Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27711 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li illum hi ċittadina Maltija. Meta saret ċittadina Maltija? X'ċittadinanza kellha din il-persuna qabel saret Maltija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija magħmula mill-persuna indikata mill-Onor. Membru kienet ġiet miċħuda.
Leg 9 PQ #27713 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Priġuneri — Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri li talbu li jsegwu kors l-Universita'? Dawn il-priġunieri qegħdin jiskontaw sentenza ta' priġunerija? Kemm hi is-sentenza? Kemm baqagħlhom jiskontaw? U ta' x'hiex instabu ħatja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li hemm priġunier li diġa` ilu sena isegwi kors fl-Universita`. Hemm priġunier ieħor li wara li għadu kif ġab ir-rekwiżiti neċessarji biex jattendi kors l-Universita` għamel it-talba biex jattendi. Dan il-priġunier qiegħed jiskonta sentenza ta` seba snin wara li nstab ħati ta` pussess u traffikar ta` droga. Huwa jiskonta s-sentenza fid-29 ta` Awissu 2002.
Leg 9 PQ #27714 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żewġ uffiċjali tal-pulizija li qegħdin jittieħdu proċeduri kontrihom minħabba li assoċjaw ruħhom ma' mara ta' priġunier li qiegħed jiskonta sentenza ta' priġunerija f'kumpanija privata humiex sospiżi sakemm jintemmu l-proċeduri ta' dixxiplina? X'proċeduri ta' dixxiplina inbdew kontra l-pulizija? Min qiegħed jisma' dawn il-proċeduri?

Response (BORG, TONIO)

Il-każ ġie riferut lill-Kummissjoni Servizz Pubbliku u fi żmien qasir għandha tittieħed deċiżjoni dwar il-kwestjonijiet msemmija fid-Domanda Parlamentari.
Leg 9 PQ #27722 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Deportati Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew deportati barranin din is-sena u għaliex? Minn liema pajjiż kienu?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27649 f`din l-istess Seduta. Dawn il-persuni ġew deportati peress li b`xi mod kienu Malta llegalment.
Leg 9 PQ #27723 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Stabbilimenti tad-Divertiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn stabbilimenti tad-divertiment li għandhom permess jibqgħu miftuħin aktar mis-sagħtejn (2) ta' filgħodu? Kemm kien in-numru ta' stabbilimenti li nqabdu mill-pulizija miftuħa wara il-ħin permess din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant għadu qed jinġabar.
Leg 9 PQ #27724 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Klandestini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena fuq ġarr illegali ta' klandestini u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #27725 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Postijiet tad-Divertiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm matul din is-sena inqabdu tfal taħt is-sittax-il sena f'postijiet ta' divertiment fejn mhux permess li jidħlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena inqabdu 22 persuna taħt is-sittax-il sena f`postijiet ta` divertiment.
Leg 9 PQ #27726 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Alkohol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jbigħu alkohol lil tfal taħt, l-eta' din is-sena u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, kien hemm persuna waħda li ġiet imressqa quddiem il-Qorti talli biegħet xorb alkoħoliku lill-persuni taħt is-16-il sena, liema każ għad m`hux deċiż.
Leg 9 PQ #27727 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati — Minorenni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu minorenni il-Qorti din is-sena? X'kien ir-reat u kemm minnhom kienu barranin? X'wettqu ta' l-aħħar u x'eta' kellhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi din is-sena, sal-20 ta` Lulju, tressqu 43 persuna quddiem il-Qorti tal-Minorenni fuq akkużi kif jidhru fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Minn dawn waħda kienet ta` nazzjonalita` barranija, kellha 15-il sena u ġiet akkużata b`serq.
Leg 9 PQ #27624 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod l-Awtorita' ta' l-Ippjanar se tipproteġi l-bini (Grade One listed building), Alhambra, Triq Rudolph, Tas-Sliema meta hemm applikazzjoni li fil-ġnien jinbnew l-appartmenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fuq l-applikazzjoni "outline" PA 3284/01 li tista` taffetwa il-ġonna ta` l-Alhambra kien hemm konsultazzjonijiet il-ġimgħa li għaddiet. Is-sid iddeċieda li jemenda l-applikazzjoni u l-appartamenti mhux ser jinbnew. Għalhekk il-kuntest tal-villa ser jiġi protett. Parti minn din l-emenda ser tinkludi ir-restawr tal-ħajt tal-ġnien u l-entratura ta` wara u kif ukoll rijabilitazzjoni tal-ġonna li qegħdin fi stat prekarju.
Leg 9 PQ #27625 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'parametri qed juża l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex fl-inħawi ta' Briguna fin-Naxxar li hija bungalow area toħroġ permessi għall-blokki ta' appartamenti bit-tliet sulari meta r-residenti oriġinali kellhom il-kundizzjoni li jibnu bungalows biss?

Response (BORG, TONIO)

L-inħawi li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant ikopru area sostanzjali li tinkludi żoni riservati għal diversi żviluppi residenzjali, inkluż dak ta` bungalows. Għaldaqstant ikun opportun jekk l-Onorevoli Interpellant ikun iktar speċifiku fl-identifikazzjoni tas-sit, possibilment permezz ta` site plan sabiex tingħata risposta xierqa għall-mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #27627 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — San Ġiljan - Lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-awtorita' ta' l-ippjanar milli toħroġ il-permessi meħtieġa biex ikun jista' jagħmel il-lift il-persuna b'diżabilita' li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li ilu xhur twal jistenna maqbud priġunier ġo daru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-rakkomandazzjoni favorevoli fuq din l-applikazzjoni ġiet konkluża u tpoġġiet fuq l-agenda tas-seduta tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp tat-30 ta` Lulju 2001.
Leg 9 PQ #27630 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Mellieħa - Trakkijiet tal-Festa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-pulizija biex twaqqaf trakkijiet kbar li l-għada tal-festi jgħaddu mill-Mellieħa mimlija nies tax-xalati jwaddbu l-birra u l-inbid fuq in-nies fit-triq ewlenija tar-raħal meta dawn it-trakkijiet jistgħu jgħaddu mill-bypass u ma jagħtu fastidju lil ħadd?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex il-vetturi msemmija mill-Onorevoli Interpellant ikunu mdawwra lejn il-By Pass. Infurmat ukoll illi l-ilmenti li kellha l-Pulizija kien biss fir-rigward ta` daqq ta` mużika b`volum għoli u fl-ebda ilment ma semmew tfiegħ ta` birra jew inbid.
Leg 9 PQ #27648 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

CCF

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu fis-CCF u li sentenza tal-piena tagħhom għalqet fl-ewwel 6 xhur tas-sena? Kemm huwa n-numru ta' dawk li s-sentenza taghħhom tagħlaq din is-sena? Kemm minn dawn il-persuni kienu ta' nazzjonalita' Maltija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin ma hemm l-ebda priġunier li serva is-sentenza tiegħu matul l-ewwel 6 xhur tas-sena u għadu fil-Faċilita`. Dawk li skontaw xi sentenza matul l-ewwel sitt xhur tas-sena u għadhom fil-Faċilita`, qegħdin hemm jew għax għandhom xi każ pendenti u allura jinsabu taħt arrest preventiv, jew għax qegħdin jiskontaw xi sentenza oħra. Fir-rigward tal-Maltin, diġa` ġew skontati 101 sentenzi matul din is-sena. Sa l-aħħar tas-sena huwa kkalkulat li jiġu skontati 35 sentenza oħra. Dawn il-figuri ma jissarfux f`numri ta` persuni minħabba li persuna jista` jkollha aktar minn sentenza waħda.
Leg 9 PQ #27657 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

Karozza Mitluqa

Question

Jista' l-Ministru jara għalfejn karozza Ford Cortina Blu li tinsab Bwieraq Str corner with Potters Streets, B'Kara ilha tiġi irrappurtata erba' xhur mingħajr azzjoni mill-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi din il-vettura tneħħiet.
Leg 9 PQ #27674 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Miżbla

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu u / jew qed jittieħdu mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex miżbla li teżisti qrib l-Impjant ta' Sant' Antnin ġewwa M'Scala tiġi mwaqqfa u titnaddaf?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret jirriżulta li hemm tfiegħ ta` materjal tal-bini u ta` xorta oħra. Dan kien inbeda żmien ilu meta sar il-bini ta` l-impjant ta` Sant`Antnin, u jidher li żdied dan l-aħħar. Ser isiru nvestigazzjonijiet u superviżjonijiet biex jitwaqqaf dan l-abbuż, u jittieħdu dawk il-passi neċessarji skond il-liġi. Sadanittant ġie kkuntattjat id-Dipartiment għall-Ħarsien ta` l-Ambjent ħalli jkun hemm ko-ordinazzjoni fl-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #27681 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex pulizija tla-Mobile jilbsu bullet proof vests iżda ma jieħdux danger money bħala allowance?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma jitħallsux danger money.
Leg 9 PQ #27691 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Proximus

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kumpanija Proximus hijiex tagħmel xi xogħol ta' relazzjonijiet pubbliċi jew xogħol ieħor relatat mal-Ministeru tiegħu, jew xi kumpanija, agenzija jew entita oħra li taqa' taħt ir-responsabilita' tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: X'inhu t-tip ta' xogħol? Kif saret l-għażla tal-kumpanija? Jekk saritx sejħa għall-offerti jew inkella ingħatax b'direct order? Meta l-entita' bdiet tagħmel użu mis-servizzi ta' din il-kumpanija? Xi ħlas sar lil din il-kumpanija min mindu din ingħatat ix-xogħol? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija fit-12 il-xahar li ġejjien? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija sat-terminu tal-kuntratt, fejn huwa l-każ? Xi inhuwa it-terminu tal-kuntratt fejn huwa l-każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi la l-Ministeru ta` l-Intern u l-ebda Dipartiment/Entita` li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma għamlu użu mis-servizz tal-kumpanija li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #27708 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk għandux informazzjoni li kien hemm membri tal-media li kienu jafu bil-qabda tad-droga fuq il-Filippina li nqabdet dan l-aħħar bid-droga fl-ajruport qabel kienu infurmati l-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ma għandi xejn x`inżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27537.
Leg 9 PQ #27709 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Każi Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li għandhom każ pendenti l-qorti u ħarbu minn Malta? X'akkużi għandhom kontrihom u quddiem liema qorti qiegħed jinstema' l-każ tagħhom? Mera saret l-aħħar seduta fil-każ tagħhom? Imħareġ mandat ta' arrest internazzjonali kontrihom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata.