Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment — Mobile phones
Question
Jistaż il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 414 u cioe' kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn il-Ministeru u l-Ufficcju tas-Segretarju Permanenti hemm 8 mobile phones. L-ispiża totali kienet ta' LM2125 inkluz spejjez kuntrattwali ta' kiri, li minnhom LM1823 tħallsu diġa filwaqt li l-bqija qed ikunu pporċesati.
Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment — Xiri u kiri ta' karozzi ġodda
Question
Jisa' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 350 u cioe' kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment u d-dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm hu n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dekasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jikkonferma li uffiċjal għoli tal-MOBC qed iservi wkoll bħala fuel consultant għall-korporazzjoni Enemalta? Jekk iva, kemm jagħti ħin servizz fil-ġimgħa u kemm jitħallas tal-konsulenza tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li uffiċjal tal-MOBC bħalissa qed iservi wkoll bħala konsulent taċ-Chairman u l-Bord tal-Korporazzjoni.
Il-konsulent jiġi mgħajjat skond l-esiġenzi u l-ħteġijiet taċ-Chairman u l-Bord u qed jesiġi xogħol speċifikat.
Ir-remunerazzjoni tiegħu hi ta’ Lm8,000 fis-sena.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 576 u cioe' jista' jgħid jekk il-Medigrain f'Mejju tas-sena d-dieħla hux se tkun eżenti mit-TARIC fuq l-importazzjoni tal-qmuħ u ċ-ċereali minn non EU ? Kemm fil-fatt huma t-tariffi u d-dazji li l-UE timponi fuq l-istati membri fuq materja prima mportata ta' din ix-xorta mportata minn non EU ?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, hijiex intitolata għal xi benefiċċji (bħal bonus) mit-tarzna ta' Malta minħabba li r-raġel tagħha ħadem għal snin kbar hemmhekk? Jekk fl-affermattiv, xi trid tagħmel biex din il-pesuna tibda tirċievi dawn il-benefiċċji?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 201 dwar l-istess suġġett.
Peress li l-bozza fi Triq San Franġisk, ir-Rabat Malta li tinsab iddawwal parti minn Triq G. Borg Olivier ilha maqtugħa għal dawn l-aħħar ġimgħat, jista' id-dipartiment konċernat jara li tissewwa mill-aktar fis possibbli?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-manutenzjoni meħtieġa saret fl-1 ta' Lulju 2003.
Jista' il-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari numru 258 u cioe' jara li jitpoġġa post ieħor l-arblu li hemm f' Għar Żerriegħa limiti tar-Rabat sabiex dan ma jkunx ta' periklu għall-bdiewa li jgħaddu mill-modijiet ta' l-inħawi? Jista' jara li dan isir u jiġi rranġat qabel ma jkun hemm xi inċidenti? L-arblu jinsab fejn ir-residenza tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament. Id-dettalji ta' persuna oħra midħla sew ta' dan il-post qed jintbagħtu separatament.
Response (GATT, AUSTIN)
Minn investigazzjoni li saret jirriżulta li hemm bżonn li l-arblu msemmi jiġi mċaqlaq. Dan ix-xogħol għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk il-MITTS hijiex tikkonsidra li tadotta d-Danish document management system? Jekk iva, x'kuntatti saru ma' l-awtoritajiet Daniżi f'dan ir-rigward?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena infurmat li l-MITTS Ltd mhijiex tikkonsidra li tadotta d-Danish Document Management System.
Jista' il-Ministru jara li tiġi stallata it-telephone box li kien hemm fil-Marfa fil-parti ta' ħdejn is-substation tad-dawl tar-Ramla Bay u dan peress li din tintuża mill-bdiewa u l-pubbliku ta' l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Pq 1130.
Qasam tas-servizzi finanzjarji — ICT Based services
Question
Billi l-MFSA qed tagħmel tajjeb li tinkoraġixxi l-iżvilupp ta' ICT Based Services fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi koperazzjoni mal-ministeru tiegħu f'dan ir-rigward?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħti aktar dettalji dwar xi jrid ifisser bit-termini ICT based services li qed tizviluppa l-MFSA, sabiex inkun nista' inwieġeb il-mistoqsija bl-aħjar mod possibli.
Ħaż Żabbar — Triq il-Grazzji - Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li madwar sitt idjar fi Triq il-Grazzji, Ħaż Żabbar qed jispiċċaw bla dawl ta' spiss, xi drabi għal jum wara l-ieħor? X'inhu jwassal għal dan l-inkonvenjent u x'jista' isir biex dawn il-familji ma jibqgħux ibatu l-konsegwenzi? X'inhi r-raġuni li l-Korporazzjoni Enemalta minkejja li taf bil-problema baqgħet ma ħaditx passi biex din il-problema tissolva darba għal dejjem?
Response (GATT, AUSTIN)
Ir-raġuni li qiegħed jinqata' d-dawl fi Triq il-Grazzji, Ħaż-Żabbar hija waħda ta' overloading. Il-Korporazzjoni Enemalta diġa' kienet resqet talba lid-Dipartiment ikkonċernat biex jinħarġilha permess għal trinka biex fiha jitpoġġa cable ġdid u b'hekk tkun tista' tissolva l-problema.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tal-Malta Drydocks li hemm jaħdmu fuq il-La Salle sarulhomx eżamijiet mediċi li juru li mhumiex jiġu affettwati mill-asbestos?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-ħaddiema tal-Malta Drydocks impjegati bħala laggers u Laboratory Testers jiġu ttestjati għall-effetti tal-asbestos b'mod regolari. Testijiet oħra jsiru biss fuq rakkomandazzjoni medika.
Meta jkun hemm indikazzjoni li hemm l-asbestos fuq xi vapur, hija procedura normali li jsiru standard tests min persuni kwalifikati f'dan il-qasam sabiex jiċċertifikaw li ma hemmx trab tal-asbestos fl-arja u ma hemm ebda periklu fil-post għall min jaħdem hemm.
It-Tarzna tagħmel mill-aħjar sabiex l-impjegati tagħha ma jigux esposti għall-materjal perikoluz ta' kwalunkwe tip. Madankollu, hija r-risponsabbilta tal-ħaddiema li jaraw li jagħmlu uzu mill-ilbiex u apparat protettiv provdut lilhom, skond il-kundizzjonijiet fejn jaħdmu u li jsegwu r-rakkomandazzjonijiet dwar Saħħa u Sigurta'.
Jista’ jingħad kemm hu n-numru ta’ kummissjonijiet (commissions) ta’ flus li ngħataw, jekk hu l-każ, lill-aġenti/sensara illi jressqu klijenti prospettivi lill- BOV Home Loans, u dana tul is-snin 1998, 1999, 2000, 2001, 2002, sena b’sena, xhar b’xhar ? Jista’ jingħad kemm kienu l- ‘Bad Debts’ għall-istess xhur u snin involuti ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba n-natura kummerċjali tal-BOV, mhux fl-interess tal-kumpanija li jingħata t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm inġabru flus f’donazzjonijiet miġbura fl-uffiċċju tal-Morgages (self għad-djar) fil-BOV Palace Square, Valletta, b’risq l-hekk imsejjaħ studju xjentifiku li sar, jew qiegħed isir, jew li kellu jsir dwar il-marda tal-kanċer?
Jista’ ġentilment jingħata breakdown tal-ġbir tul dawn l-aħħar snin, u kif u fejn intnefqu ? Sar xi forma ta’ kontroll u ta’ awditjar u ingħataw irċevuta għal kull donazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba n-natura kummerċjali tal-BOV, mhux fl-interess tal-kumpanija li jingħata t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
BOV — Ġbir ta' donazzjonijiet għall-marda tal-kanċer
Question
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm inġabru flus f'donazzjonijiet miġbura fl-uffiċċju tal-Mortgages (self għad-djar) fil-BOV Palace Square, Valletta b'risq l-hekk imsejjaħ studju xjentifiku li sar jew qiegħed isir jew li kellu jsir dwar il-marda tal-kanċer? Jista' jingħata breakdown tal-ġbir tul dawn l-aħħar snin u kif u fejn intnefqu? Sar xi forma ta' kontroll u ta' awditjar, u ingħatat irċevuta għal kull donazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba n-natura kummerċjali tal-BOV, mhux fl-interess tal-kumpanija li jingħata t-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-avukati li jiċċekkjaw il-files tal-home loans, BOV, Palace Square, Valletta qabel ma jsiru l-kuntratti? Meta ġew ingaġġati u taħt liema kondizzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba n-natura kummerċjali tal-BOV, mhux fl-interess tal-kumpanija li jingħata t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħames Għawdxin li jaħdmu mal-Maltacom p.l.c. u li ta' kuljum iridu jmorru Malta għax-xogħol u jirritornaw lura fil-għaxija qegħdin jiġu mġiegħla li biex jingħataw is-servizz ta' trasport iridu bilfors jiffirmaw dikjarazzjoni li huma personalment responsabbli għall-ħlas ta' danni lilhom personali u/jew lill-passiġġieri fl-istess vettura u għal kull ħlas ieħor spettanti lil terzi anke f'każ ta' danni fuq proprjeta' mobbli u/jew immobbli tal-Maltacom p.l.c. jew ta' terzi u dan f'każ li l-assigurazzjoni maħruġa fuq l-istess vettura għal kwalunkwe raġuni ma tkoprix l-istess danni? Għaliex sħabhom Maltin ħaddiema tal-Maltacom ma ġewx imġiegħla jiffirmaw l-indemnity form?
Response (GATT, AUSTIN)
Minħabba n-natura kummerċjali ta' Maltacom p.l.c., mhux fl-interess tal-kumpanija li jingħata t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.