Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36945 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq il-Gardjola - Tiswija

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li ssir l-ewwel fażi ta' Triq il-Gardjola, Fgura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li d-Direttorat tat-Toroq qed jimplimenta programm għal asfaltar ta' toroq ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokalita' isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Leg 9 PQ #36946 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq il-Karmelitani - Tiswija

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li triq il-Karmelitani Fgura il-parti ta' fuq ta' ħdejn il-knisja tingħata t-tarmac wara li dan l-aħħar saru xi xogħlijiet u tħaffir fiha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena infurmat illi x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant huwa responsabbilta' tal-Kunsill Lokali, għalhekk għal aktar informazzjoni l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Valletta — Żebra crossing/pelician lights

Question

Hemm xi żviluppi dwar iż-zebra crossing u l-pelican lights fi triq l-Ifran il-Belt, biswit il-kunvent u l-knisja ta' Santu Wistin? Jistgħu dawn isiru aktar addattati għal persuni b'diżabilita'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li diġa teżisti żebra crossing biswit il-knisja ta' Santu Wistin fi Triq l-Ifran il-Belt Valletta. L-Awtorita' dwar it-Trasport ser tinforma lill-Kunsill Lokali biex il-bankini taż-Zebra crossing ikunu adattati għal persuni b'diżabilita.

San Ġwann — Triq Għargħur - Pelican lights

Question

Jistgħu jitwaħħlu pelican lights fil-by pass ta' Birkirkara fejn tintemm Triq Għargħur, San Ġwann, billi r-residenti ta' din it-triq isibu diffikulta' biex jaqsmu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda fil-proċess li tara xinhu l-aħjar li jsir dwar il-każ imqajjem mill-Onor. Interpellant.

Maltapost — Tqassim ta' materjal tal-Partit Nazzjonalista

Question

Jista' il-Minstru jgħid jekk ħarġitx xi direttiva sabiex impjegati tal-posta jqassmu waqt il-qadi normali tad-dmirijiet tagħhom materjal propagandistiku tal-Partit Nazzjonalista mingħajr bolla?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Santa Venera — Triq il-Kanun - Bankina

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir il-bankina fi Triq il-Kanun, Santa Venera, li hija area li taqa' taħt il-gvern ċentrali, biex ma tibqax fl-istat diżastruż li tinsab fih bħalissa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-bankini f'żoni residenżjali ta' toroq arterjali jagħmlu il-manutenzjoni tagħhom il-Kunsill Lokali. Għalhekk id-Direttorat għat-Toroq ser jiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill għas-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant.

Xogħol fuq proġetti. — Ħlas miżmum

Question

Nirriferi għal mistoqsija parlamentari 35832. Jista' il-Ministru jgħid kemm inżammu ħlasijiet lill-kuntratturi għal-xogħol ħażin u/jew nuqqasijiet oħra li saru fit-toroq f'Malta u Għawdex u dan fl-ewwel għaxar xhur tas-sena? Jista' jindika liema huma t-toroq? Min kienu l-kuntratturi u kemm kien kull ħlas?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mituba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Santa Venera — Triq tal-Palazz l-Aħmar

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta Triq tal-Palazz l-Aħmar, Santa Venera se tiġi rranġata mill-istat ħażin li tinsab fih?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 36453.

San Pawl il-Baħar — Triq it-Tonn

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex għadha ma saritx Triq it-Tonn, San Pawl il-Baħar? Huwa veru li hu rrapportat li qal man-nies li ma jridx jagħmilha ladarba saret protesta minn nies tat-triq fi programm tas-Super I?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda tfassal programm ta' xogħlijiet mal-pajjiż kollu u x-xogħlijiet f'dan il-programm isiru skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw min żmien għal żmien. Dwar l-aħħar parti tad-domanda nista' nghid li kull meta jkun hemm xi ħadd li jirreferi għal xi rapport f'ġurnal jew mezz ieħor ta' komunikazzjoni dwar xi triq partikolari, ir-risposta dejjem tkun li jekk dik it-triq mhiex imfassla li ssir lanqas mhi ser issir għaliex dwarha jkun sar rapport partikolari, inkluż jekk dan ir-rapport ikun sar fuq is-Super One.

VRT — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-VRT fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena? Kemm mill-vetturi ttestjati għaddew mill-ewwel? Kien hemm vetturi li għamlu t-test aktar minn darba u xorta m'għaddewx?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li matul l-ewwel 9 xhur ta' din is-sena saru 78,240 test tal-VRT. Minn dawn kien hemm 73,091 vetturi li għaddew mit-test mill-ewwel. Din l-informazzjoni qiegħda tingħata sa l-aħħar ta' Settembru 2002 għax, skond il-liġi,l-operaturi għandhom sa nofs ix-xahar ta' wara sabiex jissottomettu ir-rapport tax-xahar. Id-Direttorat tal-Liċenzji u Testijiet ma jkollux informazzjoni dwar dawk li kellhom jagħmlu t-test aktar minn darba.

VRT — Testijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena kemm kien hemm sidien ta' vetturi li ma ġġedditilhomx il-liċenzja tal-vettura tagħhom għaliex m'għaddewx mit-test tal-VRT? Meta jiġri dan il-pulizija tiġi nfurmata biex ikun żgurat li din il-vettura ma tibqax tinsaq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li d-Direttorat tal-Liċenzja u Testijiet ma għandux l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Dan għaliex is-sidien tal-vetturi li ma jġeddux il-liċenzja tat-triq tal-vettura tagħhom, ma jagħtux raġuni għaliex ma jkunux ġeddew il-liċenzja tat-triq. Bħal ma jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant kull vettura jkollha mwaħħla mal-'windscreen' il-liċenzja tat-triq. Fuq din il-liċenzja jkun hemm id-data sa kemm tkun valida. Għalhekk ma hemmx għalfejn li l-Pulizija tiġi avżata li l-liċenzja tat-triq ta' xi vettura partikolari tkunx tħallset jew le.

MMA — Vapuri bil-bandiera Maltija f'portijiet Għarab

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' marittima ta' Malta tiġix infurmata meta xi pajjiż Għarbi ma jaċċettax li vapuri li jtajru l-bandiera Maltija ma jiġux aċċettati f'portijiet Għarab għaliex ikunu daħlu f'portijiet Israeljani? Kemm kien hemm każi din is-sena? Liema kienu l-vapuri?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' Marittima ta' Malta na ġietx infurmata jekk u meta xi pajjiżi Għarab ma aċċettawx fil-portijiet tagħhom vapuri li jtajru l-bandiera Maltija minħabba li jkunu daħlu wkoll f'portijiet Israeljani.

Ħaż Żebbuġ — Mdina Road - Pelician lights

Question

Jista' il-Ministru jara jekk jistgħux jitwaħħlu pelican lights f'Imdina Road, Ħaż Żebbuġ fejn Ronnie auto dealer peress li n-nies ta' l-area ta' Għar Ram ikunu jridu jaqsmu din it-triq arterjali li hi perikoluża ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tara x'jista jsir fl-area msemmija mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #36702 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Parking Attendants

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm parking attendants bil-permess jaħdmu f'Malta u f'Għawdex? Fejn huma ppustjati, bl-isem tal-post fejn jaħdem kull parker u n-numru tal-basge? F'liema minn dawn il-postijiet hemm żewġ parkers jew iktar li jaħdmu bir-roster (post indikat)?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li n-numru ta'Car PArk Attendants f'Malta u Għawdex li għandhom permess biex jagħmlu dan ix-xogħol hu: 50 - (49 f'Malta u 1 f'Għawdex). Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Jiena nfurmat li dawn huma l-postijiet fejn hemm żewġ parkers jew aktar li jaħdmu b'roster: Palace Square - Valletta Central Bank, Castille Square, Valletta St. Andrew's Bastion, Valletta Lascaris Ditch, Valletta Part of Independence Arena (asphalt side), Floriana The Ferries (ex-Alambra theatre and end of Bisazza Street, Sliema) Għajn Tuffieħa.
Leg 9 PQ #36705 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq il-Gardiel

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li ssir l-ewwel fażi ta' Triq il-Gardiel, Fgura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda tfassal programm ta' xogħlijiet mal-pajjiż kollu u x-xogħlijiet f'dan il-programm isiru skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.

Direttorat ta' Toroq — Flus imħallsa fuq expropriation

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus bħala expropriation għal bini ta' toroq mid-direttorat ta' toroq matul dawn l-aħħar 12-il xahar? X'inhu l-valur ta' commitments li saru għal ħlas ta' expropriation matul dawn l-aħħar 12-il xahar? Kemm kien il-valur ta' expropriation li sar għall-bini tal-Mosta ring road u kemm fil-fatt tħallsu minn dan il-valur sal-lum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel u tieni parti tal-mistoqsija ser tinġabar u tingħata aktar il-quddiem peress li din trid tittieħed mill-files ta' kull proġett. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija l-valur ta' l-artijiet li kellhom jittieħdu għal-bini tal-Mosta Ring Road s'issa hu stmat li jlaħħaq l-LM410,000. Dawn il-fondi ġew mogħddija lid-Dipartiment ta' l-Artijiet biex eventwalment ikunu jistgħu isiru l-kuntratti għat-trasferiment ta' l-artijiet imsemmija.

Direttorat tat-Toroq

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk f'każ ta' tiġdid jew tibdil ta' servizzi (utilities) li huma taħt wiċċ it-triq u li jkun hemm bżonn li jsiru xogħlijiet fuqhom qabel il-bini tat-triq, f'każ li d-dipartiment jew il-korporazzjoni konċernata tirrifjuta li tagħmel ix-xogħol, id-direttorat tat-toroq qiegħed iħallas għal dan ix-xogħol? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-valur ta' xoglijiet li saru fuq il-utilities matul dawn l-aħħar tnax-il xahar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-risposta għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fl-affermativ. Peress li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar mill-files tal-proġetti ndividwalment, id-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant jingħataw aktar il-quddiem.

Fleur-de-Lys — Triq Notabile

Question

Jista' il-Ministru jara tistax tinkesa u tinbena Triq Notabile (wara l-Akkwadott) f'Birkirkara li hija l-unika triq li tgħaqqad l-area ta' Fleur-de-Lys ma' dik tal-knisja l-qadima mingħajr ma toqgħod tgħaddi mill-wied u żżid il-konġestjoni tat-traffiku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda tfassal programm ta' xogħlijiet mal-pajjiż kollu u x-xogħlijiet f'dan il-programm isiru skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw min żmien għal żmien.

Bini ta' Toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 36408, cioe`jwieġeb mistoqsija parlamentari 36187 u jgħid x'inhu l-ammont li ntnefaq fuq il-bini tat-toroq mill-1 ta' Ottubru 1998 sal-lum, kull sena separatament? Jista' jagħti dettalji dwar in-nefqa li saret f'kull triq, inkluż l-isem tat-triq u l-lokalita`?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 36187.

VRT

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi tal-Gvern jew ta' entitajiet parastatali li ma għaddewx mill-VRT din is-sena? Minn liema dipartiment jew entita` kienu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10100.