Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22351 Sitting 474 2001-01-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Rabat — Toroq

Question

Peress li ħafna toroq fil-kampanja tar-Rabat jinsabu mimlija ħofor kbar u qed jikkawżaw inkonvenjent lill-bdiewa u l-familji li jgħixu fl-inħawi, jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' xogħol immedjatment?Jekk f'affermattiv meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #22787 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Ta' Farsina - Laundry

Question

Peress li ta' kuljum joħroġ kwantita' ta' nugrufun minn laundry li taħdem qrib l-area residenzjali magħrufa bħala Ta' Farsina, f'Ħal Qormi, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir mid-Dipartiment ta' l-Ambjent biex dawn l-emissions jiġu kkontrollati u mwaqqfa? Se jagħmel investigazzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tajt struzzjonijiet lid-Direttur għad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent biex isiru l-investigazzjonijiet neċessarji.
Leg 9 PQ #22795 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' flus li kull kunsill lokali għandu jagħti lid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu, kull kunsill lokali separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22298 (Seduta 471).
Leg 9 PQ #22796 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Kalkara tal-ġir

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx x'effett qed ikun hemm fuq l-ambjent u saħħet in-nies, partikolarment ir-residenti fl-areas ta' Triq il-Ħammieri, Triq il-Ħelsien, Triq id-Deheb Fin, il-Wied u l-madwar f'Ħal Qormi, minħabba l-kalkara tal-ġir li hemm fil-wied? Jaf il-Ministru li ġieli jitqabbdu t-tyres biex isir il-ħruq meħtieġ fix-xogħol f'din il-kalkara? Id-dipartiment ta' l-ambjent għamel xi testijiet biex jiġu analizzati l-emissions li joħorġu fl-arja? Jekk saru, x'irriżulta? X'passi qed jieħu d-dipartment biex tittaffa din il-ħsara?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tajt struzzjonijiet lid-Direttur tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent biex il-lokalita' msemmija, kif ukoll il-kalkara tal-ġir, tkun spezzjonata u biex jittieħdu l-passi jekk jinstab li qed isir xi abbuż. Infakkar li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent għaddej bi programm ta' monitoraġġ ta' l-arja. Ir-riżultati miksuba jinsabu ppubblikati. Id-Dipartiment jieħu azzjoni kontra kull min jirriżulta li qed iniġġeż l-arja.
Leg 9 PQ #22799 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Management Efficiency Unit

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija nru. 22667, jista' l-Ministru jirrispondi rigward l-eserċizzju li kien sar mill-Management Efficiency Unit madwar sitt snin ilu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sitwazzjoni tkun riveduta perjodikament u li jsiru l-interventi li jkun hemm bżonn biex tiżdied l-effiċjenza.
Leg 9 PQ #22301 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Għadira — Latrina

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li ssir latrina pubblika fil-bajja ta' l-Għadira l-Mellieħa, peress li sal-lum għad m'hemmx fejn jisservew il-Maltin u t-turisti? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-Bajja ta' l-Għadira, Mellieħa diġa' jeżistu żewġ latrini pubbliċi.
Leg 9 PQ #22296 Sitting 471 2001-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħaddiema — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani fejn waslet it-talba għall-allowances tal-ħaddiema li jaħdmu fid-Dump site (l-miżbla tal-Magħtab)? Kemm ilha pendenti din it-talba? Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex din it-talba pendenti tiġi rimedjata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema li jaħdmu fit-Tip Face ta' Dump Site jirċievu allowance (ta' 15%). It-talba biex tiżdied din ir-rata u tinfirex fuq ħaddiema oħra li ma jaħdmux fuq it-Tip Face kienet saret f'Lulju ta' l-1999. Jien infurmat li reviżjoni tal-ħlasijiet ta' l-allowance ġiet diskussa mal-Unions.
Leg 9 PQ #22297 Sitting 471 2001-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Toroq — Triq Prinċipali tal-Baħrija

Question

Jista' l-Ministru jara li mmedjatament jsir l-kordinament meħtieġ sabiex jiġu rranġati l-ħofor kbar li żviluppaw fit-Triq Prinċipali tal-Baħrija kawża tal-aħħar maltempata, ħalli f'dawn iż-żmenijiet ta' festi almenu n-nies tal-Baħrija jkollhom ftit anqas inkonvenjent mis-soltu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #22298 Sitting 471 2001-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi — Kontijiet Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jinformani liema huma dawk il-kunsilli f'Malta li għandhom pagament pendenti mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, fuq xogħlijiet li saru mill-1995 'il hawn? Kemm jammontaw f'ċifra finanzjarja kunsill, kunsill?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Kunsilli u l-ammont li t-Taqsima tax-Xogħlijiet qed jitlob minn għandhom. Nixtieq ngħid li peress li ma kienx hemm struttura tajba kif jinħarġu dawn il-kontijiet, din l-istruttura se tissaħħaħ matul din is-sena sabiex jinġabar dak li hu dovut u jinħafer fejn hu l-każ.
Leg 9 PQ #22299 Sitting 471 2001-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Kola — Landscaping bit-turf naturali

Question

Jista' l-Ministru jistħarreġ il-possibbilta' li jsir landscaping aħjar fl-inħawi tal-Għalqa ta' Kola, Rabat, bħal per eżempju jsir wiċċ bit-turf naturali, ladarba jirriżultaw ħafna problemi biex isir xi forma ta' emeljorament f'din il-parti tar-Rabat li qed tkun ta' inkonvenjent kbir għan-nies tal-lokal u lill-madwar 800,000 turist li jżuru r-Rabat ta' Malta minħabba s-siti storiċi li joffri? Jista' l-Ministru jikkunsidra li dan it-turf isir qabel il-festa ta' San Ġużepp li ġej nhar id-19 ta' Marzu 2001, ħalli dawn l-inħawi jitgawdew ukoll mill-pubbliku Malti li jitla' jiċċelebra din il-festa popolari fir-Rabat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #22300 Sitting 471 2001-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mtaħleb — Dumps Skips

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li jsiru żewġ dump skips kbar fl-inħawi tal-Mtaħleb, peress li reġa' qed jitwaddab l-iskart fl-inħawi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #22473 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Karti bla watermark

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dekasteru tiegħu, cost centre b' cost centre, kemm kienet in-nefqa għax-xiri ta' karti bla watermark fis-sena 2000? Kemm inxtraw riżmi ta' karti bla watermark għal kull cost centre? Minn fejn inxtraw?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hija din: Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent AMMONT KWANTITA' AĠENT LM. RIŻMI Cost Centre 1 873.50 562 Galaxy Co. Ltd. Ramilene Office Supplies Cost Centre 2 247.36 125 Arrowswift Contracts Ltd. Galaxy Co. Ltd. Cost Centre 3 305.04 162 Arrowswift Contracts Ltd. Taqsima tax-Xogħlijiet Cost Centre 2 2962.70 1476 A. Schembri M.L.M. Ltd. Tabone Comp. Intermarkets Cost Centre 6 85.00 50 M.L.M. Ltd.
Leg 9 PQ #22594 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Benghajsa — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jara li l-akkwati ta' Benghajsa tingħata tindifa peress li ġiet trasformata f'miżbla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-tindif tat-triq u l-inħawi ta' Bengħajsa ilu għaddej għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat u mistenni li jitlesta fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #22667 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Xogħlijiet Pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-eżerċizzju li kien sar xi snin ilu fejn ittejbet l-effiċjenza tal-ħaddiema tad-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi hux se jirrepeti ruħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Membru jipprovdi dettalji aktar speċifiċi rigward l-eżerċizzju li qed jirreferi għalih fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #22668 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Xogħlijiet Pubbliċi — Balluta

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-ħaddiema tad-divizjoni tax-xogħlijiet pubbliċi għal-overtime li għamlu fil-proġett tal-Ministeru tat-Turiżmu li jirrigwarda upgrading tal-bajja tal-Balluta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema msemmija ser jitħallsu dalwaqt.
Leg 9 PQ #22670 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Virements

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22357?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22357 (Seduta 465).
Leg 9 PQ #22265 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Enerġija Solari

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk matul 1999-2000 sarx studju sabiex l-bini li jaqa' taħt ir-responsabilita' ta' dan il-Ministeru jistax isir fuq bażi ta' sistema ta' enerġija solari? Jekk iva, x'kienu l-konklużjonijiet? Jekk le, jista' jikkonsidra li s-sena d-dieħla jsir dan l-istudju?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ma sar l-ebda studju fuq il-bini sabiex tintuża sistema ta' enerġija solari. Ninsab infurmat li l-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini (BICC) qed jikkunsidra li jniedi pubblikazzjoni fuq din il-materja. Dawn il-pubblikazzjonijiet isiru minn żmien għal ieħor u jitqassmu lill-periti, inġiniera, studenti u kuntratturi.
Leg 9 PQ #22612 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Triq Bormla Wharf

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jsir rapport peritali fuq x-xogħlijiet li hemm bżonn isiru ġewwa Triq Bormla Wharf, Bormla in vista ta' l-umdita' u inkonvenjenti kbar li r-residenti qegħdin ibatu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #22427 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Distrett Nru. 2 — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk ix-xogħlijiet li saru matul is-sena 2000 fil-lokalitajiet tat-2 Distrett minn ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Ambjent u li ma tħallsux mill-Kunsill Lokali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li saru fil-lokalitajiet tat-2 Distrett mill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Distretti u li għadhom ma tħallsux mill-Kunsilli Lokali huma: Job No. Lokalita' Sit Xogħol 23106 Wied il-Għajn Ġnien - Bajja ta' San Tumas Tisbieħ 23513 Kalkara Bajja tar-Rinella Tisbieħ 24355 L-Isla Toroq differenti Irranġar
Leg 9 PQ #22434 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Sta. Margerita

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet se jsiru din is-sena fuq il-proġett ta' Pjazza Sta. Margerita, Bormla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li din is-sena ser isir it-tieni fażi tal-Proġett li hija l-'link' bejn il-parti ta' isfel u l-parti ta' fuq u ser titkompla s-sistema ta' dawl għal pjazza.