra
Għarb
Marfa
Xewkija
Għajn Tuffieħa
Marsaskala
Żabbar
Għaxaq
Marsaxlokk
Żejtun
Girgenti
Mellieħa
Żurrieq
Ġnejna
Pembroke
Gudja
Qala
Ħal Far
Qormi
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-pulizija fit-taqsima ta’ l-ALE? X’vetturi u opri tal-baħar għandhom? X’taħriġ ingħataw dawn il-pulizija biex ikunu aktar effiċjenti fix-xogħol tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fit-Taqsima ta' l-A.L.E. hemm 26 membru tal-Pulizija. Dawn ghandhom ghad-dispozizzjoni taghhom 5 vetturi u 3 opri tal-bahar.
Fix-xhur li ghaddew membri minn din it-Taqsima attendew kors, u kisbu licenzja mill-Istitut Marittimu ta' Malta sabiex jistghu juzaw opri tal-bahar li ghandhom mutur ta' aktar minn 100h.p. Attendew ukoll seminar mill-MCAST dwar il-ligijiet marittimi.
Infurmat ukoll illi f'nofs is-sena 2001, membri ta' l-A.L.E. attendew kors intensiv ta' gimgha in konnessjoni max-xoghol investigattiv dwar speci ta' flora u fauna.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi biex dawk li jissejħu gwardji tas-sigurta’ jew bouncers jiġu lliċenzjati? Kemm saru laqgħat bejn uffiċjali ta’ l-intern u l-kummissarju tal-pulizija dwar dan minn Ġunju sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda zviluppi dwar dan is-suggett. Nirreferi ukoll lill-Onorevoli Interpellant ghat-Twegiba moghtija ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23014.
Jista` il-Ministru jinforma lill-Kamra x’azzjoni qiegħda ttieħed mill-Planning Authority jew awtorita` suċċessiva tagħha rigwardanti
(a) l-
enforcement notice
1172/2001
(b) it-tneħħija tal-bini li huwa f’nofs Triq il-Qastan, Baħrija li miegħu tela` bini bla faċċata fuq triq skond PA nos. 01514/01 u 00212/2000.
Jista` il-Ministru jieħu l-passi biex:
(a) l-Lands Department tespropja t-triq
(b) twaqqa l-istess ingombru?
Qed nibgħat separatament kopja ta’ ritratti relevanti. Vide ritratti uniti.
Response (BORG, TONIO)
Is-sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet Avviż biex Tieqaf u ta` Twettieq b`referenza ECF 11720/01, datat 16 ta` Novembru 2001. L-azzjoni ttieħdet għaliex sar ksur ta` kundizzjoni tal-permess relatat PA 1514/01, u dan talli ma ġietx miftuħa t-triq qabel ma nbeda ix-xogħol permessibli. L-Awtorita` se toħroġ ukoll Avviż ta` Projbizzjoni ta` Trasferiment ta` l-Art fuq dan l-iżvilupp ġdid.
Ta` min jinnota li l-Awtorita` ġiet notifikata b`ittra datata 4 ta` Jannar 2002 li saret talba lid-Direttur ta` l-Artijiet minn sid ill-post biex issir esproprjazzjoni ta` l-art in kwistjoni, iżda f`dan il-każ id-Dipartiment tal-Artijiet ma jesproprjax proprjeta` li tiġi f`dik il-parti tat-triq li qegħda quddiem art li ġiet żviluppata, dan anke biex ma jippremjax finanzjarjament lil min ikun kiser il-kundizzjonijiet tal-permess tal-bini.
L-Awtorita` ser tibqa` ssegwi l-azzjoni għall-infurzar.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-permessi tal-kaċċa għat-tehid ta' għasafar u għaż-żamma ta' senter jew snieter fi stat funzjonabbli m'humiex jitħallsu?
Jista' l-Ministru jinfurmani x'benefiċċji, kumpens finanzjarju, kundizzjonijiet, mobile phones, karozzi eċċ għandhom il-membri tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid ta' min hu t-titlu ta' l-art li hemm annessa mal-ground tal-football ta' San Gwann?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li biswit il-ground tal-futbol ta` San Ġwann hemm żewġ biċċiet art li huma tal-Gvern, waħda fuq in-naħa ta` Misraħ Ċentawrja, li hija mogħtija bi qbiela lil individwu u l-oħra fuq in-naħa ta` Vjal ir-Rihan u li hija riservata bħala estensjoni għall-iskola primarja ta` San Ġwann.