Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Learning Support Assistant li kellu każ ta' drogi u li kien instab ħati, baqax jaħdem fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, anzi tpoġġa fuq Scale 16 u ntbagħat ukoll jagħmel kors barra fuq diversity? Min ħa dawn id-deċiżjonijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-każ ta' dan il-Learning Support Assistant beda fl-10 ta’ Marzu 2014 u ntemm fis-27 ta’ April 2015, fejn instab ħati.
Matul iż-żmien tal-kawża, l-impjegat kien sospiż fuq nofs paga (skont regolament 16(1) tal-PSC, Proċedura ta’ Dixxiplina), u wara li ħarġet is-sentenza tal-Qorti, l-OPM, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-PSC, ordnat illi l-impjegat jerġa' jidħol lura għax-xogħol, u jingħata l-penali li kien jinkludi:-
· twissija ta’ tkeċċija valida għal sena (7/10/2015 – 7/10/2016);
· jitlef is-salarju li nżamm matul il-perjodu ta’ sospensjoni tiegħu;
· isir Rapport (kull sitt xhur) mis-Superjur tiegħu (matul is-sena tat-twissija ta’ tkeċċija), dwar il-progress fuq ix-xogħol. Ir-rapporti jridu jintbagħtu lill-Kummissjoni.
Din il-persuna ma tħallietx taħdem iżjed ġo skola, sabiex ma jkunx espost ma’ tfal, u għalhekk intbagħat jaħdem fuq xogħol klerikali fl-uffiċċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ.
Infurmat li mid-9 ta’ Jannar 2010 dan l-impjegat kien ħa l-indefinite status meta ġie appuntat Uffiċjal fuq Skala 15 u meta daħal lura għax-xogħol fil-15 ta’ Lulju 2015, huwa żamm l-istess skala.
Infurmat ukoll li ma ntbagħatx barra għall-kors fuq 'Diversity' iżda ntbagħat għal jumejn il-Ġermanja bħala parti mid-delegazzjoni tal-Kulleġġ sabiex jieħu sehem fit-'Transnational meeting'. Kienet fuq id-direttiva tal-Prinċipal tal-Kulleġġ li din il-persuna attendiet għal din il-laqgħa.
Skola Primajra tal-Vajringa, Arkivji ta’ Għawdex u Librerija Publika — watchman
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-kumpless fejn hemm l-Iskola Primarja tal-Vajringa, l-Arkivji ta' Għawdex u l-Librerija Pubblika m’hemmx watchman? Jista’ jikkonferma li sa ftit ilu dan il-kumpless kellu watchman iżda issa tneħħa? Jista’ jikkonferma li ftit tal-ġimgħat ilu seħħet serqa ta' eluf ta' euro f'għodda minn dan il-post?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21761.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, infurmat li ma seħħet ebda serqa għax irriżulta li l-affarijiet li ġew irrapportati misruqa fil-fatt instabu fil-post stess.
Jista’ l-Ministru, permezz tal-iStatementing Board jara u jiddeċiedi fuq każ ta’ tifel autistic li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li sal-lum kellu shared Learning Support Assistant u issa qed issir talba li ilha sentejn pendenti biex ikollu Learning Support Assistant għalih waħdu, liema talba saret kemm mill-ġenituri kif ukoll mill-istess Kap ta’ Skola? Fid-dawl li din it-talba ilha sentejn pendenti, jista’ jara li dan il-każ jiġi deċiż qabel il-bidu tas-sena skolastika li jmiss?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li dan il-każ deher quddiem l-iStatementing Moderating Panel f’Awwissu li għadda u t-tifel ser ikollu Full Time One to One Support.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti tal-ewwel sena fin-nursing hux se jitħallsu għat-300 siegħa li għandhom obbligu li jaħdmu bħala parti mit-taħriġ tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bħal kull sena, din is-sena akkademika wkoll l-istudenti kollha li qegħdin isegwu kors fil-Fakultà tal-Health Sciences fl-Università ta’ Malta u li bħala parti integrali fil-kors ta’ studju tagħhom għandhom sigħat ta’ prattika obbligatorju, inkluż l-istudenti tan-Nursing tal-ewwel sena, ħa jkunu mħallsa għas-sigħat obbligatorji msemmija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26539 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx xi diffikultà biex il-bnadar ta' Malta u tal-Unjoni Ewropea li hemm imberflin u mqatta’ quddiem il-Gozo Craft Village f'Ta' Dbiegi jinbidlu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-5,209 persuna li kienu qiegħda f’Ġunju tal-2015 inqatgħu mir-Reġistru tax-Xogħol għax sabu xogħol u kemm inqatgħu mir-Reġistru, mhux għax sabu xogħol? Fil-każ tal-aħħar, x'kienet ir-raġuni li waslet għal qtugħ mir-reġistru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ġimgħa ta’ Lulju 2016, kien hemm 1,877 persuna li sabu xogħol filwaqt li 1,337 persuna nqatgħu mir-reġistru, mhux għax sabu xogħol. It-tabella t’hawn taħt turi r-raġunijiet li wasslu għal qtugħ mir-reġistru, kif se nsemmi:
Raġunijiet
Numru ta’ Persuni
Mewt
3
Impjegat iżda Jobsplus ma rċevietx il-formola ta’ ingaġġ
64
Ma żammewx mal-kondizzjonijiet tar-reġistru tal-persuni qiegħda mingħajr ma taw raġuni
1,026
Każ tan-NEA
1
Mhux iktar interessat li jaħdem
6
Mhux eliġibbli li jirreġistra
9
Riferuti lid-D.S.S.
51
Rtirar
51
Strike Off*
120
Preċedentement impjegat issa inattiv
6
Total
1,337
* Strike Off: Ir-reġistrant irrifjuta kors ta’ taħriġ, opportunità ta’ xogħol, skema u/jew instab jaħdem waqt li kien jirreġistra.
Jista' l-Ministru jispjega d-differenza bejn dawk qiegħda fin-news release 2016_117 tar Registered Unemployed u dawk qiegħda fin-news release 101_2016 tal-Labour Force Survey? Liema miż-żewġ ċifri tqarreb l-iżjed lejn l-ammont veru ta' nies qiegħda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li News release 117/2016 tar-Registered Unemployed maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi n-numru ta’ persuni qiegħda skont ir-reġistru li żżomm Jobsplus. News release 101/2016 tal-Labour Force Survey tal-istess NSO turi figura ta’ nies qiegħda skont il-metodoloġija użata mill-Eurostat. Il-metodoloġija użata għall-labour force survey hija spjegata f’paġni 12 sa 14 tal-istess news release.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu t-tfal li bbenefikaw mis-servizz b’xejn ta’ child care li beda joffri l-Gvern fl-1 ta’ April 2014, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? X’kienet in-nefqa fl-istess perjodu fuq din il-miżura? Kemm hemm ċentri li qed jieħdu sehem bħalissa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fil-perjodu bejn l-1 ta’ April 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2014 kien hemm 3,856 applikazzjoni għall-iskema ta’ Child Care b’xejn. Bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2015 kien hemm 2,843 applikazzjoni.
F’Jannar tal-2016 ġiet introdotta sistema kompjuterizzata (Childcare Information System) b’nefqa ta’ €250,000. Bħalissa n-numru ta’ tfal li qegħdin jibbenefikaw mis-servizz huwa ta’ 2,947.
In-nefqa għal din l-iskema kienet kif se nsemmi:
2014 (April – Diċembru): €5.2 miljuni
2015 (Jannar – Diċembru): €10.01 miljuni
2016 (Jannar – Settembru): €9.26 miljuni
Infurmat ukoll li hemm 93 ċentru rreġistrat fl-iskema.
Kemm huma l-istudenti li qed jibbenefikaw mis-servizz fejn jitwasslu siegħa qabel il-ftuħ tal-iskola u jingħataw kolazzjon nutrittiv li beda joffri l-gvern mill-1 ta’ April 2014? X’kienet in-nefqa matul l-2014, l-2015 u l-2016 fuq din il-miżura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tal-ftuħ tas-servizz tal-Breakfast Club, fis-sena skolastika 2014-2015 ibbenefikaw 2,433 student filwaqt li fis-sena skolastika 2015-2016 ibbenefikaw 3,362 student.
In-nefqa mill-ftuħ tal-Breakfast Club minn April 2014 sal-aħħar ta’ Ġunju 2016 kienet ta’ €1,274,598.04. Din tinkludi ħlasijiet lill-Breakfast Coordinators (wieħed kull Kulleġġ), ħlasijiet lill-ħaddiema (għalliema, LSAs, eċċ.), kif ukoll ix-xiri tal-prodotti għall-Breakfast Club, kif se nsemmi:
Sena Skolastika
Nefqa
2014-2015
Ħlasijiet lill-
Breakfast Coordinators
€41,205.00
Ħlasijiet lis-
Supervisors
li jieħdu ħsieb it-tfal
€397,783.52
2015-2016
Ħlasijiet lill-
Breakfast Coordinators
€41,420.76
Ħlasijiet lis-
Supervisors
li jieħdu ħsieb it-tfal
€644,101.56
April 2014 – Ġunju 2016
Tqassim ta’ Fondi lill-iskejjel
€150,087.20
TOTAL
€1,274,598.04
Kemm kien in-numru ta’ studenti li rrepetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-istipendju xorta matul l-2014, l-2015 u l-2016? X’kienet l-ispiża fuq din il-miżura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li rrepetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti fis-snin skolastiċi 2013/14, 2014/15 u 2015/16 kienu kif ġej:
Sena skolastika 2013/2014
Numru ta’ studenti 1043
Nefqa totali €421,774
Sena skolastika 2014/2015
Numru ta’ studenti 1031
Nefqa totali €702,320
Sena skolastika 2015/2016
Numru ta’ studenti 976
Nefqa totali €736,728
L-ammonti indikati jkopru studenti li rrepetew sena fil-kors ta’ studju tagħhom fil-livell post-sekondarju u terzjarju u ngħataw stipendju wara li applikaw. L-ammont jista jvarja bi ftit peress li matul is-sena jkun hemm studenti li jirreżenjaw. Xi studenti jkunu wkoll eliġibbli għall-għotja supplimentari
Studenti li attendew għall-klassijiet ta’ reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm studenti li attendew għall-klassijiet ta' reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC minn Marzu 2013, sena skolastika b’sena skolastika? Kemm minn dawn l-istudenti qagħdu għall-eżamijiet? Kemm minnhom għaddew mill-eżamijiet li qagħdu għalihom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti li attendew għall-klassijiet ta’ reviżjoni fl-2014 (l-ewwel sena tal-klassijiet ta' reviżjoni), 2015 u fl-2016, kif ukoll il-perċentwali ta' kemm ġabu marka ta' 4 jew 5 fir-resits qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-istatistika dwar il marki li ġabu l-istudenti fir-resit ta' din is-sena għadha qed tiġi analizzata u tkun disponibbli fil-futur qrib.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il borża ta’ studju ngħatat minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija u taħt liema skema? Jista’ jagħti l-valur kumplessiv ta’ dawn il-boroż ta’ studju?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Dipartiment Implimentazzjoni ta’ Programmi li n-numru ta’ boroż ta’ studju li ngħataw minn Marzu 2013 sa Awwissu 2016, taħt liema skema u l-valur kumplessiv tagħhom huwa kif nsemmi:
Bejn Marzu 2013 sa Awwissu 2016
Nru. ta’ boroż ta’ studju mogħtija
Valur kumplessiv
Malta Arts Scholarhisps Scheme (b’fondi lokali)
43
€250,000.00 fis-sena
Malta Sport Scholarships Scheme (b’fondi lokali)
39
€120,000.00 fis-sena
Malta Government Scholarships Scheme (MGSS)
148
€900,000.00 fis-sena
ENDEAVOUR Scholarship Scheme – Katgorija B (b’fondi lokali)
56
€900,000.00 fis-sena
ENDEAVOUR Scholarship Scheme – Katgorija A (b’fondi mill-EU)
247
€2,400,000.00 fuq perjodu ta’ 4 snin
REACH HIGH Scholars Programme – Post-Doctoral Grants (b’fondi mill-EU)
16
€392,667.08 li tħallsu s’issa. Kull
grant
taħt l-iskema REACH HIGH jista’ jwassal sa massimu ta’ €200,000.00 fuq perjodu ta’ 3 snin.
Żgħażagħ reġistrati bħala Not in Education, Employment or Training
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm żgħażagħ li skont il-figuri tad-dipartiment, preżentement jinsabu reġistrati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Jobsplus ser tkun qed tagħmel l-aġġornament tad-data fuq in-NEETS fl-aħħar ta’ Novembru u dan sabiex jingħata biżżejjed ċans lill-istituzzjonijiet edukattivi jilħqu jirreġistraw liż-żgħażagħ.
Jista’ l-Ministru jindika, skont l-aħħar statistika, kemm hemm persuni li huma impjegati fuq bażi part-time? Jista’ jindika kemm minnhom għandhom l-impieg part-time wieħed prinċipali? Jista’ jindika kemm minnhom għandhom l-impieg part-time tagħhom flimkien ma’ full-time?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta' persuni li kienu impjegati fuq bażi part time fl-aħħar ta’ April 2016 kien ta’ 59,388 persuna. Minn dawn 35,053 persuna kellha impjieg part time bħala dak prinċipali u 24,335 persuna li kellha impjieg part time kif ukoll full time.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ impjieg għandha mal-Gvern il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid xi kwalifiki għandha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mir-rekords tal-MEDE kif ukoll tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru, ma jirriżultax li l-persuna msemmija mill-Onor. Interpellant taħdem fid-dekasteru tiegħi.
Skejjel primarji tal-Gvern – servizz tal-Breakfast Club u Club 3-16 — attendenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika li għaddiet kemm kien in-numru ta' tfal li jattendu fl-iskejjel primarji tal-Gvern li bbenefikaw minn servizzi tal-Breakfast Club u Club 3-16 li jingħataw fl-istess skola fejn jattendu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika li għaddiet, in-numru ta’ tfal li jattendu fl-iskejjel primarji tal-Gvern li bbenefikaw minn servizzi ta’ Klabb 3-16 u li jingħataw fl-istess skola fejn jattendu kien ta’ 2,555. Fl-istess sena skolastika, 3,362 student ibbenefikaw mis-servizz tal-Breakfast Club.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ġew impjegati mal-Institute of Education mill-jum it-twaqqif tiegħu sal-aħħar ta' Settembru 2016? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-impjegati, ir-rwol tagħhom fi ħdan l-Istitut u kopja tal-avviż pubbliku tas-sejħa għall-impjieg ta’ dawn l-impjegati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema li hemm impjegati mal-Institute of Education huwa ta’ għaxra. Ma nħarġux sejħiet għall-impjieg ta’ dawn il-persuni. Ir-rwol tagħhom u kif huma impjegati mal-Istitut huwa:
CEO - persuna ta’ fiduċja
Uffiċjal Edukattiv - detailed
Kap tad-Dipartiment (HoD) Primarja (Assessjar) - detailed
Kap tad-Dipartiment (HoD) Primarja (Assessjar) - detailed
Kap tad-Dipartiment (HoD) Primarja (Assessjar) - detailed
Assistant Principal - detailed
Segretarja - direct appointment b’kuntratt ta’ servizz
Uffiċjal Żvilupp, Implimentazzjoni u Riċerka ta’ Programmi - persuna ta’ fiduċja b’kuntratt ta’ servizz
Uffiċjal Amministrattiv u Finanzjarju - persuna ta’ fiduċja b’kuntratt ta’ servizz
Espert fl-IT - kuntratt għal servizz
Sadanittant, żewġ sejħiet, waħda għal Manager Programme Development Coordination and Implementation u oħra għal Senior Manager Quality Assurance, għalqu fis-7 ta’ Ottubru 2016.
Inħarġu wkoll tliet sejħiet għal espressjoni ta’ interess fuq bażi ta’ kuntratt għal servizz għal-Learning Programme Development Experts biex jinkitbu l-korsijiet, jgħallmu lill-parteċipanti u jassessjawhom. Intagħżlu erba’ (4) esperti għall-Introductory Course, 15 għall-Adaptation Course u 11 għall-Modules qosra biex jiġu offruti bħala Continuing Professional Development.
Kopja ta’ dawn il-ħames sejħiet qed jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 27504 - VACANT POSITION JOBSPLUS 474 Senior Manager.docPQ 27504 - VACANT POSITION JOBSPLUS 475 Manager.docEoI for LPDE to develop Introductory Course.pdfExpression of interest for Learning Programmes Development Experts to Develop Modules for the Adaptation course for the Institute for Education.pdfEXPRESSION OF INTEREST FOR LEARNING PROGRAMME DEVELOPMENT EXPERTS.pdf
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultat tat-tender għax-xiri ta' tablets bħala parti mill-proġett one tablet per child?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tender ġie maħruġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti u ġie evalwat minn Bord maħtur apposta. Kopja tar-riżultat uffiċjali kif jidher għand id-Dipartiment tal-Kuntratti qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.