Legislature:
Category:
Reset
Active:

Msida — Triq il-Makna tas-Serrar

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir sleeping policeman fl-inħawi ta' 49, Triq il-Makna tas-Serrar, Msida?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li ma saret l-ebda talba għal round topped road hump fi Triq il-Makna tas-Serrar. It-Taqsima ser tikkuntattja lill-Kunsill Lokali rigward dan is-suġġeriment.

Marfa u Cirkewwa

Question

Peress li l-partijiet tat-triq bejn l-Marfa u ċ-Ċirkewwa li ma ġewx asfaltati huma fi stat ħażin ħafna, jista' l-Ministru jgħid meta ser isir dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-ADT ħarġet sejħa għall-offerti sabiex isiru patching works tul din it-triq. Ġew sottomessi ħames offerti li qegħdin jiġu aġġudikati mill-ADT. Hekk kif t-tender jiġi aġġudikat jinbdew ix-xogħlijiet.

Crash barrier

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25489 u jgħid b'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24773 x'sens jagħmel li titħalla fetħa fil-crash barrier meta l-familja għandha aċċess għall-art privata tagħha mid-dar u hija stess trid li ma jkunx hemm aċċess ta' triq għal terzi persuni mill-crash barriergħax ikunu qed jiksru l-liġi u jidħlu fi proprjeta' privata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-crash barrier fi Triq Etna issa saret u għaldaqstant l-aċċess għall-plot privat ingħalaq.

Mistra — Pont

Question

Jista' issa l-Ministru wieġeb mistoqsija parlamentari 25434, u ċioe' jista' jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24809 u 24643 u jgħid meta se jsir ix-xogħol meħtieġ biex jitranġa l-pont tal-Mistra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li diġa saret spezzjoni fuq il-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant mill-periti ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport. Fil-ġimgħat li ġejjien ser jithejja rapport tekniku minn Structural Engineer .

Mtarfa bypass

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25636, u ċioe' iwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24671, 24846 u 25205 u jara li l-fetħiet li hemm fis-centre strip ta' Mtarfa bypass jingħalqu minnufih għax huma ta' periklu kbir għal kull min jgħaddi minn din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT se tagħlaq dawn il-fetħiet fis-centre strip fil-ġranet li ġejjien.

San Pawl il-Baħar — Bypass

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25637, jista' l-ministru jirrispondi t-tieni parti, jiġifieri jekk il-culvert ġdid fil-bypassta' San Pawl il-Baħar hux kopert bil-permess tal-MEPA u tistax titpoġġa pjanta tal-culvertfuq il-mejda tal-Kamra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ix-xogħlijiet kollha għal bini mill-ġdid tal-Bypass ta' San Pawl huma koperti bil-permess tal-MEPA numru PA 1948/2004.

Żvilupp Urban u Toroq — Mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phonesġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobileinxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Matul l-ewwel tlett xhur tas-sena 2007 inxtara mobile phone wieħed għal Kap tas-Segretarjat valur ta’ Lm 65. Min naħa ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport inxtraw tlett mobiles li ġew mnaqqsa mill-kreditu li l-ADT għandha mall-Vodafone. Dawn kienu għal :- VMS Operators NID valur ta’ Lm69 Manager HR valur ta’ Lm 89 Director LTD valur ta’ Lm 105

Żvilupp Urban u Toroq — Telefonati minn linji fissi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali fuq telefonati minn linji fissi għall-ewwel tlett xhur ta' din is-sena kienet :- L-Awtorita' dwar it-Trasport Lm 6,897 Ministeru/Dipartiment Lm 2,000 Dawn l-ammonti jinkludu telefonati li saru fix-xahar ta' Diċembru għax normalment kont tat-telefon jintbgħat kull xahrejn. Għalkemm hemm xi kontijiet tax-xahar ta' Marzu li għadhom ma waslux.

Mġarr — Triq San Pawl

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25430 u jikkonferma jekk il-parti ta' Triq San Pawl fl-Imġarr li qiegħda ssir bħalissa hijiex tinbena fuq il-linja t-tajba peress li tidher li qiegħda toħroġ 'il barra mil-linja tat-triq eżistenti??

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Belt Valletta — CVA

Question

Issa li ġiet fis-seħħ is-sistema ta' CVA u ż-żona pedonali fil-Belt, jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li minnhom wieħed jista' jidħol u joħroġ mill-Belt?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Dħul mit-tariffa tas-CVA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dħul mit-tariffa ta' CVA hux se jinqasam bejn il-kuntrattur li jipprovdi s-sistema, il-Kunsill Lokali tal-Belt u l-gvern? Min hu l-kuntrattur li qiegħed iħaddem din is-sistema? F"liema persentaġġi se jinqasam dan id-dħul?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

H'Attard — Triq it-Taħħan u Triq z-Zahar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25518, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq it-Taħħan u Triq iz-Zahar f'H'Attard?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħol fi Triq it-Taħħan f’Ħ’Attard ser jibda x-xogħol fiha fil-ġranet li ġejjin. Rigward Triq iż-Żahar, l-Awtorita’ dwar it-Trasport qed tipprepara il-proċeduri meħtieġa biex issir expropriation , ħalli t-triq tkun tista’ titwessa’ qabel ma tinkesa bit-tarmak.

Cameras tat-traffiku — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet globalment permezz tal-cameras tat-traffiku minħabba sewqan eċċessiv? Jista' jelenka kemm ħarġu ċitazzjonijiet min kull camera tat-traffiku fl-istess żmien?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni miżmuma mill-ADT hija amalgamata f’distretti kif muri hawn taħt: Distrett Nru ta’ ċitazzjonijiet (minn Ġunju 2005 sa Marzu 2007) Sliema 31,574 Qormi 12,695 North 3,503 B’Kara 358 Total 48,130 Id-distrett ta’ Sliema jikkonsisti f’żewġ cameras ġo Regional Road (li bħalissa qed tiffunzjona waħda biss ħabba x-xogholijiet li qed isiru fuq il-pont) u camera oħra ġo Pembroke. Fid-distrett ta’ Ħal Qormi hemm 4 cameras ; 2 ġo Mriehel By-Pass u 2 ġo Ħaż Żebbuġ. In- North District jinkludi camera waħda li qabel kienet installata ġox-Xemxija u llum-il ġurnata qeda nsallata ġo Burmarrad. Id-distrett ta’ B’Kara jinkludi biss camera waħda li hemm ġo Ħ’Attard.

Zebbugġ — Mdina Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tinbidel mera fi Mdina Road, Zebbuġ - ftit l-isfel mill-iskola St Dorothy, li tkisret minħabba l-irjiħat?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li ser isiru l-ispezzjonijiet meħtieġa sabiex din il-mera tkun tista' tinbidel.

Żvilupp Urban u Toroq — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru jew enti tiegħu qabeż is-ceiling allokat għal mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu, ittieħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fl-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena l-ebda uffiċjal min naħa tal-Ministeru/Dipartiment ma qabeż is-ceiling allokat għall-mobile marbut mall-pożizzjoni tiegħu. Matul l-istess perjodu kien hemm sitt uffiċjali ta’ l-ADT li qabżu c- ceiling meta meqjus prorata mas- ceiling li jkopri is-sena kollha. S’issa għadhom ma ttieħdu l-ebda passi. Dan hu eżerċizzju li normalment isir bejn darbtejn u tlett darbiet fis-sena fejn l-uffiċjali kkonċernati jintalbu jagħtu spjegazzjoni u f’każ li din ma tkunx aċċettata, dawn l-uffiċjali jintalbu jirrifondu d-differenza. Ir-raġuni prinċipali tkun l-esiġenzi tax-xogħol.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-gvern qiegħed jagħmel f'Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, il-Marsa, Sta. Luċija u Ħal Għaxaq u liema huma proġettati li se jibda x-xogħol fuqhom sa l-aħħar ta' din is-sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-toroq li qiegħed jagħmel il-gvern fl-irħula imsemmija mill-Onorevoli Interpellant huma:- Ħal Għaxaq - Triq Tal-Millieri u Triq it-Tilliera qegħdin isiru bħalissa. - Triq Dwardu Buttigieg ser issir matul din is-sena. Paola - Triq id-Durrgħajsa għaddej ix-xogħol bħalissa - Triq it-Tfief - p/o San Alwiġi hija lesta u l-parti l-oħra ser tibda fi ftit ġimgħat ieħor - Triq Tarxien Tarxien - Triq L-Arkata Normanna - ix-xogħol ser jibda fil-ġranet li ġejjien - Paola Road għadha kemm tlestiet Marsa - Dalwaqt ser jibda x-xogħol fuq Triq il-Qaddiefa u Triq it-Tiġrija. Gudja - Dawret il-Gudja u p/o Triq Dun K Farrugia għadhom kemm tlestew - p/o Triq Dun K Farrugia hija lesta, il-kumplament tat-Triq qiegħed isir ix-xogħol fuqha - Triq il-Miġra ix-xogħol għaddej Santa Lucija - Fi Triq Dawret it-Torri għaddej ix-xogħol u - Triq Oleander Fil-programm imħabbar xi xhur ilu, hemm toroq oħra f'dawn l-irħula li jridu jsiru u l-program tagħhom jitħabbar aktar il-quddiem.

Taxi driver

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24913 li tagħha l-Ministru wieġeb hekk: "Ninsab informat li t-tag ta' dan it-taxi driver ġiet sospiża sakemm tittieħed deċiżjoni finali mill-qorti fejn qed jinstema l-każ abbażi tar-regolament 131 (6) ta' l-MVR Liġi Sussidjarja 65.11. Fir-rigward tad-dewmien sabiex jinstama l-każ, jien informat li dan ma jaqax taħt il-kompetenza ta' l-awtorita' dwar it-trasport", jarax il-Ministru li qegħda tintuża two weights two measures meta f'każ ieħor ferm agħar minn dan it-taxi driver u nalludi għall-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li jsuq taxi wkoll li dan għalkemm hemm allegazzjoni ta' każ ta' sokor waqt il-qadi ta' dmirijietu, ħalla n-nies l-art l-Imdina, meta suppost kien tour magħhom ta' sagħtejn u saħansitra ġġieled ma tnejn ta' l-awtorita' u xorta waħda wara ħamest ijiem sospensjoni, ingħata lura t-tag. Għaldaqstant jarax il-Ministru li dan huwa abbuż meta ġie preferut minn persuna li ssemma fil-mistoqsija parlamentari 24913 li dan ċertament għandu każ ferm inqas serju minn din l-istess persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? X'se tkun issa l-pożizzjoni ta' l-awtorita' dwar it-trasport?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-tag tal-persuna li d-dettalji dwarha intbagħtu separatament ser tiġi irtirata u t-tag ser tiġi sospiża sakemm jinqatgħa l-każ pendenti li hemm fil-Qorti kif inhu stipulat fl-Avviż Legali 65.11 regolament 131.

Imtarfa bypass

Question

B'referenza għall-Imtarfa bypass jista' l-Ministru jgħid: Meta se jingħalqu l-ftuħ li hemm fic-centre strip u li huma ta' periklu kbir għas-sewwieqa? Tista' ssir xi tip ta' faċilita' għal qsim tal-bypass min-nies peress li huma ħafna dawk li jmorru r-Rabat bil-mixi u allura jridu jaqsmu l-bypass b'sogru kbir għalihom? Tista' tiġi ddisinjata junction bejn il-bypass u t-toroq li tagħti access għall-Imtarfa min-naħa tan-Nigret (Rabat) peress li l-ħruġ tal-vetturi mill-Imtarfa minn dan l-aċċess u l-qsim tal-bypass hu ta' periklu kbir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Ħal Qormi — Xogħlijiet fuq triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol li kien qed isir fuq Triq Mons Gerald Frendo f'Ħal Qormi, waqaf ħesrem bil-konsegwenza li issa mhux biss it-triq qed toħloq tbatijiet lir-residenti fiha, iżda wkoll il-bankini li ma tkomplewx u li wħud mir-residenti lanqas jistgħu jagħmlu użu mill-garages tagħhom u qed ikollhom iħallu l-vetturi tagħhom barra esposti għal ħafna riskji? Jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol jitkompla minnufih biex ir-residenti ma jibqgħux isofru minn dawn it-tbatijiet bla ħtieġa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija qiegħed isir xogħol ta' skavar fuq plot privata u li minħabba dan ix-xogħol, kellu jinbena boundary wall li qiegħed jokkupa parti mill-wisgħa tat-triq. Dan qiegħed jostakola li jitkompla x-xogħol. Sadanittant qegħdin isiru plate bearing tests biex jiġi stabbilit jekk l-irdim li kien sar minn terzi persuni jilħaqx l-istandard stabbilit meħtieġ għall-bini ta' l-istess triq.