Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri lest li jieħu l-gvern biex jikkontrolla kumpanniji li jieħdu kuntratti mill-gvern imbagħad jisfruttaw il-ħaddiema tagħhom billi jċaħħduhom mid-drittijiet li jgawdu ħaddiema oħra fuq il-post tax-xogħol? Ma jaqbilx il-Ministru li l-Gvern, u b'mod partikolari l-Ministru għall-Politika Soċjali, għandu jaċċerta ruħu li dinjita' tal-ħaddiem tkun rispettata f'kull ħin?
Il-Gvern lest li jwaqqaf il-kuntratti ma' ditti (per eżempju d-ditta li tieħu ħsieb it-tindif fl-isptar) jekk jirriżulta li dawn id-ditti ma jipprovdux livell minimu ta' ħlas għall-ħaddiema tagħhom u drittijiet u benefiċċji oħra bħal sick leave, overtime pay, id-dritt li jissieħbu ma' trade union u drittijiet oħrajn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li diġa' tajt għal Mistoqsija Nru. 2010.
12.12.98
Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tat-talba pendenti bir-Ref No. H 0015646? Fil-fatt, x'inhi l-policy tal-Gvern sabiex każijiet bħal dawn jiġu ttrattati? Meta huwa pprogrammat li l-Gvern jirrimedja għal dawn il-każijiet pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Interpellant hu mitlub jara r-risposta li jiena tajtu
għall-Mistoqsija Nru. 1118 li tittratta dwar l-istess persuni.
11.12.98
Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex applikazzjoni għal reserved parking ta' persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tiġi pproċessata bla telf ta' żmien peress li din l-applikazzjoni saret f'Awissu ta' l-1998 wara li l-applikazzjoni oriġinali li kienet saret f'April, 1998 intilfet mid-dipartiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-Servizz tal-Keep Clear/Reserved Parking Areas quddiem residenzi ta' persuni b'diżabilita' jingħata mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'. Minħabba ċerti diffikultajiet, il-Kummissjoni għandha numru sostanzjali t'applikazzjonijiet pendenti. Ittieħdu l-miżuri neċessarji biex dawn l-applikazzjonijiet jiġu proċessati mill-aktar fis possibbli u hu ttamat li s-sitwazzjoni tiġi għan-normal fi żmien qasir.
11.12.98
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1029 u t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1115, jista' l-Ministru jgħid meta huwa l-ħsieb tal-Gvern li jwettaq din il-wegħda elettorali?
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk bdewx jew le diskussjonijiet f'dan is-sens u jekk bdew ma' min?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M'għandix x'inżid mat-Tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsijiet Nri. 1115 u 1029.
11.12.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li l-ħaddiema li huma assistenti soċjali każwali jinqalbu minn self-employed għal part-timers mal-Gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Li l-Assistenti Soċjali Każwali jinqalbu minn 'self-employed' għal 'part-timers' mal-Gvern hija wegħda li l-P.N. għamel fil-programm elettorali tiegħu għall-aħħar elezzjoni ġenerali u li dan il-Gvern ser iwettaq aktar 'il quddiem.
9.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal akkomodazzjoni soċjali? Minn liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex huma dawn l-applikazzjonijiet? F'kull każ, kemm ilha tistenna l-applikazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi sal-4 ta' Diċembru 1998, kien hemm 3005 applikazzjoni pendenti. L-applikanti huma minn madwar Malta u Għawdex kollu. L-applikazzjonijiet ilhom għal perjodu ta' żmien li jvarja mill-l988 sal-4 ta' Diċembru 1998.
12.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm jattendu pazjenti id-Detox Centre, St Luke's kuljum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-istatistika eżatta li tinġabar dwar in-numru ta' pazjenti li jattendu ċ-Ċentru tad-Detox f'St. Luke's tinġabar fuq bażi ta' kull xahar. Għaldaqstant skond l-aħħar statistika huwa kkalkulat li bħalissa fid-Detox qed jattendu media ta' madwar 450 persuna kuljum.
11.12.98
Ministeru tas-Sigurta Soċjali — Żjarat barra minn Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm delegazzjonijiet mid-dikasteru tiegħu li għamlu żjarat barra minn Malta mill-10 ta' Settembru sal-lum? Minn min kienu magħmula dawn id-delegazzjonijiet, x'kien l-iskop tad-delegazzjoni, kemm kienet l-ispiża, x'kien il-perjodu li għamlu msiefra u lil liema aġenzija/i sar il-ħlas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
11.12.98
Jista' l-Ministru jelenka, sena b'sena, minn meta bdiet l-iskema tal-Homehelp għall-anzjani: (1) kemm nies applikaw għal din l-iskema; (2) kemm nies ingħataw dan is-servizz; (3) kemm kienu impjegati CSAs; (4) kemm swiet din l-iskema kull sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Rigward Mistoqsija Parlamentari Nru. 2456 l-informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata aktar il-quddiem.
11.12.98
Jista' l-Ministru jelenka, sena b'sena mill-1988 sa l-1998, kemm il-gvern ipprovda housing units kull sena u kemm swew dawn il-units?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa kapitali tal-Housing Authority għall-bini ta' units ġodda (mhux maintenance) għas-sena 1999? Jista' jgħid ukoll kemm se jipprovdu housing units ġodda (esklużi requisitions); kemm minn dawn se jkunu għall-bejgħ u kemm se jkunu mikrija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni voluminuża mitluba mill-Onor. Membru fl-ewwel parti tal-Mistoqsija tiegħu kienet ingħatat fit-Tweġiba għal Mistoqsija W1443 waqt il-leġislatura preċedenti. Din it-Tweġiba kienet ingħatat għall-aħħar ta' Frar ta' din is-sena.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija tingħata Tweġiba f'xi Seduta oħra.
11.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew trasferiti anzjani mid-dar ta' l-anzjani tal-Furjana? F'liema dar privata jew hotel ġew alloġġjati? X'inhuma r-rati bażiċi li qed jiġu mħallsa mid-dipartiment għal dawn l-anzjani? Hemm rati extra li jridu jitħallsu f'każ ta' użu ta' medical sundries disposable? Sabiex l-anzjani jintbagħtu f'dan il-post/postijiet, ġew maħruġa tenders?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta fuq l-istess suġġett li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2020.
M'għandi xejn x'inżid ma din ir-risposta.
11.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 maqsuma skond il-ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar 'Hospitality' li ntnefaq mill-5 ta' Settembru 1998 sal-10 ta' Novembru 1998 hu dan:
Lm
Ministeru 26.75
Segretarjat Parlamentari 113.36
Dipartiment Servizzi Korporattivi Xejn
Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali Xejn
Dipartiment tax-Xogħol Xejn
Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja Xejn
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' 165.59
Aġenzija SEDQA 88.15
Awtorita' tad-Djar 359.00
Programm Ħidma Soċjali Xejn
Bord tal-Ko-operattivi 59.00
Kummissjoni Ħarsien tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol Xejn
Dipartiment għad-Drittijiet tan-Nisa Xejn
Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar Xejn
Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali 58.76
Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani Xejn
Korporazzjoni tal-Impiegi u Taħriġ 6.60
11.12.98
B'riferenza għall-mistoqsija tiegħi dwar l-ommijiet xebbiet, jista' d-dipartiment almenu jestendi l-informazzjoni lill-Kamra dwar l-istatistika għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Nru. 59, nixtieq inkompli nżid li taħt il-liġi dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) ma hemm l-ebda provediment ad hoc dwar xebba omm. Il-provedimenti speċjali li hemm fil-liġi jittrattaw dwar ġenitur waħdu irrispettivament mis-sess ta' dik il-persuna. Għalkemm fost dawn hemm inklużi l-ommijiet xebbiet insibu wkoll romol, u persuni miżżewġa separati. Mhux kull ġenitur waħdu jew xebba omm tikkwalifika għall-għajnuna. Barra minn hekk xebba omm tista' tkun qed tiġi mantnuta minn xi persuna oħra li tkun qed tgħix fl-istess dar tagħha, f'liema każ, f'għajnejn il-liġi din tiġi meqjusa bħala familja.
Għaldaqstant qatt ma nħasset il-ħtieġa li d-Dipartiment iżomm statistika dwar ommijiet xebbiet li jgħixu waħedhom. B'danakollu tlabt lid-Dipartiment jagħmel eżerċizzju dwar in-numru ta' xebbiet ommijiet li għandhom il-kura ta' ulied u li qegħdin jieħdu l-'Allowance' tat-Tfal u irriżulta li minn dawn hemm 928.
11.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' persuni b'diżabilita' li applikaw għal benefiċċju ta' eżenzjoni jew sussidju fuq karozzi għal użu personali tagħhom matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Kemm minnhom ġew milqugħa u fuq liema kriterji ġew miċħuda xi applikazzjonijiet partikolari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru hija kif tidher hawn taħt:
Sena Numru ta' Rakkomandati Mhux Irtirati
Applikazzjonijiet Eliġibbli
1994 96 76 11 9
1995 106 85 9 12
1996 106 86 6 14
1997 91 81 4 6
1998(*) 131 96 1 2 (**)
(*) sat-30 ta' Settembru
(**) 32 li jibqgħu huma applikazzjonijiet li għadhom qed jiġu pproċessati.
L-applikazzjonijiet li ġew miċħuda ma ntlaqgħux għax ma jikkwalifikawx skond il-kriterji stabiliti bi qbil bejn il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u l-Ministeru tal-Finanzi.
11.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura (ta' l-Art u tal-Baħar) għandu reġistrat f'isem il-ministeru u f'isem id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet mixtrija għal ministeru jew għal xi wieħed mid-dipartimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi għall-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar il-vetturi li huma reġistrati fil-Ministeru, Dipartimenti u Organizzazzjonijiet li jiffurmaw parti mid-dikasteru tal-Ministru għall-Politika Soċjali, u dwar xiri ta' vetturi mill-istess entitajiet li sar bejn is-6 ta' Settembru u t-28 t'Ottubru.
Din l-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata aktar il-quddiem.
11.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi tal-kiri mal-ministeru u mad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-kerrejja ta' dawn il-karozzi u jekk il-kirijiet humiex isiru permezz ta' kuntratt li għalih ħarġu l-offerti jew permezz ta' direct orders?
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum għal kiri ta' dawn il-karozzi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar.
11.12.98
Jista' l-Ministru jara li jirrimedja t-talba bil-File No. H 0015646 u ċioe' jalloka post lill-koppja msemmija? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-applikazzjoni tal-każ imsemmi ġiet ikkanċellata fis-17 ta' Novembru 1997 peress li kienet mingħand għarajjes. Dawn għandhom japplikaw għal postijiet maħruġa apposta għalihom mill-Awtorita' tad-Djar.
10.12.98
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jinfetaħ Day Centre għall-anzjani f'San Ġiljan? Jaf il-Ministru li l-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan ilu li wera x-xewqa li jinfetaħ dan id-Day Centre?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Hija l-politika ta' din l-amministrazzjoni li n-numru ta' 'Day Centres' jiżdied. Diġa għandna diversi talbiet għal 'Day Centres' ġodda. Pero', sal-lum m'għandna l-ebda talba bil-miktub mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan sabiex jinfetaħ 'Day Centre' ġdid.
10.12.98
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika; (a) x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħatawx xi extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad minflokhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jidher li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Membru hija dwar xi 'direct orders' li setgħu ngħataw, bejn il-5 ta' Settembru u l-10 ta' Novembru 1998, fid-dekasteru li għalih jiena responsabbli. 'Direct order' normalment tfisser ordni f'ammont relattivament sostanzjali li dwarha ma jkunx sar proċess ta' 'tendering' jew li ma jkunux intalbu 'quotations'.
Jien infurmat li fil-perjodu msemmi fid-dekasteru tiegħi ma' saret l-ebda ordni ta' dan it-tip. Jien infurmat ukoll li fl-istess perjodu fid-dekasteru tiegħi ma kien hemm l-ebda kuntratt li twaqqaf qabel iż-żmien.
10.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġurnalisti u video editors jirreġistraw għax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-preżent, mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ hemm:
Tlett (3) persuni jirreġistraw bħala ġurnalisti fuq l-ewwel parti tar-reġistru u persuna waħda (1) tirreġistra fuq it-tielet parti.
Hemm ukoll persuna waħda (1) tirreġistra bħala cameraman/video editor fuq it-tieni parti tar-reġistru.
10.12.98