Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tħawwil — Arbuxelli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm arbuxelli tħawlu tul is-snin 1999, 2000 u din is-sena, u jistgħax jiġi indikat kemm minnhom saru f' Bormla, Birgu, Senglea, Fgura, Kalkara, Xgħajra u Żabbar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Sena Numru ta’ Arbuxelli 1999 17,892 2000 15,881 2001 5,739 (minn Jannar sa Settembru) 1999 2000 2001 Bormla 55 Birgu 288 18 96 Senglea Fgura 520 Kalkara 327 132 Xgħajra 27 10 Żabbar It-temp jagħmel differenza u l-programm jista’ jiġi effettwat, kif filfatt ġara din is-sena minħabba n-nuqqas ta' ilma u t-temp sħun għal żmien twil ħafna. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment m’għandux kuntratt f’dawn il-lokalitajiet: l-Isla , Bormla u Żabbar.

Kalkara — Triq Rinella

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li issir iż-żabra tas-siġar li jinsabu fil-bidu ta' Triq Rinella Kalkara?

Response (ZAMMIT, NINU)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-uffiċjali nkarigati biex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #29618 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.
Leg 9 PQ #29653 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kon-Katidral ta' San Ġwann — Siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura kellux talba sabiex jinqatgħu siġar li hemm biswit il-kripta tal-kon-katidral ta' San Ġwann, quddiem il-qorti, jew jekk intalabx jagħmel assessment tal-ħsara potenzjali li dawn jistgħu jikkawżaw?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura saritlu talba kemm mill-Valletta Rehabilitation Project kif ukoll mill-Kunsill Lokali ta' Valletta kemm verbalment kif ukoll bil-miktub dwar qliegħ ta' siġar li hemm biswit il-kripta tal-kon katidral. Fil-11 t'April tas-sena 2000, lill-Valetta rehabilitation Project u lill-Restoration Department ġie mibgħut guide lines fejn jindika kif isir "root pruning" u ma ssirx ħsara lis-siġar. Inġibdet l-attenzjoni wkoll mid-Dipartiment tal-Ħarsien ta' l-Ambjent fejn oġġezzjona dwar it-tneħħija ta dawn is-siġar minħabba li l-popolazzjoni ta' għasafar tal-white wagtail motocilla alba ibejtu u jgħaddu x-xhur tax-xitwa f'dawn is-siġar. Ix-xogħol taż-żabra jsir bħala żabra korrettiva biex jiġi evitat żviluppar ta' aktar għeruq.
Leg 9 PQ #29456 Sitting 636 2001-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28987?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tabella li tidher hawn taħt: ETAJIET Anqas minn 29 Bejn 30-45 Fuq 46 Kummissjoni dwar l-Għajnuna Finanzjarja - 2 5 Bord Konsultattiv dwar il-Frott u Ħxejjex - 5 4 Bord dwar is-Sajd - 3 10 Bord Konsultattiv dwar l-Inbid - 3 8 School Arbor Committee 1 1 3 Bord dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi 1 5 6 Kumitat Jum Dinji ta' l-Ikel - 2 1 Agricultural Export Marketing Board - 5 8
Leg 9 PQ #29201 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Raba' — Mellieħa

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' żgumbrament ordnat mill-kummissarju ta' l-artijiet li qed inbgħat separatament dwar raba' fl-inħawi ta' l-aħrax tal-Mellieħa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ ilu jiġi nvestigat mill-Uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sa minn April 1999 u li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ssottometta l-pożizzjoni tiegħu, dwar dan il-każ, lill-Kummissarju ta' l-Artijiet sa minn April 1999.
Leg 9 PQ #29202 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produtturi tal-Laħam

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bil-progress li sar dwar it-talba tal-produtturi tal-majjal sabiex jkollhom żieda fil-prezz tal-laħam tal-majjal li jiproduċu? Kemm fil-fatt hija ż-żieda fil-kilo li qed titlob il-kooperattiva tal-produtturi tal-majjal?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li t-talba għaż-żieda fil-prezz tal-majjal għadha qed tkun evalwata.
Leg 9 PQ #29203 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produtturi taċ-Ċanga

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex matul dawn l-aħħar 4 xhur il-produtturi taċ-ċanga friska tħallsu bejn Lm60 u Lm65 għall-qantar ċanga tal-baqra flok Lm75 u Lm80 l-qantar u għall-laħam taċ-ċanga ta' l-għoġiela Lm95 u 105 l-qantar meta s-soltu kienu jitħallsu Lm115 u Lm110 għall-istess laħam?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru offra lill-KPH li jinqatlu l-baqar mill-istess kooperattiva biex jinqata' xi abbuż. Fil-fatt il-qatla bħalissa hi kompleta u l-KPH ma kellhiex għalfejn tintervjeni għaliex il-produtturi qed jingħataw prezz raġjonevoli u m'humiex jagħmlu undercutting lil xulxin.
Leg 9 PQ #29372 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq fuq safar bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-aħħar ta' Settembru 2001 fil-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabbilita tiegħek? Kemm min dan l-infieq kien fuq safar relatat mal-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #29421 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tariffi

Question

Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li ma kien hemm ebda żieda f'xi tariffi tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd.
Leg 9 PQ #29098 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Postijiet Vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment? Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li bħalissa hemm 38 talba għall-mili ta' postijiet vakanti fil-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd u fid-Dipartimenti li jaqgħu taħtu. It-talbiet huma dawn: 1. Legal Officer/Junior Legal Officer (3) Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd 2. Scientific Officer (3) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 3. Technical Officer (2) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 4. Junior Vet (2) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 5. Assistant Technical Officer (Refrigeration) (1) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 6. Assistant Technical Office (Electrical)(1) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 7. Principal Scientific Officer (1) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 8. Technician (Laboratory) (2) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 9. Assistant Technical Officer (Interior Technical System Maintenance) (1) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 10. Assistant Foreman (Civil Abattoir) (1) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 11. Supervisor (1) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 12. Operations Manager (Maintenance) (1) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 13. Assistant Foreman (Slaughter-line) (1) Dipartiment tas-Serrvizzi Veterinarji 14. Architect and Civil Engineer/ Junior Architect and Civil Engineer (1) Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi 15. Security Guard (10) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 16. Laboratory Technician (6) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 17. Agricultural Officer (15) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 18. Senior Scientific Officer (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 19. Engineer/Junior Engineer (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 20. Tradesman (Mason) (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 21. Operations Manager (Maintenance) (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 22. Scientific Officer (5) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 23. Techncial Officer (Micropropagation) (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 24. Pharmacist (4) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 25. Senior Operative (Rubble Wall Builder) (12) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 26. Foreman (Urban and Rural Landscaping) (11) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 27. Tradesman (Electrician) (2) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 28. Chief Scientific Officer (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 29. Senior Technical Officer (Organic Agriculture) (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 30 Principal Security Officer (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 31. Vulcanizer (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 32. Principal Agricultural Foreman (4) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 33. Tradesman/Senior Tradesman (Panel Beater/Spray Painter) (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 34 Tradesman/Senior Tradesman (Auto-Electrician) (1) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 35. Technician (Agriculture) (7) Dipartiment ta’ l-Agrikoltura 36. Technician (1) Dipartiment ta’ l-Akwakultura 37. Principal Scientific Officer (4) Dipartiment tal-Plant Health 38. Chief Scientific Officer (2) Dipartiment tal-Plant Health.
Leg 9 PQ #29193 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għas-sistemi tal-waste management applikati fil-pajjiżi ta' l-UE, kif dawn se jolqtu l-produtturi tal-bajd frisk f' Malta u Għawdex separatament u dan inkwantu tad-densita tal-popolazzjoni tal-gzejjer?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 29192.
Leg 9 PQ #29194 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għas-sistemi tal-waste management applikati fil-pajjiżi ta' l-UE, kif dawn se jolqtu l-produtturi tat-tiġieġ tas-simna f' Malta u Għawdex separatament u dan inkwantu tad-densita tal-popolazzjoni tal-gzejjer?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 29192.
Leg 9 PQ #29195 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għas-sistemi tal-waste management applikati fil-pajjiżi ta' l-UE, kif dawn se jolqtu l-produtturi tal-ħalib frisk f' Malta u Għawdex separatament u dan inkwantu tad-densita tal-popolazzjoni tal-gzejjer?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 29192.
Leg 9 PQ #29196 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għas-sistemi tal-waste management applikati fil-pajjiżi ta' l-UE, kif dawn se jolqtu l-produtturi taċ-ċanga f' Malta u Għawdex separatament u dan inkwantu tad-densita tal-popolazzjoni tal-gzejjer?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 29192.
Leg 9 PQ #29199 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Laħam taċ-Ċanga Friska

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħwienet tal-laħam li xtraw ċanga friska u ingħataw ċertifikat matul l-1997, 98, 99, 2000, u f' dawn l-ewwel xhur tas-sena? Kemm kienet il-kwantita li nxtrat kull sena separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li n-numru ta' ċertifikati maħruġa lil ħwienet li xtraw ċanga friska hu kif ġej: 1997 Nil 1998 4,316 1999 3,640 2000 6,052 2001 7,440 In-numru ta' ċertifikati maħruġa mid-Dipartiment ma jirriflettux il-kwalita' ta' ċanga li nxtrat minħabba l-fatt li mhux kull min jixtri jmur biex jieħu ċ-ċertifikat.
Leg 9 PQ #29200 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni Lokali

Question

Jista' l-Ministru jispjega li filwaqt li fil-pjanijiet tiegħu se jikkontrolla l-produzzjoni lokali tal-bdiewa, raħħala u l-Apro-Industrija se jneħħi l-protezzjoni fuq l-importazzjoni ta' l-istess sorsi ta' produzzjoni lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma nistax nifhem x'qiegħed jipprova jistaqsi l-Onor. Interpellant. Ma nafx għal liema pjani tiegħi, biex tkun ikkontrollata l-produzzjoni lokali tal-bdiewa, qiegħed jirriferi. Nassigura lill-Onor. Membru li l-pjani tal-Gvern għall-bdiewa, raħħala u l-Agro-Industrija huma li dawn is-setturi jsiru aktar effiċjenti u li l-produtturi jkollhom qligħ xieraq għall-prodotti tagħhom.
Leg 9 PQ #29190 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x' se jiġri mill-kwota tal-produtturi tal-majjal wara li Malta ssir membru ta' l-UE? Jirriżutalu l-Ministru li wara li Malta ssir membru ta' l-UE, il-produtturi tal-majjal titneħħilhom il-kwota tal-majjal?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Gvern ser jesiġi li l-kwota kif approvata mill-MEUSAC ma tiġix miżjuda u dan minħabba raġunijiet ta' ambjent u ta' "waste management".
Leg 9 PQ #29191 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib Frisk

Question

Jirriżultalu l-Ministru li wara s-sena 2008 l-UE se tneħħi l-kwota tal-produtturi tal-ħalib tal-pajjiżi membri? Jista' l-Ministru jinfurmani x' se tkun il-pożizjoni tal-produtturi lokali tal-ħalib frisk?

Response (ZAMMIT, NINU)

Dak li qed jgħid l-Onor. Interpellant fil-mistoqsija tiegħu hu biss spekulazzjoni. Nassigurah ukoll li l-produtturi lokali tal-ħalib frisk se jkollhom l-interessi tagħhom salvagwardjati fin-negozjati.
Leg 9 PQ #29192 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għas-sistemi tal-waste management applikati fil-pajjiżi ta' l-UE, kif dawn se jolqtu l-produtturi tal-majjal f' Malta u Għawdex separatament u dan inkwantu tad-densita tal-popolazzjoni tal-gzejjer?

Response (ZAMMIT, NINU)

Malta se jkollha l-programm ta' waste management skond il-ħtigijiet tagħha, tant, li dan se jagħmel parti mportanti mill-Programm dwar l-Iżvilupp Rurali.