Jista' il-Ministru jgħid liema kienu l-kumpanniji Amerikani taż-żejt li ltaqa' magħhom il-predeċessur tiegħek fiż-żjara f'Houston li għamel ftit qabel ma rriżenja? X'laqgħat oħra kellu fl-istess żjara fl-Istati Uniti?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Waqt iż-żjara tiegħu fi Houston, Texas, bħala Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, l-Onorevoli John Dalli żamm laqgħat ma' diversi kumpanniji taż-żejt li l-lista tagħhom qed ngħaddiha lill-Onorevoli Interpellant separatament.
Jista' il-Ministru jikkonferma li Malta hija l-uniku pajjiż membru tal-UE li ma applikax biex jissieħeb bħala membru fil-conference dwar id-diżarm tal-GM?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Hemm diversi pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom applikazzjoni pendenti, waħda minnhom għal dawn l-aħħar għoxrin sena, biex jissieħbu fil-Konferenza dwar id- Diżarm tal-Ġnus Magħquda.
Il-Gvern Malti kkunsidra dan il-fatt fid-deċiżjoni tiegħu biex jissottometti l-applikazzjoni għal sħubija u l-possibilta' li verament din il-Konferenza tinfetaħ għal sħubija ġdida.
Madankollu il-Gvern Malti huwa favur id-diżarm u allura qed jikkunsidra li jagħmel it-talba tiegħu għal sħubija f'din il-Konferenza minkejja li jista' jkun li din il-Konferenza mhux se tinfetaħ għal membri ġodda fi żmien qarib.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi jew azzjoni qiegħda tieħu/ħadet Malta, dment li dan mhux ta' xi preġudizzju għall-ħidma diplomatika Maltija, sabiex is-sede ta' l-Assemblea Parlamentari tal-Euro-Med tkun ibbażata f'Malta?
Response (FRENDO, MICHAEL)
M'hemm ebda ħjiel sa issa li din l-Assemblea ser ikollha sede permanenti.
Billi skond ma kiteb l-Onor. John Dalli f'The Malta Independent on Sunday ftit ġimgħat ilu "the Brussels property project was conceived, controlled and pushed by the Permanent Representative in Brussels as well as that the choice of the site, and its eventual change were his responsibility, as were the specifications for refurbishment and the choice of experts and professionals who assisted in this exercise", jista' il-Ministru jikkonferma li r-rappreżentant permanenti fi Brussels kien responsabbli għal dan kollu? Min għabbieh b'din ir-responsabbilta'? Jikkonferma li l-financial regulations tal-gvern kienu dejjem rispettati?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien preċiżament ir-rwol speċifiku tal-MIMCOL fix-xiri tal-bini tal-missjoni diplomatika Maltija għall-UE fi Brussels? Minn min u meta ingħataw l-inkarigu tagħhom, meta intemm dan l-inkarigu u lil min irrappurtaw lura? Jista' iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport imħejji mill-MIMCOL?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' kollaborazzjoni kien hemm bejn ir-rappreżentant permanenti fi Brussels u l-MIMCOL sakemm dawn lestew il-ħidma tagħhom? Jista' jgħid jekk ċerti rakkomandazzjonijiet li għamlet u deċiżjonijiet li ħadet il-MIMCOL kenux influwenzati mir-rappreżentant permanenti fi Brussels?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Il-gvern irrikorra għal self bankarju sabiex ikun jista' jonora l-obbligi tiegħu dwar ix-xiri ta' Dar Malta fi Brussels?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Minn mindu nxtrat Dar Malta fi Brussels kien hemm aġenziji/azjendi tal-gvern li wrew minn rajhom interess li jikru spazju f'dan il-bini? Kien hemm aġenziji/azjendi tal-gvern li diġa' ġew inkoraġġuti li jikkonsidraw jikru spazju fl-istess bini?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Jista' il-Ministru, sakemm u dment li dan ma jkunx ta' xi preġudizzju għal xi pożizzjoni meħuda minn Malta f'xi forum internazzjonali, jitfa' dawl fuq x'inhi r-reazzjoni/kummenti tal-ministeru tiegħu dwar id-dokument li ġie ppreżentat f'Mejju li għadda dwar il-proposta ta' EU Coast Guard Agency li tkun ibbażata f'Malta, proposta li saret minn żewġ esperti Maltin u li anke ġiet diskussa fil-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin u Ewropej?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li din il-proposta qed tiġi evalwata.
Mir-riċerki li għamlu n-nutara tal-Gvern Malti, jista' il-Ministru jgħid meta nxtrat Dar Malta mill-bejjiegħa li biegħu il-proprjeta' lill-Gvern Malti u b'kemm inxtrat dakinhar? Jista' jgħid jekk skond rapporti li dehru fl-istampa, il-Gvern Malti kienx soġġett għal każ ta' spekulazzjoni fil-proprjeta'?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-istaff list tal-Missjoni Maltija għall-UE fi Brussels bil-job descriptions tagħhom? Kemm minnhom huma b'kuntratt definit? Kemm minnhom kienu jaħdmu mal-MIC? Kemm minnhom kienu jaħdmu ma' awtoritajiet oħrajn u aġenziji tal-Gvern Malti qabel ġew ingaġġati? Kemm minnhom intgħażlu mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin? Kemm minnhom huma serving civil servants? Minn min saret l-għażla tal-personnel konċernat? Huwa minnu li r-rappreżentant permanenti għandu poter ta' hire and fire u allura għandu fakulta' li jibgħat lura Malta lil kull min ma jkunx qed jilħaq il-livell ta' performance mitlub minnu? Min hu in charge tal-Human Resources fi ħdan il-Missjoni Maltija għall-UE fi Brussels?
Response (FRENDO, MICHAEL)
B'riferenza għall-Mistoqsija li għamel l-Onorevoli Membru qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tinkludi t-tagħrif li għandu x'jaqsam ma' l-istaff list tar-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea.
Inżid ngħid illi jiena nfurmat li mill-impjegati kollha tar-Rapprezentanza Permanenti ħadd minnhom ma kien jaħdem ma' l-MIC u illi persuna minnhom ħadmet għal perjodu ta' zmien ma' awtorita' tal-Gvern.
L-għazla għall-impjegati tar-Rappreżentanza Permanenti hija tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ħlief għal dawk l-impjegati li ġew appuntati fil-pożizzjoni ta' Technical Attache' illi jiġu magħżula mill- Ministeri individwali skond proċeduri stabbiliti.
Ir-Rappreżentant Permanenti m'għandux il-poter ta' hire and fire li qiegħed jalludi għalih l-Onorevoli Membru.
Il-persuna responsabbli għar-riżorsi umani fi ħdan ir-Rappreżentanza Permanenti huwa is-Sur Victor Grech.
Mill-istimi li għamel il-gvern, jista' il-Ministru jgħid kemm hu mistenni jonfoq fuq l-ambaxxata Maltija għall-UE f'Dar Malta fi Brussels in konnessjoni ma' l-istallar ta' hi-tech security systems, IT, telecommunications infrastructure u furniture and fittings - separatament?
Response (FRENDO, MICHAEL)
In konnessjoni ma' l-istallar ta' hi-tech security systems, IT, telecommunications infrastructure u furniture and fittings, il-Ministeru għadu qiegħed jiġbor l-informazzjoni meħtieġa.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra estimi dettaljati tar-refurbishing costs li mistennija jsiru fuq Dar Malta fi Brussels qabel ma din tkun tista' issir operational?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Jista' il-Ministru jgħid min kien responsabbli għall-valwazzjoni tal-proprjeta' Dar Malta fi Brussels? Kemm tħallsu dawn id-ditti/aġenziji/individwi barranin u/jew Maltin?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Il-gvern għandu xi obbligi kuntrattwali jekk il-kuntratt li għandu r-rappreżentant permanenti attwali fi Brussels jiġi mitmum qabel iż-żmien u jekk iva, x'inhuma?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi jekk il-kuntratt li għandu r-Rappreżentant Permanent attwali fi Brussell jiġi mitmum mill-Gvern qabel iż-żmien, skond artiklu 12, ir-Rappreżentant Permanenti jkun intitolat għal perjodu ta' notice ta' tlett xhur jew ħlas ta' tlett xhur salarju bir-rati li l-uffiċċjal ikun intitolat għalihom bħala residenti barra minn Malta.
Bl-artiklu 14, jekk ikun hemm bdil ta' Gvern jew ta' Prim Ministru jew tal-Ministru responsabbli mill-Affarijiet Barranin, meta l-uffiċċjal huwa mistenni li joffri r-riżenja tiegħu u l-kuntratt jista' jiġi terminat immedjatament. F'dan il-każ l-uffiċċjal ikun initolat għal terminal benefit ekwivalenti għal xitt xhur paga.
Jista' il-Ministru jagħti lista tal-proprjetajiet kollha li ġew ikkonsidrati mit-technical team li kien responsabbli għall-għażla ta' Dar Malta fi Brussels?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tekniku li ħejja dan it-technical team inkonnessjoni max-xiri ta' Dar Malta fi Brussels? X'data jġib dan ir-rapport?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Dar Malta fi Brussels — Bini ta' penthouse fl-istess bini
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li f'xi stadju jew ieħor kien qed jiġi kkontemplat li jinbena pent house għar-rappreżentant permanenti Malti fl-istess bini ta' Dar Malta fi Brussels?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Billi din hija materja li tirrigwarda l-propjeta' u l-istruttura tagħha, nitolbok li tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Speċifikament l-Avukat Ġenerali ġie kkonsultat dwar ix-xiri ta' Dar Malta fi Brussels u jekk iva, meta? Id-dipartiment ta' l-artijiet jew il-ministeru konċernat ġew ikkonsultati wkoll?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Billi dan il-bini ma jinkludix biss l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropeja, nitolbok tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat li kien inkarigat mix-xiri ta' din il-propjeta'.
Il-Contracts Committee tal-gvern ġie kkonsultat dwar ix-xiri ta' Dar Malta fi Brussels?