Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fid-dipartimenti, aġenziji u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu tul is-sena 2004 sal-lum? Minn fejn ġew impjegati, x'kien il-grad u kif saret is-sejħa għall-impjieg?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li matul is-sena 2004 sa llum ġew impjegati 29 ħaddiema ġodda, li d-dettalji tagħhom huwa kif ġej:-
Grad
Kif saret is-Sejħa għall-Impjieg
2 Konsulenti fuq bażi
part-time
3
Projects Officers
2
Principals
8 Skrivani ġodda
13-il Skrivan fuq bażi każwali
Ingaġġati
Wara sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet
Ingaġġati wara sejħa għall-applikazzjoni li dehret fuq il-Gażżetta tal-Gvern
Ingaġġati wara sejħa għall-applikazzjonijiet li dehret fuq il-Gazzetta tal-Gvern
Ingaġġati wara sejħa
għall-applikazzjonijiet li dehret fuq il-Gazzetta tal-Gvern.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm-il tunnellata ta' skart inġabar wara li kien dumped minn nies fil-kampanja u t-toroq tul l-2004 u sal-lum matul l-2005, separatament? Kemm kienet l-ispiża biex dan jinġabar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-iskart li nġabar wara li kien mormi minn nies fil-kampanja u t-toroq matul l-2004 kien ta' 20,000 tunnellata bi spiża ta' Lm600,000, filwaqt li minn Jannar sa April inġabar 4,725 tunnellata bi spiża ta' Lm141,750.
L-ispiża tkopri wkoll il-pagi tal-ħaddiema nvoluti.
Jista' il-Ministru jgħid x'irid jagħmel il-pubbliku biex jirrapporta bini perikoluż li qed jikkaġuna periklu lil terzi? Min hu ntitolat għal dan is-servizz? Min huma l-periti nvoluti li joffru dan is-servizz? Xi proċedura jieħu d-dipartiment tal-bini (Building and Engineering)?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirraporta bini perikoluż, il-pubbliku jrid jinforma lill-Pulizija fl-għassa tal-lokal. F'każi fejn dan il-bini jirrappreżenta periklu għall-pubbliku nġenerali, il-Pulizija tagħmel talba lit-Taqsima tax-Xogħlijiet biex jintbagħat Perit mill-istess Taqsima sabiex jagħmel rapport dwar il-każ. Dan isir ukoll f'dawk il-każi fejn inkwilini ta' bini li jkunu fi stat perikoluż ikunu ntitolati għall-għajnuna soċjali. F'kull każ ieħor, terzi persuni jridu jipproċedu kontra s-sid tal-bini li jkun qiegħed jikkaġuna l-periklu billi jqabbdu Perit privat biex jagħmlilhom rapport u ntimazzjoni biex jitneħħa l-periklu.
Fejn jidħlu l-każi li jikkonċernaw il-pubbliku nġenerali u dawk li huma ntitolati għall-għajnuna soċjali, id-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija huwa d-Dipartiment responsabbli mit-tħaddim ta' l-iskema ta' dangerous structures fir-rigward ta' formulazzjoni ta' rapporti tekniċi. Teżisti skeda fost il-Periti kollha tat-Taqsima tax-Xogħlijiet li titħaddem fuq bażi ta' roster ta' kull sitt xhur.
Jista' il-Ministru jgħid kif se tkun irranġata l-area quddiem il-club ta' Cospicua Rangers fi Triq San Ġwann, Bormla? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li ma hemm l-ebda ħsieb li tiġi rranġata l-area msemmija mill-Onor. Interpellant. Dan il-proġett mhux imniżżel fil-pjan ta' ħidma approvat mill-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera u li sar bil-koordinament mal-Kunsill Lokali.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda l-proġett ta' Pjazza Sta Margerita, Bormla, l-area magħrufa bħala x-Xgħajra li ilu jiġi mwiegħed għal dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ewwel fażi tal-proġett kienet tlestiet, cioe l-pavimentar quddiem id-Dar ta' l-Anzjani u l-parkeġġ biswit l-istess sit. Fil-preżent m'hemm l-ebda ħsieb li jitkompla dan il-proġett, bl-eċċezzjoni ta' latrina pubblika li mistennija tinbena s-sena d-dieħla.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11217, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jgħid kemm hemm boreholes reġistrati f'Malta u f'Għawdex? Kemm minn dawn ġew reġistrati minn meta ħarġu r-regolamenti ġodda tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li n-numru ta' Boreholes reġistrati f'Malta huwa ta' 3,485 u dak f'Għawdex huwa ta' 1,859.
Dawn il-Boreholes ġew reġistrati skond l-Avviż Legali 120/97 tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata mill-ġdid it-triq jew mogħdija li tinsab biswit l-irziezet li jinsabu fil-bidu ta' Wied is-Sewda - pjanta qed tintbagħat separatament - wara li kienet tkissret minħabba l-għargħar li seħħ f'Settembru 2003? Il-Ministru kien qal li se jirranġa dawn il-mogħdijiet iżda sal-lum dawn għadhom ma sarux.
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-manutenzjoni tat-triq jew mogħdijiet biswit l-irziezet li jinsabu fil-bidu ta’ Wied is-Sewda m’hix responsabilta’ tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.
B'żieda għal tweġiba parlamentari 10290, jista' il-Ministru jgħid jekk:-
id-dipartimenti u l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu jagħtux xi għajnuna lil għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi, fi kwalunkwe forma, bħalma huma għotjiet ta' flus, materjal, użu ta' proprjeta', self ta' ħaddiema, benefiċċji minn skemi, eżenzjonijiet, eċċ.?
Jekk fl-affermattiv: (a) lil liema għaqdiet u organizzazzjonijiet; b) kenitx għotja ta' darba biss jew tingħata perjodikament; u (c) kemm hu stmat li tiswa l-għajnuna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li bejn is-sena 2000 u 2004, it-total tal-flus mogħtija lill-NGOs mill-Ministeru ta’ l-Ambjent u wara mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura kien ta’ Lm12,953.25. Dettalji ta’ kif tqassmu dawn il-fondi jidhru fit-Tabella hawn taħt:
Sena 2000
Lm. ċ.
Moviment Għall-Ambjent
400.00
Fondazzjoni Belt Vittorja
150.00
The Vegetarian Society
250.00
Sena 2001
Lm. ċ.
Għaqda Nisa Ġiljaniżi
300.00
Kunsill Studendi Universitarji
500.00
Dance Unlimited Sudios
100.00
Image 2000 Ltd
1,121.25
Council Science & Technology
500.00
Environmental Fair
500.00
Sena 2002
Lm. ċ.
‘The Memory of Water’, Manoel Theatre Production
500.00
National Students Travel Foundation
500.00
Eden Co-operative
2,475.00
Society of Arch. & Civil Eng. Student
500.00
Sena 2003
Lm. ċ.
European Desalination Society
582.00
Eden Co-operative
2,475.00
Sena 2004
Lm. ċ.
Union Ħaddiema Magħqudin
1,000.00
Soċjeta Filarmonika Sliema
350.00
National Students Travel Foundation
500.00
Society of Arch. & Civil Eng. Students
250.00
Dawn kienu għotjiet ta’ darba, minbarra fil-każ ta’ l-Eden Co-operative (sitt darbiet) u s-Society of A&CE Students (darbtjen).
Jista' il-Ministru jinformana liema huma r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea li jħeġġu u/jew japprovaw li l-gvernijiet jużaw il-konkos fix-xogħlijiet ta' riabilitazzjoni jew manutenzjoni tal-widien, bħalma ġara fil-każ tal-Marsa?
Jista' il-Ministru jgħid x'hemm ippjanat li jsir għad-dredging tal-bajja tas-Salina? Meta se jsir dan ix-xogħol? Sar studju ta' x'impatt se jħalli fuq il-baħar fi żmien l-istaġun turistiku f'post fejn hemm tliet lukandi u għadd ta' ristoranti? Għaliex ix-xogħol ma jsirx f'xhur ta' inqas turiżmu, bħal bejn Ottubru u Diċembru?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li bħala parti mix-xogħlijiet tal-flood relief ix-xogħol ta' dredging fis-Salini għandu skop limitat, dak li jitfannad il-fairway u jippermetti dħul u ħruġ tal-braken żgħar għal ġewwa s-Sukkursu. Dan id-dredging huwa kkunsidrat bħala żgħir ħafna li ma jirrekjedix studji. Għaldaqstant il-Mariners Notice li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern ma kienetx immirata għal xogħol kbir imma biex tippermetti manuvrar tal-braken mingħajr xkiel waqt it-traġit tagħhom bejn is-Sukkursu u l-offshore dumping site.
Ix-xogħlijiet huma mmirati li jsolvu l-problema ta' staġnar tas-Sukkursu u l-problemi ta' svog ta' l-ilma tax-xita minn Burmarrad, li hemm marbuta ma' dawn l-inħawi. Studju għal dan il-għan ma kienx neċessarju peress li ma hemm xejn ġdid ħlief li titħaddem sistema ta' ċirkulazzjoni naturali li kienet taħdem snin ilu.
Dan ix-xogħol l-aħjar li jsir meta l-baħar ikun kalm u għaldaqstant ma jkunx prudenti jekk jitħalla għax-xhur minn Ottubru sa Diċembru.
Riżorsi u Infrastruttura — Trasferiment ta' impjegati
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk f'dawn il-jiem kienx hemm xi trasferimenti ta' ħaddiema fl-impjieg ta' watchman f'diversi postijiet li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?
Jista' jgħid x'kienu l-kriterji li bihom ġew magħżula dawn il-persuni?
Jista' jgħid jekk l-għażla ta' dawn il-persuni li ġew trasferiti kenitx minħabba motivazzjoni politika?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li riċentament sar trasferiment ta' numru ta' ħaddiema li kienu jagħmlu xogħol ta' Watchman, fejn dawn ġew allokati xogħol skond il-grad tagħhom.
Il-kriterji li bihom ġew magħżula dawn il-persuni, kienu jifformaw parti minn eżerċizzju li twettaq dan l-aħħar, sabiex in-numru ta' ħadddiema fuq xogħol ta' Watchman ikun kompatibbli man-numru ta' siti li jinħtieġlu dan is-servizz. Fl-istess eżerċizzju ġew identifikati wkoll xi siti li ma jaqgħux taħt ir-responsabilta' diretta tat-Taqsima tax-Xogħlijiet u li kienu koperti bis-servizz ta' Watchman mill-istess Taqsima.
Dan l-eżerċizzju sewa wkoll sabiex ħtiġijiet ta' mpjegati li kellhom diversi sezzjonijiet fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet imtlew bil-ħaddiema li ġew trasferiti riċentament.
Ir-risposta għat-tielet parti tad-domanda hija fin-negattiv.
Billi m'aħna nisimgħu xejn fuq it-tiftix għaż-żejt, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra fuq l-iżviluppi kollha importanti li kien hemm dan l-aħħar f'dan ir-rigward?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-funzjoni regolatorja tad-Dipartiment tat-Tiftix taż-Żejt fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura riċentiment ippermettiet ħidma għal promozzjoni biex jinġibu f'Malta aktar investimenti f'dan il-qasam, u liċenzji ġodda għat-tiftix taż-żejt mistennija jingħataw fil-futur qarib.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hemmx il-ħsieb li t-taqsima tax-xogħlijiet tinqasam f'żewġ taqsimiet jew sezzjonijiet u jekk hux se jinħatar direttur ġenerali ieħor biex b'hekk ikun hemm żewġ diretturi ġenerali?
Jekk se jinħatar direttur ġenerali ieħor, jista' jagħti d-dettalji ta kif it-taqsima tax-xogħlijiet se tinqasam u jekk hemmx il-ħsieb li jinħatru xi diretturi oħra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li peress li hemm il-ħsieb li t-Taqsima tax-Xogħlijiet jiżdiedilha x-xogħol, hemm pjan ta' kontinġenza sabiex jilqa' din l-eventwalita'.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħata fondi l-Cottonera Rehabilitation Committee mit-twaqqif tiegħu sal-lum sena b'sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-fondi mogħtija lill-Cottonera Rehabilitation Committee mis-sena tat-twaqqif tiegħu sa llum, huma kif jidhru hawn taħt:-
Sena
Lm
1992
100,860
1993
200,000
1994
200,000
1995
200,000
1996
500,000 *
1997
500,000 *
1998
400,000 *
1999
85,416
2000
163,651
2001
145,041
2002
114,876
2003
184,569
2004
186,383
2005
50,000
* Dawn huma ċifri globali allokati għall-Proġetti ta' Riabilitazzjoni. Din iċ-ċifra ġiet maqsuma fi tnejn għal kull proġett, jiġifieri nofs għall-Valletta Rehabilitation Project u n-nofs l-ieħor għall-Cottonera Rehabilitation Project.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir ir-restoration work tal-gardjola u s-sur ta' taħt il-gardjola ta' l-Isla?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li għalissa ma hemmx pjanijiet biex ix-xogħlijiet imsemmija jsiru fil-futur immedjat. Din is-sena ser jibda x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid tal-gardjola tal-ġnien ta' Hastings.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10342, jista' il-Ministru jinformana għaliex skond il-ministeru tiegħu huwa l-aħjar li fil-ħamrija u fil-widien jintuża l-konkos? Liema regoli ta' l-Unjoni Ewropea jsostnu din it-teżi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10342 titkellem fuq twessiegħ ta' kanal u mhux wied. Il-bini ta' embankments isir fuq sodda ta' reinforced concrete f'każijiet fejn il-blat ikun fil-fond. Il-qiegħan ta' watercources ukoll jinksew bil-concrete. Dan it-tip ta' xogħol isir skond parametri tekniċi.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10636 fejn il-Ministru qal li Triq il-Kottonera, Birgu hi responsabbilta' tal-kunsill, jista' jara jekk responsabbilta' ta' triq arterjali hijiex tal-gvern ċentrali jew tal-kunsill?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid xi proġetti għandu l-ministeru tiegħu għaz-zona tat-tieni distrett elettorali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10302, jien infurmat li bħalissa għaddej xogħol fuq l-ewwel fażi tal-proġett ta' tisbiħ fix-Xatt tax-Xgħajra.
Matul is-sena 2004, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru?
Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet, inkluż l-ispiża totali tal-fuel rispettivament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li n-numru ta' karozzi (li jinkludu pick-ups u minibuses) mikrija mit-Taqsima tax-Xogħlijiet kien ta' 36 fl-aħħar tas-sena 2004. Dan in-numru kien sostanzjalment inqas minn dak li kien hemm fil-bidu ta' l-istess sena li kien jammonta għal 68. In-numru ta' karozzi mikrija mill-Ministeru kien ta' 4 u l-MRA kriet 4 karozzi, filwaqt li l-BICC krew karozza waħda. L-ispiża totali tal-kirjiet kienet ta' Lm114,083.12ċ u dik tal-fuel kienet ta' Lm27,395.82ċ.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-moll tax-Xatt ta' Tas-Sliema waqa' fil-maltemp ta' Diċembru 2003? Meta ssewwa dan il-moll u kemm kienet l-ispiża?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ħsara li ġrat fil-moll fix-Xatt ta' Tas-Sliema ġrat qabel il-maltempata ta' Diċembru 2003.
Din il-ħsara kienet manifesta permezz ta' ħofra li dehret fl-art tal-promenade u li kienet tinfed mal-baħar minn taħt.
It-tiswija saret f'Ġunju 2004 u swiet Lm4,328.95ċ.