Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm bdiewa li għamlu użu mis-servizzi tal-Laboratorju għas-Saħħa tal-Pjanti (Plant Health Department) sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm investiment kapitali fil-farm tal-Gvern l-Għammieri, sena b' sena, bejn l-2011 u 2015?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm instabu każijiet ta’ Caprine Arthritis Encephalitis fuq mogħoż f’irziezet tal-Gvern u dawk privati, sena b’sena, mill-2011 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda notifika ta’ każ ta’ Caprine Arthritis Encephalitis fuq mogħoż f’irziezet tal-Gvern u dawk privati, mill-2011 sal-lum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet għand bdiewa mis-sezzjonijiet differenti tal-Ministeru tal-Ambjent u Agrikoltura, sena b’sena, mill-2011 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm bdiewa u raħħala weħlu multi minħabba nuqqas ta’ Cross Compliance sena b’sena, mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, l-istatistika relatata mal-bdiewa u raħħala li weħlu Cross Compliance mill-2013 sal-lum hi kif ġej hawn taħt:
2013 – 222–il multa
2014 – 234–il multa
2015 – 238-il multa
Jista’ l-Ministru jgħid kemm instabu annimali li mhux tajbin għall-konsum tal-bniedem fil-Biċċerija, sena b’sena, mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, l-annimali li nstabu li mhumiex tajbin għall-konsum tal-bniedem fil-Biċċerija mis-sena 2013 sa 2015 huma:
2013 – 675 annimal
2014 – 704 annimal
2015 – 552 annimal
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ħareġ il-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet kollha illi jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti l-ammont totali ta’ kull direct order u lil min ngħataw?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, b’żieda mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 16191, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella A (il-Ministeru u d-Dipartimenti) u Tabella B (Wasteserv) bl-informazzjoni mitluba
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti jew persons of trust illi taw is-servizz tagħhom lill-Wasteserv, bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid meta jiskadi t-term ta’ konsulenza ta’ kull wieħed minnhom? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni (salarju u perkaċċi) tagħhom u kemm tħallsu sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, m’hemm xejn iżjed x’jiżdied mal-informazzjoni li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra b’risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16192.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – konsulenti jew persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti jew persons of trust illi taw is-servizz tagħhom lill-Ministeru tiegħu jew lil kwalunkwe dipartiment, entità jew awtorità illi taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu, bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid meta jiskadi t-term ta’ konsulenza ta’ kull wieħed minnhom? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni (salarju u perkaċċi) tagħhom u kemm tħallsu sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BRINCAT, LEO)
B’żieda mal-informazzjoni li qgħedt fuq il-Mejda tal-Kamra għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16192, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mit-tagħrif mogħti lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti hemm ħames karigi oħra ma’ dawk imsemmija. Qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella illi telenka l-miżati illi wieħed jintalab iħallas għall-iskart li jiddaħħal il-Magħtab preżenzjalment, kif ukoll kif kienu l-miżati? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll x’kienu dawn il-miżati matul l-2015, l-2014, l-2013, u l-2012 separatament?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (BRINCAT, LEO)
L-Onor. Interpellant japprezza li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli nibet minn Ministeri oħra li kienu jħaddnu wkoll bosta sezzjonijiet u/jew entitajiet u dipartimenti li llum ma jiffurmawx parti minn dan il-Ministeru. Fil-fatt, fil-parti l-kbira tiegħu, il-Ministeru tiegħi twieled minn dak li qabel kien il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali (MRRA) li minnu twieled ukoll il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura (MTI) tal-lum. Għaldaqstant biex ma tingħatax informazzjoni doppja għall-perjodu ta’ bejn l-2008 u Marzu 2013, ir-risposta ser tingħata mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari simili. Min-naħa l-oħra, ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti,ninsab infurmat li f’dak li jirrigwardja l-perjodu 1999-2007, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ma ta l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija. Inżid, fl-aħħar nett, li bejn l-1999 u Marzu 2013, il-kumpanija Wasteserv Malta Ltd. ukoll ma tat l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – Overtime
Question
Jista’ l-Ministu jgħid kemm tħallas overtime fid-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, sena b’sena u dipartiment b' dipartiment mill-2013 sal-2015?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Pjan ta’ Żvilupp Rurali jiġi spjegat fid-dettall lill-bdiewa u r-raħħala? Jekk dan se jsir, kif se jsir?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li l-Pjan ta’ Żvilupp Rurali se jiġi spjegat fid-dettall lill-bdiewa u r-raħħala, b’kollaborazzjoni mal-Managing Authority tal-MEAIM.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm instabu każijiet ta’ annimali morda bil-bruċellosi, sena b’sena, mill-2011 sal-2015?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li ma kien hemm ebda każ ta’ annimali morda bil-bruċellosi, mill-2011 sa l-2015.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex qed isiru studji biex jaraw jekk il-popolazzjoni tan-naħal f’Malta u Għawdex hijiex qed tonqos?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat illi d-Dipartimenti responsabbli mis-settur tan-naħal mhumiex involuti fl-ebda studji biex jaraw jekk il-popolazzjoni tan-naħal f’Malta u Għawdex hijiex qed tonqos.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn is-sezzjoni tal-apikultura tinsab żarmata u mhux qed tiffunzjona?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li kif ġie mfisser fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13930, il-funzjoni dwar l-apikultura tinsab attiva permezz ta' unit responsabbli fi ħdan id-Direttorat tal-Agrikultura kif ukoll tad-Divizjoni Veterinarja.
Bil-kontra ta' dak li qed jistqarr l-Onor. Interpellant, ninsab infurmat li din mhux talli mhix żarmata u mhix tiffunzjona iżda permezz tal-ħidma tal-uffiċjali fi ħdan dawn id-Direttorati, mexjin sew il-preparamenti sabiex għall-ewwel darba kull min irabbi n-naħal f'Malta ser ikollu qafas ta' għajnuna fuq kull kaxxa, li jinvolvi wkoll kontrolli annwali fuq l-istat ta' ħelsien mill-mard ta' dawn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laboratorju hemm fid-dipartimenti/awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jelenka s-servizzi li joffru dawn il-laboratorji lill-pubbliku?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostennibli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — membri ta' bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm trid tipproduċi tadam kull tomna raba' biex tikkwalifika għas-sussidju? Jekk l-ammont stipulat ma jintlaħaqx, il-bidwi jeħel xi penali jew addirittura jitlef is-sussidju għal kollox?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li l-iskema ta' għajnuna magħrufa bħala voluntary coupled support għat-tadam għall-ipproċessar mhix marbuta ma' produzzjoni ta' kwantità f'kull tomna raba’. Infurmat ukoll li ma jingħatax sussidju jekk il-perċentwal minimu ta’ dak ikkuntrattat bejn il-bdiewa produtturi, permezz tal-għaqdiet tal-produtturi tagħhom, u l-proċessuri, ma jintlaħaqx.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm l-ispiża biex jiġi mkabbar it-tadam żdied konsiderevolment mill-2004 ‘l hawn, l-ammont ta' sussidju fit-totalità tiegħu ma ammontax għal aktar minn €900,000 fis-sena?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li s-settur tat-tadam huwa l-uniku prodott tar-raba’ li jingħata sussidju taħt l-iskema Voluntary coupled support.
L-ammont ta’ €900,000 bħala
ceiling
għall-
Voluntray coupled support
għas-settur tat-tadam għall-ipproċessar jirrifletti dak li ġie mitlub f'konsultazzjonijiet mas-settur innifsu fil-bidu tan-negozjati dwar il-Politika Agrikola Komuni (PAK) il-ġdida sa mill-2011. Infakkru li taħt ir-regoli tal-PAK, dan l-ammont jittieħed mill-allokazzjoni globali għall-għajnuna diretta ta' Malta u jirrappreżenta 17% tat-total. Il-kumplament tal-fondi – 83% - imorru għas-setturi tal-ħalib, nagħaġ, ċanga u għajnuniet oħra bbażati fuq l-użu tal-art.
Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika jekk hux qed jissuġġerixxi li għandu jitnaqqas is-sussidju minn fuq il-ħalib, in-nagħaġ jew minn fuq iċ-ċanga biex jiżdied l-ammont li jmur għas-settur tat-tadam.