Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qed jattendu fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum tal-Anzjani, lokalità b'lokalità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta’ anzjani li qed jattendu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Anzjani, lokalita’ b’lokalita’ huwa kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Anzjani jistennew biex jidħlu f'xi Ċentru ta' Matul il-Jum

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qed jistennew biex jidħlu f'xi Ċentru ta' Matul il-Jum tal-Anzjani, lokalità b'lokalità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, m’hemmx anzjani li qed jistennew biex jidħlu f’xi Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-Anzjani.

Benefiċċju tal-mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm dewmien biex jinħareġ il-benefiċċju tal-mard u dan peress illi hawn persuni li qed jirċievu dan il-benefiċċju saħanistra tliet ġimgħat tard? Jista' jgħid eżatt x'inhu l-proċess kollu sabiex id-Dipartiment tas-Sigurtà Socjali ikun jista’ joħroġ dan il-benefiċċju?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-proċess kompjuterizzat biex jitħallsu persuni li jkunu qed jagħmlu ċertifikati tal-mard, isir kull nhar ta’ Tlieta fejn jinqabdu dawk iċ-ċertifikati kollha li jkunu ġew keyed u verified mis-sezzjoni tal-back office f’Għawdex, fil-ġimgħa ta’ qabel bejn proċess u ieħor. Il-pagament abbinat ma’ dawn iċ-ċertifikati li jkunu ġew ivverifikati, isir is-Sibt ta’ wara, jekk l-informazzjoni fuq iċ-ċertifikati tkun korretta. Ta’ min jgħid li, jekk l-individwu jippreżenta ċertifikat mediku kull ġimgħa, allura l-pagament isir kull ġimgħa, imma jekk jippreżenta żewġ ċertifikati f’daqqa u jippreżentahom tard, allura l-pagament ta’ ġimgħa jinqabeż u s-Sibt li jkun imiss, jitħallas ta’ ġimgħatejn f’daqqa. Ġeneralment, persuna titħallas taċ-ċertifikati tal-mard fi żmien ħmistax-il ġurnata u dan għar-raġuni skont meta ċ-ċertifikati jkunu waslu fid-Dipartiment u vverfikati bejn proċess u ieħor. Dan il-perjodu ta’ ħmistax, jista’ jitwal jekk iċ-ċertifikati mibgħuta jkollhom xi dettalji nieqsa u allura jkollhom jintbagħtu lura lill-individwu.

Postijiet għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet ser ikun qed jagħmel investiment f'postijiet għall-akkomodazzjoni soċjali bil-proġett ta' €50 miljun kif imsemmija fil-Baġits tal-2016 u tal-2017? Jista' jagħti lista sħiħa ta' dawn il-postijiet u tal-lokalitajiet kif ukoll kemm huma l-persuni li ser ikunu qegħdin jibbenefikaw minn dan il-proġett?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-lokalitajiet fejn ser ikunu qed jinbnew l-postijiet għall-akkomodazzjoni soċjali, bil-proġett tal-€50 miljun, jinkludu; Birkirkara, Bormla, Kirkop, Attard, Luqa, Msida, Naxxar, Qrendi, Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ. Minħabba li qed jiġu finalizzati xi emendi fil-permessi eżistenti, in-numru preċiż ta’ units li ser ikunu qed jinbnew għad irid jiġi stabbilit.

Applikazzjoni għal Home — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għal dħul f'home?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Awtorità tad-Djar — każ ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fuq problema mal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Birkirkara – Da tal-anzjani ġdida

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27894, jista' l-Ministru jgħid meta ser tkun lesta din id-Dar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif diġa’ għidt f’Mistoqsija Parlamentari numru 27894, dalwaqt ser inkunu qed nippublikaw l-Espressjoni ta’ Interess inkonnessjoni mal-proġett ta’ din id-Dar.

Awtorità tad-Djar – appartamenti/residenzi allokati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien, kull sena, u f'kull lokalità, in-numru ta' appartamenti/residenzi li ġew allokati mill-Awtorità tad-Djar, bejn l-2013 u llum? F'liema lokalità ġew allokati, f'numru għal kull lokalità? Kemm minn dawn l-appartamenti li ġew allokati huma tal-gvern, u kemm tal-privat? Kemm minn dawk l-appartamenti li huma tal-gvern, fil-fatt inbnew wara Marzu 2013? Fejn jinsabu tali appartamenti li nbnew wara Marzu 2013, lokalità lokalità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, ir-risposta għall-ewwel żewġ mistoqsijiet, diġa ngħatat f’mistoqsija parlamentari numru 27770. Mit-total ta’ 505 appartamenti/residenzi, 308 kienu taħt Skema Kiri, waqt li 197 huma proprjeta’ tal-Gvern/Awtorita’ tad-Djar.

Problemi fil-bieb ta’ barra ta’ flat – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn fil-flat hemm xi problemi fil-bieb ta’ barra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorità tad-Djar għamlet kuntatt mas-Sinjur li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament fejn ġie spjegat lilu l-proċedura u aktar dettalji dwar il-każ tiegħu personali.

Pensjoni — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward reviżjoni tal-pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali bagħat informazzjoni bil-miktub lis-Sinjur li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, bl-informazzjoni neċessarja.

Pensjonanti li kellhom dħul inqas minn €500 fix-xahar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti li d-dħul tagħhom kien ta’ inqas minn €500 fix-xahar, sal-aħħar ta’ Ġunju 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, b’żieda ma’ dak li tajt bħala risposta għal tweġiba parlamentari numru 27391, in-numru ta’ pensjonanti li d-dħul tagħhom mill-pensjoni jew pensjonijiet imma eskluż kull dħul ieħor, kien ta’ inqas minn €500, din id-darba iżda inkluż ukoll il-pensjoni mhux kontributorja u pensjoni mhux kontributorja (Pensjoni tas-Servizz), huwa kif ġej: Tip ta' Pensjoni Numru ta' Pensjonanti Pensjoni Kontributorja 9,162 Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz) 7,194* Pensjoni Mhux Kontributorja 7,354 Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz) 30* Total 23,740 * Ibba¿at fuq il-Pensjoni tas-Sigurta’ Soċjali biss Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija. Il-persuni msemmija fuq jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra bħall-Ghajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Ro¿a li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba. Fil-każ tas-7,194 persuna kkwotati fuq, li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew il­-€500 fix-xahar. L-istatistika pprovduta tinkludi ukoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €500 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar. Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €500 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €500 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja ikunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar.

Housing — każ ta' anzjan

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ mal-Housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Dħul f’Dar tal-Anzjani – każ ta’ anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ żewġ anzjani lid-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament peress li jixtiequ li jidħlu f’home?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każijiet imsemmija minnu qegħdin jingħataw l-attenzjoni meħtieġa.

Xiri ta’ post tal-housing – każ ta’ persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament rigward xiri ta’ post tal-housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament, ġiet ikkuntattjata mill-Awtorità tad-Djar u ngħatat l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-każ tagħha.

Kunsill Lokali Siggiewi – skema sabiex jiġu rranġati Housing Estates

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi applikax u bbenifikax mill-iskema sabiex jiġu rranġati Housing Estates? U jekk iva, liema kienu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi għadu ma bbenifikax mill-iskema attwali li tikkonċerna l-irranġar tal-komun ġewwa l-Housing Estates. Madanakollu, huwa maħsub li, l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ser jiġi kkuntatjat fil-futur qarib biex ikun jista’ jipparteċipa f’din l-iskema matul s-sena d-dieħla.

Awtorità tad-Djar – blokki ta’ appartamenti — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema ser ikunu l-ewwel blokki ta' appartamenti li mistenni li jinbeda x-xogħol fuqhom, matul din is-sena? Liema ser ikunu l-appartamenti li hu mistenni li jinbnew mill-Awtorità tad-Djar, matul is-sena d-dieħla? Liema blokki sa issa ħarġu t-tenders tal-bini, u min kienu l-kuntratturi li fil-fatt ingħataw it-tenders għal dan ix-xogħol?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-ewwel blokki li ser jinbeda ix-xogħol fuqhom din is-sena jinstabu fil-lokalita’ ta’ Ħ’Attard u Ħaż-Żebbuġ. Sa issa ħarġu t-tenders għat-tħammil ta’ dawn is-siti msemmija. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, rigward l-appartamenti li ser ikunu qed jinbnew mill-Awtorita’ tad-Djar, għadhom kif għalqu t-tenders dwar l-iskavar; fil-25 ta’ Ottubru ta’ din is-sena. Ir-riżultati jitħabbru skont il-proċedura segwita mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Wara dan il-proċess jiġi deċiż liema siti ser ikun qiegħed jibda x-xogħol fuqhom.

Bini ta’ appartamenti tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti li fuqhom hu mistenni li jinbnew blokki ta' appartamenti tal-gvern u li diġà sar it-taħmil tal-art li fuqha hu mistenni li jinbnew dawn il-blokki? Jista' jagħti tagħrif dwar liema huma l-kuntratturi li tqabbdu jagħmlu dan ix-xogħol? F'kull każ liema xogħlijiet diġà tlestew, u liema hu mistenni li jinbdew matul ix-xhur li ġejjin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, sa issa għadu ma sar l-ebda tħammil peress li kien għadu għaddej il-proċess ta’ evalwazzjoni tal-offerti mitfugħa għat-tender ta’ xogħol għall-istess tħammil. Il-kuntratturi ser jiġu magħ¿ula skont proċess ta’ tender li għalaq fil-25 ta’ Ottubru 2016. Ix-xogħol fuq is-siti li fuqhom huwa mistenni li jinbnew il-blokkok ta’ appartamenti tal-Gvern, huwa mistenni li jibda’ tard din is-sena.

Sussidju tal-kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tikkwalifika għas-sussidju tal-kera?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum, sabiex persuna jikkwalifika għas-sussidju tal-kera jrid jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt: § L-applikanti jridu jkunu l-kerrejja konoxxuti u f’każ ta’ ċens temporanju, il-perjodu taċ-ċens sar għal mhux aktar minn 21 sena; § Il-post li fuqu qed jintalab is-sussidju jrid ikun fi stat tajjeb ta’ tiswija u f’kundizzjoni abitabbli; § Minn sena qabel id-data tal-applikazzjoni, l-applikanti ma jridx ikollhom assi li jaqbżu l-€10,000; § Minn sena qabel id-data tal-applikazzjoni, l-applikanti ma jridx ikollhom proprjetà oħra; § Is-sussidju jingħata skont il-kategorija li jaqgħu taħtha l-applikanti; § Jingħata sussidju addizzjonali ta’ €125 lill-familji li jkollhom xi membru li jkun ibati minn xi di¿abilità; § Jingħata sussidju addizzjonali ta’ €125 lill-familji li jikkonsistu f’6 membri jew aktar; § Jingħata sussidju addizzjonali ta’ €300 lill-familji li jkollhom jgħixu magħhom tfal fostered ; § Persuni waħedhom li kienu għamlu xi żmien f’xi djar tat-tfal; jew kienu f’xi perjodu fostered ; jew ikunu ħerġin mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin; jew ikunu għadhom kif temmew b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni, jibbenefikaw minn sussidju fuq il-kera sa massimu ta’ €1,600 fis-sena sakemm jagħlqu t-28 sena; § Id-dħul annwali tal-applikanti ma jridx jeċċedi il-kapital imsemmi hawn taħt: § Persuna li tgħix waħedha – €13,514,80 § Familja b’¿ewġ persuni (2 adulti) - €16,514,80 § Familja bi tfal - €18,514,80. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, is-sussidju jiġi rivedut kull sentejn fuq id-dħul u l-assi kapitali tal-applikanti fis-sena ta’ qabel. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kemm l-ammont tas-sussidju u tal-assi se jinbidlu riżultat tal-Budget 2017.

Reviżjoni ta’ pensjoni – kaz ta’ koppja

Question

Jista’ l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li kull meta l-anzjani li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament japplikaw għal xi benefiċċju, it-talba tagħhom tiġi rifjutata? Jista’ jara wkoll li ssir reviżjoni tal-pensjoni tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-individwu ser ikun qiegħed jiġi nfurmat bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali bl-eżitu.

Caritas –Rapport “A minimum essential Budget for Decent Living”

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’passi ser jittieħdu jew ittieħdu mill-Ministeru wara r-rapport preżentat mill-Caritas “A minimum essential Budget for Decent Living”? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba sarux laqgħat mill-Ministeru mas-soċjetà ċivili dwar dan?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Kuntrarju għal dak li ġara taħt amministrazzjoni preċedenti, minflok il-Gvern qal li l-faqar huwa perċezzjoni, iltqajna mal-Caritas u saru attivitajiet fejn kien diskuss id-dokument. Nassigura lill-Onor. Interpellant illi qed u se jkunu qed jittieħdu l-passi neċessarji