Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn sad-data li qed inpoġġi din il-mistoqsija parlamentari, ix-xogħol f’Birkirkara Road, San Ġwann reġa’ ġie abbandunat wara biss lejl wieħed ta’ xogħol fejn parti biss mit-trinka li kienet inqalgħat, ingħatat it-tarmak? Jista’ jagħti data definittiva meta se jitlesta dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li ġie nstallat main kbir tal-ilma fi Triq Birkirkara u kompla fi Triq Bellavista. Il-kuntrattur tal-WSC ġie mqabbad jagħmel re-instatement temporanju bil-konkos fi Triq Birkirkara peress li din għandha tingħata t-tarmac minn Transport Malta. Sar ukoll tarmac permanenti matul il-lejl fuq it-trinka tal-WSC fi Triq Bellavista kif tispiċċa B’Kara Road.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – reklamar dwar il-Budget 2016
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ir-reklami dwar il-Budget 2016, kemm dawk fuq it-television, kemm dawk fuq ir-radju, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals kif ukoll dawk bħala google adverts, sew jekk diġà dehru u kemm jekk għad iridu jidhru, in konnessjoni ma’ materja li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid x'inhi l-proċedura li tintuża, mis-sezzjoni tal-Enemalta f'Għawdex, meta jiġu biex jagħżlu l-post minn fejn ikun fornut il-fuel lill-vetturi li jintużaw minn din is-sezzjoni? Minn fejn, xahar b'xahar, inxtara l-fuel mill-1 ta' April 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc. L-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17587 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16772, jista' l-Ministru jgħid jekk it-toroq kollha indikati fir-risposta humiex se jiġu resurfaced u ċjoe hux se jsir wiċċ ġdid fit-toroq kollha minn fejn għadda l-main tal-ilma mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn Ħondoq ir-Rummien sa Ta' Ċenċ? Jekk iva, sal-lum, liema minn dawn it-toroq ġew resurfaced kollha u liema għadhom le? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti mitluba fil-mistoqsija 16772 u jgħid x'għamlet il-Korporazzjoni f'dawk il-partijiet tat-toroq li kienu saru bit-tarmak u dan diġà nqala'? Jista’ jgħid meta se jispiċċa x-xogħol kollu fuq dawn it-toroq?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ħaddiema ma’ operaturi fil-qasam tas-saħħa, tindif jew sigurtà — ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20799 u jgħid x’kienet ir-rata tal-ħlas għal kull siegħa għal dawk il-ħaddiema li huma impjegati ma’ operaturi u/jew kuntratturi li jagħtu servizz fil-oqsma tas-saħħa, tindif jew sigurtà wara sejħa għall-offerti fil-bidu tas-sena 2014 u 2015? Jista’ jgħid x’kienet ir-rata tal-ħlas għal dawn il-ħaddiema f’każ ta’ overtime matul il-ġimgħa, fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi dejjem għal kull siegħa u għall-istess snin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proposta li kien hemm fl-ewwel dokument tal-Budget 2016 li ġie ppreżentat (paġna 140 pt 8.26), fejn is-settur privat kien se jingħata l-possibilità li juża l-kapaċità addizzjonali tal-provvista mill-interconnector bejn Malta u Sqallija, hux se tiġi implimentata?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proposta indikata tirreferi għall-użu tal-fibre optic clusters addizzjonali li jiffurmaw parti mill-Malta-Italy Interconnector u mhux għall-provvista tal-elettriku pprovduta mill-istess infrastruttura.
Din il-proposta ġiet implimentata kif indikat fid-dokument imsemmi. Aktar kmieni din is-sena tħabbret sejħa pubblika għal espressjonijiet ta’ interess mis-settur privat biex jagħmlu proposti dwar kif jistgħu jintużaw il-konnessjonijiet tal-fibre optic imsemmija. Bħalissa l-proposti li rċeviet il-Kumpanija qed jiġu evalwati bir-reqqa biex tinstab l-aktar soluzzjoni vantaġġjuża għal Enemalta plc.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istqarrija li kienet ħarġet mill-Enemalta dwar is-sejħa pubblika li kienet saret.
Jista’ l-Ministru jagħti raġuni għalfejn il-Ħadd 25 ta’ Ottubru 2015 inqatgħet il-provvista tad-dawl f’Ħal Għargħur?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku kmieni filgħodu fid-data indikata f'xi partijiet tal-lokalità msemmija u nħawi fil-madwar seħħ wara xogħol ta' switching li daħħal fis-seħħ il-proċedura awtomatika ta' load shedding bħala miżura ta' protezzjoni. Il-provvista ngħatat lura wara ftit minuti.
Il-Qala – Triq ir-Rebħa, Triq il-Forn u Triq il-Kunċizzjoni – mains tal-ilma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex Triq ir-Rebħa, Triq il-Forn u Triq il-Kunċizzjoni fil-Qala Għawdex tħallew fi stat diżastruż wara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddew main tal-ilma - u dan minkejja li l-Ministru f’mistoqsija parlamentari kien wieġeb u qal li x-xogħol kollu kellu jkun lest sal-aħħar ta’ Awwissu 2015? Jaf li l-istat ta’ dawn it-toroq qed joħolqu inkonvenjent kbir lil dawk kollha li jużawhom imma l-aktar lir-residenti li jgħixu fihom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li t-toroq imsemmija huma parti minn proġett estensiv fejn għadda main ġdid li qasam Għawdex kollu. Ma dan il-main saru xogħlijiet oħra u għad baqa' xi jsir biex tkompli tittejjeb l-infrastruttura t'Għawdex. Dan huwa proġett ta' importanza kbira biex tissalvagwardja riserva adekwata. Il-kuntrattur għaddej bix-xogħlijiet sabiex dan il-proġett jingħalaq għal benefiċċju ta' kulħadd u għat-tkabbir ekonomiku f'Għawdex.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ min-naħa tal-ARMS tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward kont tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u l-kaŻ huwa solvut.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ min naħa tal-ARMS tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward pagament ta’ kont tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant illi l-kaŻ qed jiġi nvestigat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma’ Arms Ltd?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant illi l-ARMS qegħda tagħmel riċerka fuq mudelli ta’ service improvement flimkien mal-Enemalta u l-Water Sevices Corporation.