Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar — ħwienet - liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ħwienet li huma liċenzjati biex joperaw, fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, u dan għal dak li jikkonċerna d-Dipartiment tal-Kummerċ? Minbarra dan id-dipartiment, jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx ħwienet oħra li huma liċenzajti minn dipartimenti/awtoritajiet oħra? X'tip ta' operazzjonijiet huma hekk liċenzjati, mid-Dipartiment tal-Kummerċ, u kemm hemm liċenzji skont il-ġeneru tax-xogħol li jagħmlu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — ingaġġ ta' impjegati mill-Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-1 ta' Jannar 2015 sal-lum ġewx impjegati persuni fis-segretarjat, f'xi dipartiment jew fi kwalunkwe entità pubblika li taqa' taħt ir-responsabilità tiegħu/tagħha li kienu bbenefikaw minn xi skema għall-irtirar kmieni mix-xogħol imnedija mill-Air Malta? Jekk iva, jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' dawn il-persuni u fejn qed jaħdmu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Skema Gozo Transport Grant Scheme

Question

B'referenza għall-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Medji imsejħa Gozo Transport Grant Scheme, liema skema hi amministrata mill-Malta Enterprise, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-iskema hemmx il-ħsieb li tiġi mġedda wara Diċembru 2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Gozo Transport Grant Scheme — noll tal-vapuri

Question

B'referenza għall-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Mejdi Gozo Transport Grant Scheme, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi kummerċjali, ta' kumpaniji li joperaw minn Għawdex u li ngħataw lura n-noll tal-vapuri tal-Gozo Channel matul is-sena 2014 u 2015 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' flus rifonduti matul l-istess żmien?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Gozo Transport Grant Scheme — kumpens

Question

B'referenza għall-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Mejdi Gozo Transport Grant Scheme, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati, ma' kumpaniji li joperaw minn Għawdex, li matul is-sena 2014 u 2015, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, li ġew ikkumpensati għall-ħin li jieħdu biex jaqsmu bejn Malta u Għawdex? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li ġew imħallsa fl-istess żmien?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Gozo Transport Grant Scheme — vetturi kummerċjali

Question

B'referenza għall-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Mejdi Gozo Transport Grant Scheme, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi kummerċjali itwal minn ħames metri li matul is-sena 2014 u 2015 (sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija) talbu li jiġu kkumpensati għall-fuel li jiġi kkunsmat biex jieħdu l-prodotti lejn Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li ġew imħallsa? Jista' jagħti l-istess informazzjoni dwar vetturi kummerċjali li huma itwal minn tmien metri?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Gozo Transport Grant Scheme — spejjeż involuti għal ġarr ta' merkanzija

Question

B'referenza għall-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Mejdi Gozo Transport Grant Scheme fejn fid-deskrizzjoni tal-istess skema jingħadd li meta jintuża subcontracted haulage għal ġarr ta' merkanzija minn Għawdex, il-kumpaniji involuti huma eliġibbli li jiġu mħallsa lura sa nofs l-ispejjeż involuti, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus imġallsa għal dan il-għan matul is-sena 2014 u 2015 (sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija)?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Mita — Ceo u Chairman - remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15686 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid x'remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, kellhom ic-CEO u c-chairman tal-MITA minn 2008 sa 2013? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna/i? Jista' jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Intrapriżi Żgħar u Medji – skemi ta’ inċentivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi skemi ta’ inċentivi ġodda ser jitniedu matul din is-sena għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs)?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskemi ta’ inċentivi ġodda għall-Intrapriżi Żgħar u Medji li ser jitniehdu din is-sena huma: 1. Il-Malta Enterprise qegħda bħalissa taħdem fuq żewġ skemi ġodda għal start-ups: waħda ta’ seed funding għal min jixtieq jibda n-negozju tiegħu u oħra ta’ Mezzanine Finance fejn il-Korporazzjoni ħa tgħin billi id f'id mal-benefiċċjarju kif ukoll (fejn neċessarju) ma investituri privati, jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzi neċessarji biex il-kumpanija tkun tista’ tistabbilixxi fis-suq li tkun qed topera fih. 2. Certify, li l-għan ta’ din l-iskema ħa jkun li tinkuraġixxi kumpaniji dejjem itejbu il-kwalita’ tal-prodott, servizzi u/jew proċessi tagħhom billi jakkwistaw ċertifikati relatati mall-industrija li joperaw fiha. Din l-iskema ħa tkun qed tgħin lil kumpaniji jikkompetu fi swieq internazzjonali. 3. Għajnuna għall-iżvilupp tal-workshops u ħwienet ġewwa Ta' Qali u Dbieġi Crafts Village. 4. Small Enterprise Finance Guarantee immirata li tiffaċilita self lill-kumpaniji li ma kienux mgħejuna finanzjarjament ħabba nuqqas ta' sigurta’ jew track record. Din il-garanzija ħa tgħin lill-kumpaniji jaċċessaw fondi li mingħajr din l-għajnuna ma jkunux approvati. 5. Bħalissa għaddej studju ta’ fattibilita’ dwar il-possibilita’ li jiġi varat programm ta’ Mentorship għal start-ups innovattivi u dawk kreattivi.

Settur tad-digital games — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret fl-2014 fil-qasam tad-digital games, x’kumpaniji bdew joperaw f’dan il-qasam fl-aħħar 18-il xahar u kemm qed jimpjegaw persuni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2014 tkompliet il-ħidma biex ikunu attirati proġetti oħra fil-qasam ta’ digital games u gamification kif ukoll f’dawk li huma oqsma fejn dawn ikunu applikati għall-użu ta’ taħriġ u riċerka medika. Fl-istess sena, Malta Enterprise ħadet inizjattivi u ffinanzjat diversi korsijiet kemm ma’ l-Universita’ ta’ Malta u anke l-MCAST kif ukoll istituti privati għat-taħriġ fil-qasam. Malta Enterprise sponsorjat ukoll inizjattivi diversi immirati biex studenti fi skejjel sekondarji jitħajru jitħarrġu f’dan is-settur. Dan huwa parti minn programm aktar wiesgħa li Malta Enterprise qed taħdem fuqu biex tqarreb l-industrija u l-edukazzjoni lejn xulxin. Fl-2013 u l-2014 bdew joperaw tmien kumpaniji fil-qasam ta’ digital games , fosthom uħud li huma meqjusa bħala leaders fil-qasam, li bejniethom jimpjegaw 116-il ħaddiem. Ma’ dawn hemm 13-il kumpanija oħra li qegħdin fi stadju li mistennija li jibdew joperaw fiż-żmien li ġej. Ta’ min jinnota li, minħabba traskurar tal-problema serja ta’ nuqqas ta’ Maltin adegwatament imħarrġa f’dan il-qasam, numru sostanzjali ta’ mpjiegi f’dan il-qasam mhumiex jimtlew minn Maltin. Għalhekk, Malta Enterprise qed taħdem biex tirrisolva din il-problema li ntirtet minn żmien amministrazzjoni preċedenti Nazzjonalista. Ta’ min jinnota wkoll li għażliet diżastruzi f’dan il-qasam li saru taħt amministrazzjoni Nazzjonalista qed ifixklu l-ħidma attwali ta’ Malta Enterprise.

Investiment dirett barrani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jistima l-Gvern li jinġieb investiment dirett barrani fl-2015, eskluż is-servizzi finanzjarji?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise hija l-entità responsabbli għat-tkattir ta’ Investiment Dirett Barrani. Il-gvern jestima li matul l-2015 il-livell ta’ Investiment Dirett Barrani mhux se jkun inqas mis-sena 2014.

Venture Capital Framework

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni relatata mat-tħaddim u regolamentazzjoni tal-Venture Capital Framework li ħabbar il-Gvern fi Frar 2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Il-Gvern permezz tal-MIMCOL u Malta Enterprise qed tiżviluppa l-qafas għal Venture Capital flimkien mal-partijiet interessati ewlenin inkluż il-Ministeru tal-Finanzi, u l-Borza ta’ Malta. Dan qed isir sabiex jiżguraw li l-qafas huwa mibni fuq strateġija olistika għall-żvilupp ta 'sistema eko VC. Il-Gvern se jkun qiegħed jintroduċi introduzzjoni ta 'sistema ġdida ta' krediti tat-taxxa (kif speċifikat fl-aħħar baġit) sabiex jiffaċilita u jindirizza l-investiment privat lejn lis- start-ups. S’issa il-Gvern mhuwiex iħares lejn investiment ta’ fondi pubbliċi f’dawn il- ventures iżda se tkun żviluppata s-sistema eko VC bħala parti minn inizjattiva kollaborattiva flimkien ma' kumpaniji professjonali li jiprovdu servizzi lokali. Aktar dettalji se jkun ippubblikat wara aktar konsultazzjoni

Intrapriżi Żgħar u Medji – skemi ta’ inċentivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi skemi ta’ inċentivi jeżistu preżentament għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs)?

Response (CARDONA, CHRIS)

L-skemi ta’ inċentivi għall-intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs) huma: 1. Investment Aid Tax Credits 2014-2020 2. MicroInvest 2014 3. Business Advisory Services 4. Business Development Scheme 5. Gozo Transport Grant Scheme 6. Network Support Scheme 7. Strengthening Market Entry and Internationalisation 8. R&D Feasibility Studies 2014-2020 9. Research and Development 2014-2020 10. Royalty Income from Patents 11. MicroGuarantee 12. Interest Rate Subsidies 13. Loan Guarantees 14. Soft Loan 15. Go Global 16. Global Growth

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — positions of trust

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14740 u 14170 u jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – servizz ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu jużawx is-servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet li jsiru? Jista’ jgħid kemm-il darba ntużaw dawn is-servizzi tal-interpreti f’attivitajiet organizzati mill-Ministeru jew mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu fis-sena 2013 u 2014 rispettivament? Jista’ jgħid x’kienu dawn l-attivitajiet?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma kienx hemm użu ta’ dawn is-servizzi. Tali servizzi jingħataw meta jkun meħtieġ.

Suq tal-Belt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15766 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali u li issa ġiet rifertua lilu u ċjoè: B’referenza għall-Konferenza tal-Aħbarijiet tas-6 ta’ Marzu 2014 dwar is-suq tal-Belt (dak li kien jissejjaħ is-Suq Malti) li jinsab fi Triq il-Merkanti fuq wara tal-Palazz tal-President, jista’ l-Ministru jispjega aħjar jekk is-sejħa li saret kenitx call for expression of interest jew sejħa għall-ideat u liema proċess intuża? Jista’ jgħid: (a) Jekk saritx short list ; (b) X’tip ta’ kuntratt ġie offrut lill-partijiet li sottomettew il-proposti; (c) Xi żvolta ħadu n-negozjati u x’ġie negozjat; (d) Min kienu n-negozjaturi jew il-persuni fuq il-kumitat tal-għażla; (e) Jekk ġiex iffirmat xi tip ta’ agreement ? Jekk fl-affermattiv, jista’ jikkonferma jekk hux emfitewsi temporanju u għal kemm tul ta’ żmien; (f) Jekk il-proprjetà tistax tiġi sub-leased ; (g) Jekk hemmx xi forma ta’ obbligu li l-bini jiġi restawrat u jekk fl-affermattiv, jistax jikkonferma kif se jkun assigurat li dan isir skont l-obbligi; (h) Jekk ingħatax żmien speċifiku meta għandu jitlesta x-xogħol u jekk il-partijiet humiex marbutin legalment biż-żmien? F’każ li ma jitlestiex fiż-żmien stipulat, jista’ jgħid x’inhuma l-penali; (i) Jekk dan il-proġett hux se jinkludi produtturi jew manifatturi speċjalizzati sabiex jesibixxu u jbigħu prodotti lokali tagħhom; u (j) Peress li normalment l-artiġġjani jingħataw permessi sabiex jorganizzaw fieri fil-bini tas-suq, hux se jibqgħalhom il-possibilità li jagħmlu dan?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Il-Belt Valletta, il-Furjana, Tal-Pietà, il-Ħamrun, il-Marsa u SantaVenera – intrapriżi

Question

Jista’ l-Minsitru jgħid kemm hemm intrapriżi li għandhom liċenzji tal-kummerċ fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, il-Furjana, Tal-Pietà, il-Ħamrun, il-Marsa u Santa Venera?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Freeport – kariga ta’ chief security officer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kariga ta’ chief security officer jew simili, fil-Freeport hijiex okkupata minn membru tal-Korp tal-Pulizija u jekk iva, dan sar wara sejħa pubblika jew le?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.