Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — xiri jew kiri ta’ opri ta’ arti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-opri ta’ arti li nxtraw jew inkrew mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħtu wara d-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid f’kull każ fuq il-parir ta’ min saret l-għażla?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u dipartimenti, entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħtu ma nxtraw u lanqas inkrew ebda opri ta' arti wara d-9 ta' Marzu 2013.

Korp Diplomatiku — Ambaxxatur ta’ Malta għall-Ukrajina

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar min huwa l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Ukrajina u jpoġġi s-CV tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (VELLA, GEORGE)

Bħalissa ma hemmx Ambaxxatur akkreditat. Ġie propost l-isem ta' individwu lill-awtoritajiet Ukreni. Imma sa issa għad ma hemmx agrément , li jfisser li teknikament bħalissa għad ma hemmx Ambaxxatur għall-Ukraina. Il-prattika osservata minn din il-Kamra għal żmien twil hija li ma jingħatawx Curriculum Vitae f'Mistoqsijiet Parlamentari. Barra minn hekk, din l-informazzjoni hija suġġetta għall-provvedimenti tad-Data Protection Act u għaldaqstant ma tistax issir pubblika, la permezz tal-Parlament u lanqas b'xi mezzi oħra.
Leg 12 PQ #6443 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Millennium Development Goals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?

Response (VELLA, GEORGE)

Matul dawn l-aħħar snin, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kompla jfassal il-politika barranija tiegħu fil-qasam tal-għajnuna umanitarja u għall-iżvilupp, bil-għan li Malta, flimkien mal- Ġnus Maqgħuda u mal-Unjoni Ewropea, tagħti s-sehem tagħha biex jintlaħqu l-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp (Millenium Development Goals). Il-Ministeru jieħu ħsieb li tingħata għajnuna finanzjarja lil dawk l-għaqdiet mhux governattivi lokali li għandhom il-ħsieb iwettqu proġetti f’pajjiżi li qed jiżviluppaw. Ħafna minn dawn il-proġetti għandhom l-għan li jilħqu l-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs). Il-Ministeru jieħu ħsieb ukoll li jara li jkun hemm qsim ta’ idejat ma’ Ministeri u entitatijiet oħra kkonċernati dwar dawn il-Miri. Il-Gvern iwettaq ukoll il-ħidma tiegħu f’dan il-qasam mhux biss permezz ta’ kooperazzjoni bilaterali iżda wkoll permezz ta’ kooperazzjoni multilaterali, bħalma hija għajnuna li tingħata f’forma ta’ kontribuzzjonijiet lill-Ġnus Magħquda u lill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (European Development Fund - EDF) tal-Unjoni Ewropea. L-għan tal-Gvern preżenti huwa li jkompli x-xogħol fuq l-għajnuna u l-iżvilupp u li jilħaq l-għanijiet stabbiliti f’dan il-qasam. Sa mis-sena 2000, inħarġu diversi rapporti dwar dawn il-Miri kemm mill-Ġnus Maqgħuda kif ukoll mill-Unjoni Ewropea. L-aħħar rapport tal-Ġnus Magħquda ħareġ f’Ġunju ta’ din is-sena (2013). Kopja tiegħu qed titqiegħed fuq il-mejda tal-kamra bħala referenza. Il-Ministeru jwettaq il-politika barranija għall-għajnuna u l-iżvilupp permezz ta’ grupp żgħir ħafna ta’ nies dedikati għal dan il-qasam. Fil-25 ta’ Settembru 2013 sar avveniment speċjali tal-Ġnus Magħquda bl-għan li l-pajjiżi membri mhux biss iħarsu lejn il-progress li sar fuq dawn il-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp, imma wkoll sabiex jiffukaw fuq dawk il-Miri li għad iridu jintlaħqu. Qed issir ukoll diskussjoni fuq politika ġdida tal-Iżvilupp għal wara s-sena 2015, politika li għandha tara li l-Miri jkunu sostenibbli sabiex jintemm il-faqar estrem mid-dinja.

Korp Diplomatiku – ex Ambaxxaturi u Heads of Mission

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Ambaxxatur jew Head of Mission ġew mitluba jirritornaw Malta mill-elezzjoni ’l hawn u kemm sewa dan it-trasferiment lill-Gvern Malti?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawn l-Ambaxxaturi jew Heads of Mission ġew mitluba jirritornaw lura minn żmien l-elezzjoni sal-lum: Joseph Cole, Godwin Montanaro, Joseph Cassar, Karl Xuereb, Colin Scicluna, Joseph Licari, Walter Balzan, Raymond Sarsero, Therese Cutajar, Charles Sultana u Ray Bondin. Dan it-trasferiment sewa €152,591.49 li minnhom €73,561.49 huma Terminal Benefits li jirriżultaw minn kuntratti li kien għamel Gvern preċedenti.

Korp Diplomatiku – ex Ambaxxaturi u Heads of Mission

Question

B’referenza għal kull persuna li kienet qed isservi bħala Ambaxxatur jew Head of Mission kif ukoll b’referenza għal kull persuna li qabel f’ħin jew ieħor serviet bħala Ambaxxatur jew Head of Mission u li kienet jew għadha tifforma parti mill-pool ta’ career diplomats u li issa ntalbet tiġi lura Malta mill-Elezzjoni Ġenerali ’l hawn, xi rwol preċiż qed taqdi kull tali persuna fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin?

Response (VELLA, GEORGE)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif ġej: Is-Sur Joseph Cole qiegħed iservi bħala Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Is-Sur Charles Sultana huwa l- Head of Unit tal- Commonwealth u tan-Nazzjonijiet Uniti. Is-Sur Raymond Sarsero huwa l- Head of Unit tar-Relazzjonijiet Esteri, Affarijiet tal-Mediterran u tal-Mashreq. Is-Sinjorina Therese Cutajar tikkordina l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal- Foreign Affairs Council jiġifieri li kull xahar tieħu ħsieb il-preparamenti ta' dokumenti billi tikkordina u tikklirja l- briefs u briefing notes għall-Ministru għall-Affarijiet Barranin.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – Whistleblowing Reporting Officer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?

Response (VELLA, GEORGE)

L-Avv. Roseanne Cortis, li tagħmel parti mis-Sezzjoni Legali fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin hija l-persuna nominata bħala Whistleblowing Reporting Officer. Din l-uffiċjal hija membru tas-servizz diplomatiku fil-grad ta' second secretary. Nhar l-Erbgħa 27 ta' Novembru 2013, l-Avv. Cortis, flimkien mal-Whistleblowing Reporting Officers tal-Ministeri l-oħra, attendiet Seminar dwar il-Whistleblowing Act. Waqt is-Seminar ingħata tagħrif dwar il-provvedimenti ta' dan l-Att u ġew diskussi l-obligazzjonijiet tal-Whistleblowing Reporting Officers.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — taħriġ għall-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala tnaqqas il-vot għat-taħrig tal-ħaddiema tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fl-2014?

Response (VELLA, GEORGE)

Il-vot rikorrenti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin meta kkomparat mal-2013 żdied b'aktar minn miljun Ewro. L-allokazzjoni taħt l-items individwali tkun iffissata skont il-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi tal-mument. F'każ li jkun il-bżonn li l-vot tat-taħriġ ikun irid jiżdied, dan jista' jsir permezz ta' virements minn items oħra.

Delegazzjoni fil-Ġeorġja

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien jifforma parti mid-delegazzjoni li marret il-Ġeorgia fl-aħħar xhur? X’laqgħat saru? Kemm swiet din iż-żjara fil-Ġeorgia?

Response (VELLA, GEORGE)

Id-delegazzjoni li żaret Ġeorġja dawn l-aħħar ġimgħat kienet tikkonsisti fis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u c-Chief of Staff. Din iż-żjara saret wara talba tal-awtoritajiet ta' Ġeorġja biex Malta tkun irrapreżentata waqt iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tal-President il-ġdid tal-Ġeorġja. L-ispiża kienet tammonta għal €3,336.96 .

Kummissarju Għoli Malti ġewwa Londra — lagħaq fuq immigrazzjoni irregolari

Question

Jista' l-Ministru jghid jekk l-Kummissarju Għoli Malti ġewwa Londra kellux laqgħat speċifiċi fuq l-immigrazzjoni irregolari mal-Gvern Ingliż fl-aħħar xhur?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kummissarju Għoli ġewwa Londra ma kellux laqgħat speċifiċi fuq l-immigrazzjoni irregolari mal-Gvern Ingliż f'dawn l-aħħar xhur. Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li sa fejn huwa magħruf, il-Kummissarju Għoli uscenti ukoll ma kellux laqgħat fuq dan is-suġġett mal-Gvern Ingliż.

Bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxati Maltin kienux infurmati bl-iskema tal-bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija? Jekk iva, x'linji gwidi ngħataw biex jimxu magħhom meta dawn jirċievu talbiet mill-pubbliku dwar din il-materja?

Response (VELLA, GEORGE)

Nikkonferma li l-Ambaxxati Maltin kienu nfurmati bl-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li ntbagħtet lill-Ambaxxati Maltin.

Bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija — Ambaxxaturi u Konsli Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba kellhom l-Ambaxxati u Konsli Maltin madwar id-dinja dwar il-bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija? Jista' jgħid liema kienu l-iktar ħames Ambaxxati u Konsli Maltin li rċevew talbiet mill-pubbliku dwar din il-materja?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-data qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.

Ambaxxaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu u x’benefiċċji jgawdu minnhom kull sena l-ambaxxaturi illi ġew nominati minn dan il-Gvern?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ambaxxaturi li ġew nominati minn dan il-Gvern qed jitħallsu u jgawdu mill-istess benefiċċji li kienu jieħdu l-Ambaxxaturi ta' qabilhom, iġifieri: Is-salarju tal-Ambaxxaturi huwa dak ta' Skala 3, kif muri fl-Estimi.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u kif hu maħsub li l-Ministeru tiegħu, flimkien mal-entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu, mistennija jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea fl-2014, ġejjin mil-liema programm ġejjin?

Response (VELLA, GEORGE)

Bħalissa l-Gvern qiegħed f'negozjati mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun approvat il-Partnership Agreement għas-snin 2014-2020. Fl-istess waqt għaddejja ħidma fuq il-Programmi ta' Operazzjoni. Huwa wara li jitlesta dan il-proċess meta l-Awtorità ta' Gestjoni tibda' toħroġ is-sejħiet għall-proġetti u inizjattivi.
Leg 12 PQ #6101 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barrain — tenders/direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-perijodu 1998 u Marzu 2013? Jista' jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew tender u kemm kienet l-ispiza għal kull każ?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija li tirreferi għaliha din il-mistoqsija parlamentari ngħatat xogħol mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin matul is-snin 2007 sal-2010 b'direct order. Id-dettalji mitluba jinsabu fit-tabella t'hawn taħt :

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li ltaqgħu minn Marzu ta’ din is-sena sad-data li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin huma tnejn. In-National Authority for the Implementation of Chemical Weapons Convention u l-Kunsill tal-Maltin ta' Barra. In-National Authority for the Implementation of Chemical Weapons Convention ltaqa' fit-2 t'Awissu 2013. Hemm ħsieb li l-Kunsill tal-Maltin ta' Barra ltaqa' f'Ottubru li għadda skont kif titlob il-Liġi.

Ambaxxaturi ġodda

Question

B’riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 3902, 3903 u 3904, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxaturi li d-diplomazijai hija l-professjoni tagħhom u liema huma dawn l-ambaxxaturi?

Response (VELLA, GEORGE)

Din il-mistoqsija hija kelma b'kelma bħal mistoqsija parlamentari 4783 magħmula mill-istess Onor. Membru, li r-risposta tagħha ngħatat fit-18 ta' Novembru, 2013.

Ħatra ta’ Ambaxxaturi ġodda

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 3902, 3903 u 3904, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxaturi li d-diplomazija hija l-professjoni tagħhom u liema huma dawn l-ambaxxaturi?

Response (VELLA, GEORGE)

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 3902, 3903, 3904, l-Ambaxxaturi li d-diplomazija hija l-professjoni tagħhom huma dawn :- Pierre Clive Agius Career Diplomat Stephen Borġ Career Diplomat Theresa Cutajar Career Diplomat

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għandu kuntratt wieħed ma' ditta ta' konsulenti legali. Qed inpoġġi kopja ta' dan il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — reklamar u public relations

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'l hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar l-ebda reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'l hawn.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – riżenja ta’ ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?

Response (VELLA, GEORGE)

L-uffiċċjali li offrew ir-riżenja tagħhom mill-10 ta' Marzu sal-lum u min inħatar minflokhom jinsabu fil-listi hawn taħt : Isem Grad Raguni Min inħatar minflokha Cesareo Agius Alex Ambassador NRA Slovenia Skont il-Kuntratt N/A Galea Frank Ambassador NRA Azerbaijan Skont il-Kuntratt N/A Mifsud George Ambassador NRA Republic of Bulgaria Skont il-Kuntratt N/A Grech Laurence Ambassador NRA Baltic States Skont il-Kuntratt Charles L Mifsud De Bono Anthony Ambassador NRA Hashemite Kingdom of Jordan Skont il-Kuntratt N/A Toledo Peter Ambassador NRA Lebanon Skont il-Kuntratt Judge Philip Sciberras Vella John Ambassador NRA Czech Republic Skont il-Kuntratt Godfrey A Pirotta Bonello J.G.P Ambassador NRA Albania Skont il-Kuntratt N/A Bonello Paul Ambassador NRA Iceland Skont il-Kuntratt N/A Borg Simone Ambassador Climate Change Skont il-Kuntratt Ir-riżenja tagħha ma ġietx aċċetata Borg Oliver De Puget Albert Ambassador NRA Brazil & Mexico Skont il-Kuntratt Pius Camilleri Busuttil George N Ambassador NRA Uruguay Skont il-Kuntratt N/A Buttigieg Gregory George Ambassador NRA Sovereign Militarty Order of Malta Skont il-Kuntratt Ir-riżenja tiegħu ma ġietx aċċetata Filletti Joseph Judge Ambassador NRA Portugal Skont il-Kuntratt N/A Ganado Antonio Ambassador NRA Holy See Skont il-Kuntratt George G Buttigieg Hyzler George M Ambassador NRA South Africa Skont il-Kuntratt Ir-riżenja tiegħu ma ġietx aċċetata Mangion Alfred M Ambassador NRA Turkey Skont il-Kuntratt N/A Mercieca Ray Ambassador NRA Croatia Skont il-Kuntratt N/A Mifsud George Ambassador NRA Bulgaria Skont il-Kuntratt N/A Mizzi Ian J Ambassador NRA Morocco Skont il-Kuntratt N/A Muscat Inglott Albert V Ambassador NRA Principality of Liechtenstein Skont il-Kuntratt N/A Psaila Savona Antony Ambassador NRA Montenegro Skont il-Kuntratt N/A Vassallo Carmel Permanent Rapresentation of International Maritme Organisation Skont il-Kuntratt Ir-riżenja tiegħu ma ġietx aċċettata Rizzo Naudi John M Junior Ambassador NRA Malaysia Skont il-Kuntratt N/A Vella Ivan Ambassador NRA Peoples Democratic Republic of Algeria Skont il-Kuntratt N/A Balzan Walter Ambassador Athens Skont il-Kuntratt Charles Stafrace Camilleri Victor Ambassador Libya Skont il-Kuntratt Emanuel Galea Cassar George Ambassador Cairo Skont il-Kuntratt N/A Cassar Joseph Ambassador Beijing Skont il-Kuntratt Clifford Borg Marks Cremona Vicky Ann Ambassador Tunis Skont il-Kuntratt Carmel Inguanez Licari Joseph Ambassador Coucil of Europe Strasbourg Skont il-Kuntratt Judge Joseph A Filletti Montanaro Godwin Ambassador Warsaw Skont il-Kuntratt Pierre Clive Agius Tabone Francis High Commissioner Canberra Skont il-Kuntratt Charles Muscat Vella Tanya Ambassador Madrid Skont il-Kuntratt Mark Anthony Micallef Xuereb Karl Ambassador Berlin Skont il-Kuntratt Albert Friggieri Zammit Tabona Joseph High Commissioner London Skont il-Kuntratt Norman Hamilton Bondin Raymond Permanent Representative UNESCO Skont il-Kuntratt Mons Joseph Vella Gauci Attard David Prof Adviser Offra r-riżenja tiegħu għax kien ingaġġat bħala persuna ta’ Fiduċja Ir-riżenja tiegħu ma ġietx aċċettata Busuttil Salvinu Prof Adviser Offra r-riżenja tiegħu għax kien ingaġġat bħala persuna ta’ Fiduċja Ir-riżenja tiegħu ma ġietx aċċettata Stephen Calleya Prof Adviser Offra r-riżenja tiegħu għax kien ingaġġat bħala persuna ta’ Fiduċja Ir-riżenja tiegħu ma ġietx aċċetata Fsadni Ranier Dr Adviser Offra r-riżenja tiegħu għax kien ingaġġat bħala persuna ta’ Fiduċja Ir-riżenja tiegħu ma ġietx aċċetata Bedingfield Glenn Communications Coordinator Ħa kariga fis-Segretarjat Privat tal-Prim Ministru N/A Leslie Agius Adviser Offra r-riżenja tiegħu għax kien ingaġġat bħala persuna ta’ Fiduċja N/A Persuni maħtura mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin f’bord, offriet ir-riżenja tagħha Isem Pożizzjoni Raġuni Min inħatar minflokha Council of Maltese Living Abroad Rodrick Bovington Membru Għax talab hu Inħatar il-Prof. Stephen Gatt National Authority for the Implementation of Chemical Weapons Convention John Sammut Inspector Għax talab hu Marie Bernardette Mallia Kristina Farrugia Membru Bdil fid-dmirijiet Mark Ciscaldi